Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
3 Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017| illum Aħbarijiet Xtra Sajf Wednesday TVM 20:50 Id-delegati mobilizzati imma inċerti dwar l-għażla quddiemhom Tkompli minn paġna 1 minn Minkejja li 'l bogħod mill-istrutturi tal-partit ftit li xejn hemm diskors jew aptit ta' elezzjonijiet, id- delegati tal-PL li jgħoddu mas-700 persuna, qed ikunu mobilizzati b'attivitajiet, diskussjonijiet u anke laqgħat fuq bażi indidividwali. Scicluna għaddej b'laqgħat f 'diversi każini fejn qed jingħataw preżentazzjonijiet tal-ħidma tiegħu bħala Ministru, filwaqt Fearne qed jorganizza attivitajiet fuq bażi iktar wiesgħa. Sa din il-ġimgħa stess, tinsab infurmata din il-gazzetta, Fearne organizza attività illi għaliha attendew mat-300 delegat fl- istabbiliment Monte Kristo, l-istess post fejn organizza attivitajiet qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Delegat li kien preżenti għal din l-attività sostna li ftit jekk xejn hemm kandidat preferut u li kuntrarjament għas-sena l-oħra, meta saret elezzjoni simili, li minnha kien elett Chris Cardona, is-sentiment ta' rabja fost diversi għeruq tal-partit huwa minimu. Fil-fatt dan ikkonfermah Ministru Laburista li tkellem mal-ILLUM u qal illi r-riżultat elettorali u l-fatt li ħafna mill-ilmenti li kienu qed isiru kienu milqugħin, ifisser li ħafna mir- rabja li seta' kien hemm issa tmewtet. Ir-raġunijiet għall-appoġġ li qed jagħtu lill-kandidati dawk li tkellmu magħna huma diversi, għalkemm fejn jirrigwarda kompetenza ministerjali jidher illi d-delegati jħossu li t-tlieta għamlu/qed jagħmlu xogħol tajjeb. Scicluna, iżda, qed jissemma' bħala l-għażla awtomatika minn bosta hekk kif kien pedina importanti għall-Partit waqt il-kampanja elettorali b'referenzi kontinwi mill- Prim Ministru ('Lil min tridu jmexxi lil Joseph Muscat u Edward Scicluna jew Simon Busuttil u Marlene Farrugia'). Huwa meqjus ukoll bħala l-eqreb fl-istatura politika u l-idjoma politika ta' Louis Grech. Minkejja kollox iżda, jidher ċar li anke Helena Dalli qed tikseb ċerta ammont ta' appoġġ, fuq il-bażi illi jekk eletta hi se tkun l-ewwel mara li qatt okkupat din il-pożizzjoni fil-PL f 'kważi 100 sena ta' eżistenza tal-Partit. Deputata Laburista li se tkun qed tappoġġja lil Dalli sostniet illi minkejja l-kompetenzi tat-tliet kandidati "ma jkunx jagħmel sens jekk ma nagħmilx dak li nipprietka dwaru u nivvota biex il-PL ikollu mara f 'wieħda mill-ogħla karigi." Dalli tniedi l-kampanja; 'Mara magħkom' Dalli tant hi konxja ta' dan il- vantaġġ li sal-bieraħ stess nediet il-kampanja tagħha bl-isem 'Mara magħkom'. Hija mmarkat li l-Prim Ministru spiss isemmi "l-qabża liberali 'l quddiem" u li fl-aħħar snin fdaha bi wħud mill-akbar bidliet għas-soċjetà Maltija. "Ta' dan rajna l-frott, kemm f 'wiċċ in-nies li gawdew minnhom u kemm f 'termini ta' voti bħala Partit." Hija qalet li qed tidħol għal din il-kariga f 'mument meta l-Partit Laburista huwa b'saħħtu fit-tieni mandat konsekuttiv fil-gvern. Dalli fissret li għażlet dan is-slogan mhux biss għax hi mara imma fis- sens l-ieħor tal-kelma, għax dejjem kienet mara mal-Partit Laburista u serviet fih mhux biss fiż-żminijiet sbieħ bħal ta' bħalissa, imma wkoll fiż-żminijiet iebsa." 'It-tlieta li aħna għandna l-appoġġ ta' Muscat' Intant wara l-istqarrija, kemm ta' Scicluna u anke ta' Helena Dalli li lbieraħ qalet illi kien Muscat li ħeġġiġha biex toħroġ, anke Fearne sostna li għandu l-appoġġ ta' Muscat. "Din hija ovvja, li t-tlieta li aħna għandna l-appoġġ ta' Muscat. Jien kelli lagħat mal-Prim Ministru u dan ħeġġiġni biex nieħu dan il-pass, kif ħeġġiġni wkoll Louis Grech." Intant f 'kummenti ma' din il- gazzetta Fearne ċaħad bil-qawwa kollha li hu b'xi mod għandu ambizzjonijiet li jmorru oltrè mill- kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL. "Din hija elezzjoni għal Deputat Mexxej u jiena f 'dan jinteressani, punto e basta. Din l-elezzjoni tibda u tispiċċa ma' din il-kariga." Louis Grech, li se jkun qed iħalli l-kariga tiegħu ta' Deputat Mexxej tal-PL u Deputat PM, ħdejh il-PM Joseph Muscat u Lydia Abela