Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

VI illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Il-Ġimgħa tal-Festa Mill-istatwetti sal-maggijiet tat-te...kollox għall-Patrun Min jixtri statwa għat-tieqa, oħrajn biex jgħaqqdu l-kollezzjoni u oħrajn tazza te tinżlilhom iktar għasel jekk fil-magg tal-patrun.... Minn Albert Gauci Cunningham ILFESTI Maltin ma jiqfux mal- knejjes, il-marċi u l-bandalori. Imorru lil hinn minn hekk. Il- festi huma xi ħaġa li dan il-poplu, konxjament u bl-akbar kburija daħħal fi djaru. Parti mill-familja, parti mill-ħajja ta' kuljum, parti mill- oġġetti l-aktar prezzjużi li wieħed isib għand uħud minn dawk li jagħżlu li jesebixxu l-kburija tagħhom tal- patrun permezz ta' statwa fit-tieqa. Ix-xena ta' statwetta, ġeneralment replika eżatta tat-titular li tkun fil- knisja, f 'tieqa bid-damask aħmar warajha u mpoġġija fuq pedestall żgħir, hija waħda komuni f 'bosta bliet u rħula. Dan juri il-kburija ta' tant nies għall-patrun tagħhom u juri wkoll l-element ta' ħeġġa illi tant eluf ta' Maltin jilqgħu l-festa biha. Il-festa hija xi ħaġa, mid-dar 'il ġewwa, mhux biss mid-dar 'il barra. Hija personali, mhux impersonali, hija 'tagħna' mhux tagħhom. L-ILLUM marret il-Belt u daħlet f 'żewġ ħwienet u kellmet lill-famuż bejjiegħ tal-maggijiet quddiem il-qorti. 'Hawnhekk, San Pawl il-favorit' Jekk ma tkunx taf bih, jaf lanqas tarah. Imma fi Triq San Pawl il-Belt, faċċata l-knisja ta' San Pawl Nawfragu, fejn din il-ġimgħa kienet iċċelebrata l-1,950 sena mill-martirju tiegħu f 'Ruma, hemm ħanut. Mhux xi sorpiża li l-ħanut jismu Saulus, għall-isem li kellu l-Appostlu San Pawl, qabel ikkonverta fi triqtu lejn Damasku. Kif mhux sorpiża lanqas li sid il-ħanut, meta tkellem mal-ILLUM spjega kif l-aktar statwetta li timxi hija dik li tifforma replika żgħira tat-titular ta' San Pawl. Mhux biss popolari mal-Beltin u l-ġenerazzjonijiet li telqu mill-Belt iżda li għadhom Beltin fl-għeruq u fir-ruħ, imma wkoll mat-turisti li sekondi wara li jkunu ħarġu mit-tempju artistiku u storiku ta' faċċata jerħulha lejn dan il- ħanut minn fejn jixtru xi statwa żgħira ta' San Pawl, tifkira ta' dak li jkunu għadhom kif raw. Sorpriża imma kif fuq in-naħa l-oħra tal-Belt Valletta, ħdejn il-Knisja ta' Santu Wistin, hemm ħanut illi malli tidħol fih tilqgħek ir-replika tal-vara ta' Santa Liena, imperatriċi illi jingħad li sabet is-salib li fuqu ssallab Ġesù. Issorprendenti għax mhux xi sigriet kemm il-'Belt' u r-'raħal' (Birkirkara) huma kompetituri ta' xulxin. Fil-ħanut 'Il-Bottegin ta' San Martin' tara x-xbiha tal-istatwa ta' Santa Liena, li nħadmet minn sid il-ħanut stess, Martin Bezzina Wettinger, f 'bosta rkejjen. Apparti minn din iżda hemm ukoll replika ta' San Ġorġ megalomartri u statwetti oħrajn żgħar, fosthom waħda pjuttost interessanti li tgħaqqad flimkien il-Kunċizzjoni, ix-xbiha ta' Maria Reġina fi xbiha waħda tal-Madonna. Iż-żewġ xbihat individwalment huma fil-fatt iċċelebrati bħala festi f 'Malta. L-Immakulata Kunċizzjoni f 'Bormla u Maria Reġina fil-Marsa. Lura għand Saulus, is-sid imħabbat kif kien bil-preparamenti għall-festi li kienu organizzati nhar il-Ħamis, xorta ngħatajna mitqlu informazzjoni dwar l-għażla tal-Maltin meta jixtru statwetti għat-tiżjin. Apparti San Pawl, popolari ħafna wkoll hija l-istatwa devota ta' Maria Addolorata, magħrufa aħjar bħala d-Duluri. Minnha nnifisha din mhux sorpriża hekk kif ix-xbiha sobrija ta' omm Ġesù tibki d-dmugħ tat-tbatija hija waħda mill-aktar meqjuma fil- pajjiż. Ta' min ifakkar f 'dan il-punt illi minkejja s-sobrjetà u d-dulur li tissimbolizza din ix-xbiha, fit- Tramuntana ta' Malta, San Pawl il-Baħar, id-Duluri hija ċċelebrata bħala l-festa titulari tal-lokalità. Lura għand il-Bottegin, jidher illi popolari wkoll minn dan il-ħanut huma wkoll l-istatwi li mhux daqstant marbutin mal-festi lokali bħal San Raffael, kif ukoll dehret ix-xbiha ta' Sant'Andrija. Fil-fatt kemm għand il-Bottegin ta' San Martin u anke għand Saulus, stajna ninnotaw ix-xbihat tal-istatwa ta' Sant'Andrija fil-forma msallba tiegħu hekk kif kien bata l-martirju. Ma kinitx sorpriża din hekk kif illum f 'Ħal Luqa qed tkun iċċelebrata l-festa ta' dan il-qaddis. Naturlament, iż-żewġ sidien tal- ħwienet fakkru illi l-Maltin huma dilettanti ta' tali statwetti mhux biss għall-festa imma wkoll għall-Ġimgħa l-Kbira, bil-ħanut ħdejn il-Knisja ta' San Pawl saħasnsitra jispjega kif bosta huma dawk li jmorru għandu b'talba għal statwetti jew standardi li jkunu tad-daqs biex joqogħdu fil-kappella/ Knisja minjatura li għandhom id-dar. Iż-Żabbarin b'Tal Grazzja kburin... fil-fatt l-aktar magg tat-tè li jimxi Intant l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Anthony Borg, il-bejjiegħ issa popolari tal-maggijiet faċċata tal-qorti. Malli tgħaddi minn quddiemu tinduna, kif apparti stampi ta' politiċi u timijiet tal-futbol, ħafna maggijiet ikollhom wiċċ patrun/a ta' diversi lokalitajiet, naturalment skont id-domanda. Din il-gazzetta staqsiet lil Borg liema qaddis jew patruna huma l-aktar popolari mal-bejjiegħa, u mill-ewwel jgħidilna, "Tal-Grazzja ta' Ħaż-Żabbar". Din mhux sorpriża sa barra, hekk kif il- festa ta' Ħaż-Żabbar hija meqjusa bħala waħda mill-akbar li tkun organizzata f 'pajjiżna. Imma mhumiex iż-Żabbarin biss li jħobbu jieħu dak in-naqra te fil-magg tal-patrun, hekk kif Borg ibigħ diversi oħrajn bl-immaġini ta' Santa Liena ta' Birkirkara, San Duminku tal-Belt, il- Kunċizzjoni ta' Bormla u naturalment il-'ġara' tagħha l-Bambina tal-Isla, jiddominaw minn fost l-għażla. Anke l-kunserva...bil-festa fuqhom U jekk hemm min naqra te tinżillu għasel b'wiċċ il-patruna fuq il-magg, kumpanija lokali li tipproduċi l-kunserva, ħasbet biex anke mal- preparazzjoni ta' xi ħobża tal-Malti f 'dan iż-żmien tas-sajf niftakru fil-festa. Niftakarni f 'ħanut partikolari f 'San il-Pawl il-Baħar, ftit ġimgħat ilu, nagħżel mill-kunserva skont il-patrun li kien hemm fuq in-naħa ta' wara tal-bott il-blu. Naturalment milli kien hemm għażilt dak ta' Santa Liena, minħabba li naħa minn familti huma kollha karkariżi, ammiraturi kbar tal- imperatriċi li sabet is-salib. Imma fuq il-bottijiet tal-kunserva hemm oħrajn, fosthom il-Bambina tax-Xagħra Għawdex, Santa Marija ta' Għawdex ukoll u s-Salvatur ta' Ħal Lija. Anke fuq il-kunserva spiċċa l-patrun! Magg te b'wiċċ il-patrun Replika ta' Santa Liena għand il- Bottegin ta' San Martin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017