Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Opinjoni 12 M itejn u ħamsin knisja Kristjana ġarrbu ħsarat estensivi fil-belt antika ta' Ħoms, fejn il-Kristjaniżmu wasal 15–il sena biss wara l-mewt u l-qawmien ta' Kristu. Minkejja t-theddid tal-bumbardamenti mill-ISIS, il- Kristjani ta' Ħoms reġgħu bdew jirritornaw lejn il-belt antika tagħhom, fejn inqatel ħu l-arċisqof tal-belt Sirjana. Permezz tal-Aid to the Church in Need (ACN), mal-40,000 persuna kienu riabilitati. Ir-refuġjati Kristjani għandhom bżonn urġenti ta' ikel, ħwejjeġ u elemożina għas- saċerdoti. Mijiet ta' maħrubin qed jippreferu l-kenn tal-ACN minflok il-kampijiet tar-refuġjati, li huma aktar fil-mira tat-terroristi. John Gielgud Għandi f 'idi Gielgud's Letters (2005), ġabra estensiva tal-ittri tal-attur famuż Ingliż Sir John Gielgud. Il-kollezzjoni hi miġbura minn Richard Mangan, li introduċa l-ġabra u editjaha b'attenzjoni kbira. Gielgud kiteb l-ittri tiegħu kważi kuljum, mid-dar, mis-safar u meta kien f 'lokazzjoni jew oħra. Il- kollezzjoni tiġbor tmenin sena ta' ittri lill-ħbieb, nies tal-familja u kollegi tat-teatru. F'din il-ġabra Gielgud jidher bħala attur-stilla, raġel b'ilsienu jaqta' fuq kulħadd, omosesswali, karattru kumplikat, imma fl-istess waqt b'kariżma kbira. Gielgud jitfaċċa anki bħala reġista indeċiż dwaru nnifsu. L-irkant L-Irkant (TVM) hu programm sempliċi iżda informattiv ħafna, bi produzzjoni ta' Amanda Ciappara u preżentazzjoni ta' Pierre Grech Pillow, irkantatur professjonali. It-telespettaturi jġibu fl-istudio oġġetti antiki (għamara, pittura eċċ) biex Grech Pillow javalwahom u jirkantahom. Normalment, l-oġġetti jaslu mis-seklu dsatax u għandhom marka Maltija, iżda dan it-timbru jista' jvarja għal wieħed Ewropew. Dan hu programm li jagħmel ġid kulturali kbir fost il-poplu. Iżda mhux minnu li l-prezzijiet "huma għall-but ta' kulħadd", kif jirrekklama l-programm. Prezzijiet li jistgħu jitilgħu sa €5,000, ma tistax tgħid li huma "għall-but ta' kulħadd". George, it-tifel bil-kanċer George, tifel ta' sitt snin, ilu żmien jgħix bil-kanċer u bl-għajnuna ta' oħtu. Il-ħrieqi u l-bżonnijiet oħra jipprovdihom Elia Bassam, il-koordinatur tat-tim tas-CNN fil-Libanu. Iż-żewġt itfal qed jgħixu ma'nannithom, anzjana marradija u fraġli. In-nanna tgħix fil-Wied tal-Kristjani. Ħafna mill-familjari u l-ħbieb tan-nanna ta' George u Janie, oħtu, inqatlu u dawk li baqgħu ħajjin qed jagħmlu dan bis- saħħa tal-Aid to the Church in Need (ACN) fil-Libanu. Il-media tal-Knisja Xi snin ilu beda jaħdem id- dipartiment tal-media tal-Vatikan bl-iskop li jara kif jista' jbiddel il-mod kif tista' taħdem il-media tal- Belt Pontefiċja. F'Malta, il-media tal-Knisja wkoll qed taħseb kif tista' tiġġedded. L-RTK għandu 1,300 semmiegħ. Qed jissemma' tiġdid tekniku u tiġdid maniġerjali. Iżda dak li għandu bżonn ix-xandir reliġjuż f 'Malta hu l-enerġija, dinamiżmu u aġġornament strateġiku. Sħubija teatrali Il-Caritas Djoċesana ta' Bergamo daħlet fi sħubija drammatika biex tippreżenta interess pubbliku lejn is-sagru. Ħafna materjal hu bbażat fuq ir-rikkezza tan-narrattiva bibblika. Iżda fl-istess waqt, l-iskritti għandhom doża qawwija ta' kwotidjanetà. Bla dubju jistimulaw. Il-karattri jistgħu jkunu tassew komuni eż. mużiċista u persunaġġ xettiku ħafna li, madankollu, jagħmel il-flus mill-bejgħ tal- istatwetti tal-qaddisin. Ironija perfetta għal żmienna. Cabaret ta' Sant Dawn it-tipi ta' proġetti juru kemm f 'Malta l-Istitut Kattoliku hu abbandunat għal kollox. M'hemm xejn ta' ispirazzjoni nisranija. Dan it-teatru tħalla jgħaddi f 'idejn kummerċjali. Merċenarji oħrajn ħatfu t-Teatru Manoel li neżżgħuh mid-dinjità nazzjonali tiegħu basta jagħmlu l-flus. Issa b'xorti tajba, waslet l-aħbar li se jinħadem dramm ġdid ta' Alfred Sant bl-isem ta' Balzunetta Towers. MARIO AZZOPARDI l-Istitut Kattoliku hu abbandunat għalkollox. M'hemm xejn ta' ispirazzjoni Nisranija. Dan it-teatru tħalla jgħaddi f 'idejn kummerċjali. Merċenarji oħrajn ħatfu t-Teatru Manoel Il-qagħda f 'Ħoms L-istitut kattoliku 'abbandunat għal kollox' SALES EXECUTIVES MediaToday is a media company involved in the publication of newspapers, magazines and TV programmes. These include MaltaToday, Illum, Gourmet Today, Xtra and Dwarna. Vacancies have arisen for sales executives. Experience in the sale of advertising space is an asset. Candidates for the job must be assertive, outgoing and in possession of a driving license. Only selected applicants will be summoned for an interview. Closing date: 14/07/2017 Please send your applications to: The Managing Editor MediaToday, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN9016 Or email: info@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017