Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 | illum Sports 23 Rimonta eċċezzjonali għal Hamrun Tre Angeli r-rebħ tan-Knock Out tal-Futsal FTIT ġranet wara li Luxol saru ċ-champions il-ġodda tal- Kampjonat tal-Elite tal-Futsal, kellhom jisfaw eliminati mill- istess Valletta. Din id-darba Valletta ġabu fix-xejn lil Luxol u għaddew għall-finali tan-Knock Out meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 7-2. Il-Beltin li kienu ferm iktar determinati, sabu x-xibka permezz tad-doppjetti ta' Denis di Maio u Rodrigo Ticz Patricio u gowl kull wieħed għal Melvin Borg, Jovica Milijic u Daniel Jesus Aguilera Puerto. Luxol naqsu d-distakk bil-gowls ta' Andy Mangion u William Barbosa. Fis-semi-finali l-oħra, Hamrun Tre Angeli kellhom rebħa komda ta' 10-3 fuq Marsascala Construct Furniture. Għall-Ħamruniżi spikka Florin Anton li kellu prestazzjoni tajba u wettaq tripletta personali. Cleaven Portelli u Peter Pullicino skurjaw darbtejn, flimkien mal- gowls ta' Alexander Ellul, James Ciangura u Daniele Degennaro. It-tliet gowls għal Marsascala waslu mingħand Steve Gambin, Liam Gauci u Reuben Degabriele. B'hekk fil-finali kellna konfront ferm interessanti bejn Valletta u Hamrun Tre Angeli. Ir-riżultat finali kien wieħed li qatt ħadd ma basar. Anki l-istess plejers u diriġenti ta' Hamrun Tre Angeli kienu sorpriżi u għaldaqstant ferm sodisfatti li rebħu l-finali ta' din il- kompetizzjoni. Sa' tmiem l-ewwel taqsima, il- Beltin kienu fil-vantaġġ bl-iskor ta' 4-3. Sa' mill-ewwel battuti l-Beltin impenjaw għal bosta drabi lill- gowlkiper Ħamruniż Matthew Mifsud, li kien qed jilgħab l-aħħar logħba tal-karriera tiegħu fil-futsal. Madwar ħames minuti milgħuba, minn azzjoni konfuża l-Brażiljan ta' Valletta Raphael Felipe Ortiz de Oliveira (Raphinha) minn mal-art irnexxielu jiftaħ l-iskor. Wara żewġ tentattivi oħra ta' Raphinha li ġew salvati minn Mifsud, kien imiss lil Jovica Milijic li irdoppja l-iskor għal Valletta. Ftit tal-ħin wara Denis Di Maio li kien f 'pożizzjoni xi ftit angulata tefa' l-ballun fix- xibka u sa dak il-ħin għamilhom 3-0 għal Valletta. Minuta wara Luke Stivala naqqas l-iskor għall- Ħamruniżi li bdew jemmnu aktar fihom infushom. Għaldaqstant l-Beltin komplew ikomplu ikabbru l-vantaġġ, meta Daniele Degennaro sfortunatament spiċċa tefa' l-ballun fix-xibka wara l-gowlkiper sieħbu stess. Fl-aħħar minuti tal-ewwel taqsima l-Ħamruniżi għollew rashom u skurjaw żewġ gowls oħra permezz ta' Degennaro u Stivala. Fit-tieni taqsima l-Ħamruniżi taw qalbhom u dehru ċari l-intenzjonijiet tagħhom li jirbħu din il-finali. Wara minuta u nofs milgħuba, il-captain Jason Mifsud għamel l-iskor indaqs ta' 4-4. Madwar seba' minuti wara, Degennaro reġa' skurja u poġġa lil Hamrun Tre Angeli għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Ftit wara l-Beltin reġgħu dawru r-riżultat favurihom. Minn xutt ta' Musu, Mifsud laqa' parzjalment u mir-rebound Milijic reġa' ġab l-iskor indaqs. Minuta u nofs wara Daniel Jesus Aguilera Puerto rega' qiegħed lill-Beltin fil-vantaġġ. Fl-aħħar sitt minuti l-Ħamruniżi wettqu rimonta eċċezzjonali li waslithom biex jogħlu t-tazza. Degennaro għaqqad tripletta personali u ġab id-dro għal 6-6. Peter Pullicino minn azzjoni tajba xeħet il-ballun fir-rokna tax- xibka u reġa' poġġa lil Ħamruniżi fil-vantaġġ. Disa' sekondi mit- tmiem, waqt li l-Beltin tefgħu kollox fuq l-attakk b'Xavier Saliba bħala flying keeper, il-gowlkiper Ħamruniż Matthew Mifsud kien pront min-naħa għall-oħra f 'lasta vojta, sabiexissiġġilla l-iskor finali ta' 8-6. Wara t-tisfira finali, il-plejers ta' Hamrun Tre Angeli flimkien mal-istaff tekniku ferħu b'xulxin u fuq kollox bit-tazza li ġiet mogħtija lilhom mit-Teżoriera tal-FMA s-Sinjura Mireille Vella. Din il-finali ġabet fi tmiemu staġun ieħor ta' futsal u kienet ukoll l-aħħar logħba ikkontrolata mir-referi internazzjonali Franco Cachia. Fil-fatt huwa ngħata rikonoxximent xieraq mid- diriġenza tal-Malta Football Referees Association. Plejers u diriġenti ta' Ħamrun Futsal jiċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tan-Knock Out tal-Futsal. Rebħa importanti għal tennisti Maltin fil- Federation Cup ĠIET irreġistrata rebħa importanti għat-tim nazzjonali Malti tat- tennis kompost minn Elaine Genovese, Helene Pellicano, Francesca Curmu u Brenda Galea hekk kif fil-jiem li għaddew, it-tim Malti rebaħ 2-1 kontra t-Tuneżija fi play-off għall-klassifikazzjoni finali għall-ħames jew is-sitt post. Fl-ewwel logħba singles lagħbet Pellicano u rebħet f 'żewġ sets 6-1, 6-4 kontra t-Tuneżina Bouzgarrou. Fit-tieni logħba ukoll singles, Genovese tilfet 6-3, 6-1 kontra Bechri li hi rrankjata mal-ewwel 700 fid-Dinja. B'hekk il-logħba tad-doubles kienet deċisiva bil-koppja Pellicano - Genovese jirbħu 6-0, 6-1 sabiex rebħu l-logħba u għalqu l-avventura tagħhom fil-Fed Cup ta' din is- sena b'bilanċ ta' żewġ rebħiet u telfa waħda għall-klassifikazzjoni finali ferm sodisfaċenti fil-Grupp taż-żona Ewroepja u Afrikana. Mix-Xellug għal-Lemin: Helene Pellicano u Elaine Genovese. Ritratt - Joe Borg