Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Għix u ħalli lil min jgħix M humiex biss l-isdi soċjali li baqgħu l-istess f 'Malta, minkejja kull elezzjoni, imma anke l-isdi li joru kwistjonijiet morali u anke etiċi. Din il-ġimgħa, erba' snin wara l-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili li kien miftuħ għall-koppji tal- istess sess u għalhekk fetaħ it-triq għall-għaqda legali bejn dawn il-koppji. Qed niddiskutu ż-żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess. Lil hinn minn dak li hu strettament politiku u legali imma, biex wieħed jasal għal xi forma ta' konklużjoni jew pożizzjoni dwar din il-kwistjoni jeħtieġ imur iktar fil-fond, fil- fundament. Li tkun taqbel ma' żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess, kif jaqbel dan l-editorjal, ifisser li taqbel illi l-imħabba umana f 'kull forma tagħha hija sabiħa u għandha tkun iċċelebrata. Kull imħabba, għax hija sabiħa, naturali u tmur lil hinn mill-għażliet razzjonali u rraġunati għandha tkun ugwali. Ugwali fl-istatus legali, ugwali fil-mod kif is-soċjetà tħares lejha u ugwali f 'kull ambitu soċjali u familjari. It-tieni, biex taqbel maż-żwiġijiet bejn koppji tal-istess jeħtieġ tifhem illi kull dritt mogħti, mhux dritt meħud. Dak li qed jiċċelebraw koppja tal- istess sess, mhu qed jiġu xejn, mhu qed inaqqar xejn u mhu qed ikisser xejn mill-ġmiel, l-armonija u l-bżonn soċjali ta' koppji eterosesswali u tal-familji Maltin u Għawdxin. Daqskemm, koppja LGBTIQ tħobb lis-sieħeb tal-istess sess, daqshekk ieħor tħobb lil ommha u lil missierha u daqstant tapprezza s-sbuħija ta' dik il-familja li rawmitha u tatha l-valuri. It-tielet, l-ebda valur mhu suprem. Għax jekk il-valur tal-imħabba huwa ugwalment sabiħ, mela sabiħ dejjem taħt kwalunkwe forma. U fl-aħħar, biex tkun verament favur aktar drittijiet u mhux sempliċiment 'politikament' favur, jew favur għax hekk jaqbillek, jeħtieġ tifhem li lil hinn mill-karta hemm l-aspett uman. Hemm il-kuntentizza tan-nies, hemm is-sens ta' sigurtà, hemm is-sens ta' sodisfazzjon, is-sens li persuna tħoss li għandha skop u għandha post fis-soċjetà. Sens illi dak li ksibt int hu daqstant imprezzabbli daqs dak li kiseb min huwa differenti minnek. Jekk ma fhimtx dan, mela għadek ma fhimt xejn. Għalhekk dan l-editorjal jara bħala xi ftit jew wisq ta' tqanżiħa dawk id- Deputati, l-aktar mill-Partit Nazzjonalista, li reġgħu qed ibeżżgħu bil-babaw jew bil-"libertinaġġ" kif sejħilha d-Deputat Edwin Vassallo. Jekk taħseb li Liġi għal żwieġ ugwali hija libertinaġġ, xi ħaġa moralment ħażina jew xi ħaġa li tmur kontra n-natura u allura ma tista' qatt tkun ugwali, ma tista' qatt u qatt tivvota favur il- Liġi li hemm fil-Parlament. U huwa f 'dan il-punt illi dan l-editorjal ma jaqbel assolutament xejn mal- attakk verbali li sar fuq nies bħal Edwin Vassallo u l-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech. Sezzjoni mdaqqsa tal-popolazzjoni, ngħidu li hija kbira sew, ma taqbel xejn mal-linja ta' dan l-editorjal. Tħoss illi l-imħabba bejn raġel u raġel hija minnha nfisha inferjuri. Din is-sezzjoni, jew parti minnha jista' jkun li tivvota lil nies bħal Vassallo u Fenech biex dak li jemmnu illi huwa valur għalihom ikun rappreżentat fil-Parlament. Jekk li tkun liberali jfisser li tkun ukoll iggwidat mill-prinċipju msemmi iktar kmieni illi, l-ebda valur mhu suprem, allura lanqas jekk inħossu li għandna raġun u lanqas jekk inħossu u nemmnu li l-ugwaljanza hija prijorità m'għandna nħossu li t-twemmin tagħna jagħmilna superjuri. Il-kuluri tal-qawsalla, li jżejnu l-bandiera assoċjata mal-omosesswalità hija propju dik, qawsalla ta' kuluri differenti. Kull persuna u ħsieb huwa qawsalla differenti. U la aħna tant aħna komdi, kif inhu komdu dan l-editorjal u tant aħna ċerti mis-saħħa u l-qawwa tal-argument tagħna mela allura m'għandna għalfejn ngħajru lil ħadd u m'għandna għalfejn nipprovaw inżebilħu ebda idea li ma taqbilx ma' dik tagħna. Kif inħobbu ngħidu, u kif jgħidu dawk il-miljuni kbar favur id-drittijiet ugwali; live and let live, għix u ħalli lil min jgħix. Editur: Albert Gauci Cunningham 13