Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet għall-Partit Nazzjonalista tal-2017 twettqet. Hija realtà. Illum ħadd ma jimmaġina t-tneħħija tal-Kunsilli, l-iżżarmar tal-MCESD jew Università aktar limitata. Sal-aħħar kampanja elettorali kien il-PM Muscat li ddefenda bl-akbar qawwa s-servizzi finanzjarji u llum huwa Gvern Laburista li bi kburija qed ixejjer il-bandiera tal-Unjoni Ewropea wkoll. Kważi, kważi l-PN ħalla lil Muscat fil-libertà biex ikun hu li jiddefendi l-legat ta' Fenech Adami. Il-PN jeħtieġ jirrealizza li hija l-viżjoni li torbot kollox u li tibni kollox. Viżjoni li tiġi minn ħafna ħsieb, minn ħassieba li jaħsbu u jipprevedu affarijiet li ħadd ma prevediehom. F'din l-elezzjoni l-PN kien nieqes, b'mod assolut u komplet minn viżjoni. Mhux biss viżjoni waħda li magħha torbot tant nies, imma wkoll nieqes minn viżjoni ekonomika li kellu fl- 1981. Donnu l-PN waqa' fin-nassa li riedu jaqa' fiha Muscat, aċċetta li l-ekonomija kibret biżżejjed u li allura 'm'hemmx wisq aktar x'tagħmel'. Anzi, Busuttil mar pass oltrè u f 'attività fil-Birgu kien qal illi n-nies issa 'ddejqu jisimgħu dwar kemm l-ekonomija sejra tajjeb'. Dan juri illi bit-tmexxija ta' Busuttil il-PN mhux talli kien nieqes minn viżjoni politika, talli lanqas biss kellu viżjoni ekonomika għall- pajjiż jew jekk kellu, għamel l-iżball kardinali li ma tahiex l-importanza. B'kuntrast l-istess partit, fi żmien meta l-pajjiż kien litteralment jinsab riesaq lejn gwerra politika, alloka ħafna mill-pjani u l-viżjoni tiegħu għal dak li kien jitratta l-ekonomija u l-but. Ridimensjonar mhux injorar Il-PN kellu l-opportunità li joħroġ bi pjan aktar ħolistiku. Pjan ekonomiku li joħloq, jirriġenera u jinċentiva billi juża l-passat tiegħu bħala prova illi dak li jwiegħed se jwettqu. Minflok qal li jkeċċi lil Vitals Global Healthcare Busuttil kien ikun ħafna iktar b'saħħtu kieku ħoloq niċeċ ġodda imma fuq l-istess linji ta' ħsieb li se joħolqu kompetizzjoni mal- VGH. Kien ikun ħafna iktar b'saħħtu kieku uża l-kuntatti tal-PN biex ġie quddiem il- poplu b'ideat lesti ta' proġetti fil-qasam tas-saħħa f 'setturi bħad-dentistrija, biex nagħtu eżempju, fl-edukazzjoni bi proġetti ġodda għall-Università. Busuttil kellu ċ-ċans li jħares lil hinn mill-plenarji ta' Brussell u juża l-kuntatti li dejjem kellu l-PN mal- kuntratturi u l-industrija tal-bini (ma fiha xejn ħażin li partit ikollu kuntatti mal- kuntratturi) biex jipproponi jew jallinea lilu nnifsu ma' proġett bħar-reklamazzjoni tal-art, li jkun sostenibbli u wara li jsiru l-istudji neċessarji. Seta' reġa qanqal il-viżjoni ta' eko-Għawdex imma b'miżuri fattibbli, viżjoni ta' niċeċ ġodda ekonomiċi għal pajjiżna, viżjoni bi proġetti infrastrutturali u pjan ħolistiku ta' riġenerazzjoni għal-lokalitajiet turistiċi bħal Buġibba u pjani konkreti, lesti u qed jistennew proċess ta' tendering u permessi għal modi ġodda ta' trasport, eżatt bħalma kien għamel il-PL qabel l-2013 dwar il-Power Station. Busuttil kellu ċ-ċans juri li Gvern Nazzjonalista m'għandux bżonn l-IIP biex jimla l-kaxxa. Imma dak iċ- ċans ma ħadux. 'Nerġgħu nagħtukom il-festi pubbliċi lura' Il-manifest tal-PN fl- 1981 huwa prova ċara li l-korruzzjoni tista' tikkoeżisti mal-proposti. Turija ċara tan- nuqqas ta' għaqal strateġiku fl-għajta ta' Busuttil, fil-bidu tal-kampanja 'din mhix elezzjoni tal-proposti imma elezzjoni tal-prinċipji'. Jekk qatt il-PN kellu manifest mibni fuq prinċipji kien proprju dan, tal-1981. Minkejja dan xorta huwa mogħni b'miżuri populisti li jinżlu tajjeb man-nies u li żgur attiraw numru ta' voti. "Gvern Nazzjonalista jerġa' jagħti lura dawk il-festi pubbliċi ..." Iva, sewwa qrajt. Fl-1981 kien il-PN li mmexxi minn Fenech Adami li kien qed iwiegħed li jagħti festi pubbliċi lura, liema festi kienu ttieħdu mill-Gvern ta' dak iż-żmien. Dawn kienu l-10 ta' Frar, l-Imnarja, il- Vitorja u l-Kunċizzjoni. Illum huwa Muscat li għamel din il-wegħda li niżlet tajjeb ħafna mal-poplu. Il- manifest tal-1982 kellu wkoll żieda ta' Lm1.10 fil-pensjoni minima nazzjonali u tnaqqis estensiv fit-taxxa tad-dħul b'eżenzjonijiet fuq faxex ta' nies u kundizzjoni lill- kumpaniji multi-nazzjonali biex iħaddmu lill-Maltin meta jinvestu fil-pajjiż. MINKEJJA li l-kuntesti huma kompletament differenti, ħarsa lejn il-manifest tal-PN tal-1981 juri dan li ġej. L-ewwel: il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u favur l-onestà ma tiġix askapitù tal-proposti u l-viżjoni ekonomika. It-tnejn huma importanti u jistgħu jikkoeżistu. It- tieni: il-viżjoni għad-direzzjoni tal-pajjiż inġenerali u d-direzzjoni fuq bażi settorjali hija neċessarja biex partit jitqies li huwa kredibbli u alternattiva viabbli. It-tielet: hija ħrafa li l-ideoloġija mhux importanti. Mingħajr għeruq m'hemmx pjanta. Mingħajr ideoloġija m'hemmx partit, hemm biss grupp ta' nies li inzertaw jaqblu li ma jaqblux ma' xi ħadd. Ir-raba': fl-1981, is-servizzi finanzjarji, il-Kunsilli lokali u s-sħubija ta' Malta fl-UE kienu eżempji ta' 'thinking outside the box'. Kull partit jeħtieġ joffri affarijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa magħruf u aċċettat illum, jeħtieġ jipproponi l-imprevedibbli, affarijiet li jqajmu diskussjoni u kontroversja. Ideat li llum jinstemgħu impossibbli imma li jistgħu jsiru. Il-Ħames: il-poplu dejjem ikkunsidra l-but u dak li jirrigwarda lilu meta vvota u anke meta s-sitwazzjoni tal-pajjiż kienet inqas feliċi mil-lum xorta saru wegħdi populisti. Konklużjoni twettqet. Hija realtà. 1981. Donnu l-PN waqa' fin-nassa li riedu jaqa' fiha Muscat, aċċetta li l-ekonomija kibret biżżejjed u li allura 'm'hemmx wisq aktar x'tagħmel'. Anzi, Busuttil mar pass oltrè u f 'attività fil-Birgu kien qal illi n-nies issa 'ddejqu l-ekonomija sejra tajjeb'. Ħafna mill-viżjoni ta' Fenech Adami fil-manifest tal-1981 ġiet attwata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017