Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 | illum Minn Brussell 5 Lussemburgu pajjiżi jibnu koalizzjonijiet ma' xulxin biex jimbuttaw proposti li jridu jmexxu. Jafu kif taħdem uffiċjali fil-kummissjoni. Barra l-kuntatti li bnew fuq livelli personali. Dak hu l-pass li jmiss li l-Presidenza toħroġ mill-kaxxa ta' Brussell u niżguraw li mill-Presidenza nieħdu dak kollu li nistgħu. "X'se jiġri eżatt mill- ħaddiema ma nafx għax m'iniex daqshekk privileġġjat li nkun naf eżatt x'se jsir jew x'għandu f 'moħħu l-gvern. Ikun ħasra jekk jinħela l-kapital kollu li rnexxielna nġemmgħu f 'dan il- perjodu mhux biss tas-sitt xhur, iżda anke tas-snin li ħdimna qabel meta konna qed nippreperaw għall- Presidneza." Kerr qal li qabel il- Presidenza kien hemm 60 ħaddiem Dar Malta u issa għadu ma jafx jekk dawn jiżdidux għax ix-xogħol issa kiber minħabba l-fatt li hemm sezzjonijiet li kienu sitt persuni u issa jispiċċa b'persuna waħda meta wara l-Presidenza x-xogħol żdied. "Issa jkun hemm laqgħat immexxijin mill- Estonja iżda li rridu nieħdu sehem fihom aħna u issa n-nies li se jkunu f 'dawn il-laqgħat għandhom esperjenzi kbar li ħadu meta mexxew il-laqgħat huma." Lejn tmiem il-Presidenza faqqgħet l-elezzjoni f 'Malta. "Kellna vantaġġ li l-Presidenza tagħna fejn tidħol il-politika żammejna kuntatt il-ħin kollu mal- politiċi konċernati anke waqt il-kampanja. Id- direzzjoni politika konna diġà nafuha u l-ministri tawni 'free hand' biex naġixxu kif suppost. F'dan ir-rgward l-aspett tal-elezzjoni m'affetwatx. Kien hemm l-aspett loġistiku fejn kien hemm ministri li għalihom kienet aktar diffiċli li jattendu, għalkemm xorta baqgħu jattendu forsi flok lejlet ġew filgħodu. Iżda rrid insemmi b'ismu meta Evarist Bartolo anke waqt kampanja għażel li jmexxi kunsill straordinarju xorta. L-uniku vojt li kien hemm kien minn meta tħabbar ir-riżultat elettorali sa ma tħabbar il-kabinett. "Hemmhekk kellna żewġ kunsilli li ltaqgħu f 'Lussemburgu fejn dawn ġew iċċerjati minn ministri Estonjani għax bilfors iridu jkunu mmexxijin minn ministri u jien ma stajtx nagħmel dan. Għalkemm jien għamiltha ċara, xorta waħda kien hemm artikli fil-midja lokali li kienu 'misleading'. Il-ministru Estonjan kien qed jaqra dak kollu ppreparat mingħandna u maġenbu kien hemm jien u n-nies l-oħra Maltin li kienu ħadmu fuq is-suġġett. Jiġifieri l-ministru Estonjan qara dak li ppreparajna aħna għax il-Presidenza kienet Maltija." Neil Kerr żied li dan għamluh ukoll għall- ministri ġodda Maltin li mexxew l-aħħar kunsilli fuq portafolji differenti milli kellhom meta bdiet il-Presidenza. Hawn semma' lil Clint Camilleri li mhux biss qatt ma kien segretarju parlamentari, iżda lanqas kien membru parlamentari "u għamel biċċa xogħol eċċezzjonali u ħadt pjaċir ħafna kemm kien ippreparat tajjeb." Kerr beda l-esperjenza ma' Ian Borg u Louis Grech u issa se jagħlaqha ma' Helena Dalli, "Ma nbidel xejn, dak li kont nagħmel ma' Ian nagħmlu ma' Helena. Bħala karattri huma differenti, li rrid ngħid hu li ma' Helena mmur tajjeb ħafna fis-sens li drajna lil xulxin. Hemm ħafna komuni bejniethom it-tnejn." Neil Kerr semma' mument personali li se jibqa' jiftakru f 'din il-Presidenza, "f 'dawn ix-xhur kull meta kont nirritorna d-dar dejjem kont insib lit-tfal reqdin. Darba konna lħaqna proposta li se tibqa' f 'moħħi għal dejjem. Diffiċli li ngħid lil uliedi ta' sitt snin u erba' snin dwar x'nagħmel. Konna għadna kif ilħaqna proposta li jkun hemm wifi hot spots b'xejn madwar l-Ewropa u kien mument fejn ħassejtni li nista' nispjega lil uliedi x'għamilt dakinhar. Illum it-tfal kollha bl-ipads u jkunu jridu l-wifi. Kif mort id-dar għajjattilhom u għidtilhom li issa se jkun hemm wifi kullimkien fl-Ewropa. Għax ħassejtni kburi li ferraħt lil uliedi li issa setgħu jaraw il-YouTube kullimkien." Iżda qal li mument professjonali li tah sodisfazzjon kbir hu li kien hemm ċerti pajjiżi li fil- bidu kienu magħrufa li se jkunu diffiċli iżda li Malta rnexxielha ttellagħhom 'on board', "u huma apprezzaw il-fatt li għalkemm xorta kellna maġġoranza mingħajrhom xorta ridniehom magħna wkoll. Bla dubju li l-avviċinament tal-karattru Malti f 'din il-Presidenza għenet ħafna bil-mod kif konna kapaċi mmexxu l-proposti tagħna mhux bħala 'bulldozers' iżda bil-mod Malti tagħna." Neil Kerr temm l-intervista billi semma' mumenti li dejquh, "Meta kien hemm żewġ proposti li taf li kellek tim ta' nies li qed jagħtu kollox u f 'daqqa waħda f 'ċertu pajjiżi nbidel gvern u waqqgħu dak kollu li jkun tant sar xogħol fuqu. L-aktar ħaġa li tweġġa' meta tara dak kollu li taw jitħarbat mhux tort tagħhom." Reporter MediaToday Co. Ltd is seeking journalists with a knowledge and appreciation of current affairs, national politics and social issues. Candidates must be able to communicate and write in excellent English and Maltese. The role involves investigating, reporting from press conferences, interviewing people in authority, providing rapid copy in translation from English to Maltese of press releases and statements, developing contacts, staying abreast of important stories, and generating stories of human interest. Candidates who display an ability to harness the opportunities of online reporting - use of social media, using mobile phone photography, producing first-draft copy for online consumption - will be given preference. Good TV presence is a plus. Requirements: • Excellent command of the English language written and spoken • Willingness to learn on skills, some HTML coding; and emulate best practices in online reporting • Good writing skills • Keen interest in legal and business affairs, and social issues • Passion, drive and initiative • Ready to go beyond the call of duty and deliver top-quality copy against time contraints. Only selected applicants will be summoned for an interview. Closing date: 14/07/2017 Please send your applications to: The Managing Editor MediaToday, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN9016 Or email: info@mediatoday.com.mt VACANCY

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017