Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ALEX OXLADE-CHAMBERLAIN - Il-midfielder ta' Arsenal, Alex Oxlade-Chamberlain qed jiġi segwit minn Chelsea, Liverpool u Manchester United. Dan l-istilla Ingliża jinsab frustrat bil-fatt li ma kellux il- kuntratt imġedded ma' Arsenal, u qed jippjana li jħalli lil Arsenal. Oxlade-Chamberlain li għandu 23 sena u li l-kunratt tiegħu mal-Gunners jintemmlu matul is-sena d-dieħla naqas milli jikseb post regolari mat-tim immexxi minn Arsene Wenger u temm l-aħħar staġun jilgħab fil-pożizzjoni ta' wing-back. OUSMANE DEMBELE - Barcelona jinsabu interessati li jagħmlu offerta rekord għall-istilla ta' Borussia Dortmund, Ousmane Dembele. Dan għalkemm għadha ma ssemmiet l-ebda ċifra ta' kemm din l-offerta tammonta. Id-direttur sportiv tal-Ġermaniżi Robert Fernandez huwa rrapurtat li huwa ammiratur ta' dan l-attakkant ta' 20 sena, li l-kuntratt tiegħu ma' Borussia Dortmund jintemm fl-2021. Jekk dan it- trasferiment jiġi mmaterjalizzat, dan ikun l-akbar trasferiment fl-istorja tal-Bundesliga li għandu jaqbeż ukoll it-trasferiment li kien jammonta għal €75 miljun għall-bejgħ ta' Kevin De Bruyne mingħand Wolfsburg għal Manchester City lura fl-2015. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - Manchester City mhux qed jippreparaw offerta ta' €60 miljun għall-istilla ta' Borussia Dortmund, Pierre-Emerick Aubameyang. Dan il-plejer internazzjonali mill-Gabon kien mistenni li jħalli lil Borussia Dortmund biex jingħaqad ma' PSG, iżda huwa mhux mistenni jingħaqad ma' Manchester City. Dan hekk kif Pep Guardiola jidher li qed jippreferi li jakkwista lil Alexis Sanchez mingħand Arsenal fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. N'GOLO KANTE - Real Madrid qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Chelsea, N'Golo Kante. Il-Galacticos kienu ħerqana li jakkwistaw lil dan il-midfielder matul is-sajf li għadda u se jkunu qed jagħmlu offerta ġdida għal dan il-plejer li qed jiġi kkumparata mal-eks plejer li kien jilgħab ma' Zinedine Zidane mal-Galacticos, Claude Makelele. Għadu mhux magħruf kemm Real Madrid jinsabu lesti li joffru għal Kante. RUBEN NEVES - Juventus ingħaqdu ma' Liverpool u Chelsea fit-tentattiv li jakkwistaw lill-istilla ta'Porto, Ruben Neves. Il-Bianconeri jinsabu lesti li jiffirmaw lil dan il-plejer ta' 20 sena, li għandu klawżola tar-release ta' €40 miljun. Dan speċjalment biex jikkompetu ma' Inter u AC Milan li matul dan is-sajf qed ikollhom kampanja tat-trasferimenti mill-aqwa. Ruben Navas qed jitqies bħala wieħed mill-aqwa prospetti fl-Ewropa. ARDA TURAN - Arsenal qed jippreparaw offerta ta' €30 miljun biex jakkwistaw lil Arda Turan mingħand Barcelona. Dan il-player ta' 30 sena ntqal lilu li s-servizzi tiegħu m'għadhomx mitluba ma' Barcelona b'lnter jagħmlu talba uffiċjali għalih. Madankollu, Arsenal jinsabu iktar viċin li jakkwistawh, bl-ex stilla ta' Atletico Madrid ukoll iktar interessat li jingħaqad mat-tim immexxi minn Arsene Wenger milli ma' Inter. HECTOR BELLERIN - Juventus huwa l-aħħar tim li qed juri interess fid-difensur Spanjol ta' Arsenal, Hector Bellerin. Iċ-champions tas-Serie A fl-Italja qed jikkunsidraw ukoll il-possibiltà li flimkien ma' Bellerin jakkwistaw ukoll lill-goalkeeper Pollakk Wojciech Szczesny għalkemm jista' jkun li bejn il-lasti tagħhom fil-futur qrib ikun hemm il-goalkeeper attwali ta' AC Milan u li tant jinsab fl-aħbarijiet bħalissa, Gianluigi Donnarumma. Juventus għadhom ma ħabbrux kemm jisnabu lesti joffru kemm għal Bellerin kif ukoll għal Szczesny. minn Cristian Antony Muscat CRISTIANO RONALDO - Manchester United qed jaħsbuha darbtejn qabel jagħżlu li jiffirmaw lil Cristiano Ronaldo mingħand Real Madrid. Dan il-fenomenu ta' 32 sena jidher li jinsab ħerqan li jħalli lil Real Madrid iżda t-tim immexxi minn Jose Mourinho jidher li għandu dubji rigward il-fatt jekk jidħolx fit-taqtiegħa li jakkwista lill-eks plejer tiegħu stess. Ir-Red Devils qed jibżgħu li l-allegata xewqa ta' Ronaldo li jħalli lill-Galacticos tista' tkun ħaġa biex huwa jġiegħel lill-Madrileni joffrulu kuntratt iktar attraenti, u għalhekk ir-Red Devils ma jridux li jiddedikaw sajf għal negozjati fuq player li jafu li qatt ma jistgħu jakkwistaw. MIRALEM PJANIC - Miralem Pjanic sar it-tieni għażla għal Barcelona dejjem jekk huma jonqsu milli jiffirmaw lil Marco Verratti mingħand PSG. Verratti huwa t-tragward ewlieni għal Barcelona, iżda l-Pariġini jinsabu determinati li ma jċeduhx. Dejjem jekk it-trasferiment ta' Verratti ma' Barcelona ma jiġix immaterjalizzat, l-istilla ta' Juventus Miralem Pjanic huwa l-uniku player li huma se jkunu qed jixħtu l- ħarsa tagħhom, waqt li l-player ta' Nice, Jean Seri jibqa' għażla oħra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017