Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Sports 26 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn meta kont żgħir dejjem kont inħobb il-futbol u ta' erba' snin bdejt nilgħab. Ħa nibdew bit-tim nazzjonli ta' taħt is-17-il sena fejn int flimkien mat-tim nazzjonali kellek tournament mill-aqwa. X'fisser għalik dak it-tournament? Dak it-tournament fisser ħafna għalija fejn tgħallimt u lgħabt ma' plejers u timijiet ta' livell għoli u t-tournament għenni biex nikber fil-personalità tiegħi. F'dak it- tournament int ġejt ivvutat ukoll fil-lista tal-aqwa 10 plejrs tat- tournament. X'fisser għalik dan l-unur? Kien unur mill-aqwa personalment għax kont ilni naħdem xhur sħaħ għal dak it-tournament u dak li ħdimt u s-sagrifiċċji li għamilt sarrfu biex inkun mal-lista tal- aqwa 10 plejers. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek ma' Sliema Wanderers. L-esperjenza ma' Sliema Wanderers kienet sabiħa ħafna fejn mill-Youths bqajt tiela' u rbaħt bażikament kollox minbarra l-Kampjonat tal-Under 15s u dak tal-kbar. Għandek xi rimors li ħallejt lill- Wanderers? Il-Wanderers dejjem jibqgħu dik ix-xi ħaġa f 'qalbi għax fl-aħħar mill-aħħar magħhom kbirt u żviluppajt għall-plejer li jien illum il-ġurnata. X'kienet ir-relazzjoni tiegħek mal-kowċis Alfonso Greco u John Buttigieg? Mal-kowċ Alfonso Greco r-relazzjoni kienet tajba imma kont naf li spazji lill-plejers żgħar ma tantx jagħti. Mal-kowċ John Buttigieg ir-relazzjoni bdiet tajba ħafna però mbagħad ma nafx x'ġara u għaliex din ma baqgħetx l-istess - għadni sal-lum il-ġurnata ma nafx x'ġara! X'tirrakkonta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa ma' St Andrews? Hija esperjenza sabiħa ħafna fejn għandi iktar x'nitgħallem u nagħti lejn il-klabb. X'tikkummenta fuq il-kowċ Danilo Doncic? Jidher li dan għandu fiduċja assoluta fik... Il-kowċ Danilo Doncic huwa kowċ bravu ħafna u hu kien wieħed li kkonvinċieni nagħmel dan il-pass f 'Jannar għax kont naf li minnu ħa nitgħallem speċjalment għax kien attakkant tajjeb. Nirringrazzjah minn qalbi tal-fiduċja u għall-fatt li emmen fija u ħa paċenzja u ħadem miegħi wara żmien diffiċli li kont nieqes mit-tim tal-kbar ta' Sliema Wanderers. X'sapport issib mill-kumitat ta' St Andrews? Sapport tajjeb bla pressjoni ta' xejn u nirringrazzjahom ukoll. Kif ġejt milqugħ minn sħabek il-plejers ta' St Andrews fl-ewwel xhur tiegħek bil-flokk tal-vjola? Ġejt milqugħ mal-ewwel qisni kont ilni x-xhur hemm, kemm mill- barranin u speċjalment mill-Maltin ukoll. Għenni ħafna l-captain Joseph Farrugia li daħħalni iktar fit- tim bl-esperjenza li għandu u dejjem jidderiġini u jtini pariri biex nitgħallem għax jixtieqli l-ġid u jridni nimxi 'l quddiem. Bħala tim ta' St Andrews irbaħtu l-Kampjonat ta' taħt id-19-il sena fejn int kellek sehem ewlieni. X'tikkummenta fuq dan? Hija ħaġa sabiħa li tirbaħ kampjonat għax mumenti hekk ma jerġgħux jiġu. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn kemm bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, kif ukoll b'dak ta' Sliema Wanderers u ta' St Andrews? Mat-tim nazzjonali l-logħba kontra l-Olanda fit-tournament li għamilna ta' taħt is-17-il sena, u ma' Sliema Wanderers meta ddebuttajt kontra Ħal Qormi u skurjajt u hemm nirringrazzja lil Stephen Azzopardi li emmen fija. Ma' St Andrews meta rbaħna lil Valletta bl-iskor ta' 3-1 li kienet logħba mill-isbaħ. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Il-livell huwa għoli ħafna u hemm plejers ta' ċertu klassi u jekk nibqgħu naħdmu kif qegħdin nagħmlu, ninsab ċert li se nkunu qed noħorġu b'riżultati pożittivi. X'tikkummenta fuq il-kowċ ta' dan it-tim Silvio Vella? Huwa kowċ li bla dubju huwa bravu ħafna u li dejjem jgħallmek u jinkoraġġik ħalli ssir plejer aħjar. X'tikkummenta fuq it-tragward storiku li rnexxielkom tiksbu bħala tim nazzjonali ta' taħt il-21 meta ksibtu rekord ta' 11-il punt fil-fażi ta' kwalifikazzjoni? Kien tragward sabiħ ħafna fejn jekk nibqgħu naħdmu kif qegħdin u l-grupp jibqa' magħqud kif inhu, il-pass li jmiss huwa li jirnexxielna nikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek mat-tim nazzjonali tal-kbar? Il-Ġojjell ta' St Andrews FC u tat-Tim Cristian Antony Muscat Aidan Jake Friggieri - ġojjell kemm ta' St Andrews FC kif ukoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena u bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin. "Jien nemmen fina l-Maltin u kapaċi jekk nemmnu fina nfusna, imma postna huwa li mmorru nilagħbu barra minn xtutna ħalli nkomplu nikbru mil-lat kalċistiku hemmhekk." "Biex tasal it-triq hija twila ħafna u trid taqdef u qatt ma trid taqta' qalbek għax ħa tgħaddi minn mumenti diffiċli imma hemm irid joħroġ il-karattru u tkun sod biex tibqa' tistinka u taħdem!"