Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 L-industrija tar-ristoranti: bejn Is-sidien Għawdxin bl-aktar sentiment pożittiv...tat-Tramuntana u l-Belt l-inqas IRRISTORANTI li jinstabu fil- gżira Għawdxija huma l-iktar li għandhom sentiment pożittiv fir- rigward tal-futur tal-ħidma tan- negozju tagħhom. Fil-fatt, 67% tar-ristoranti Għawdxin li ħadu sehem fi stħarriġ imħejji għall- Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti wieġbu fil-pożittiv meta mistoqsija dwar il-prospetti tan-negozju tagħhom fil-futur. Mill-istħarriġ li sar mill- kumpanija Deloitte dwar il-qasam tar-ristoranti f 'Malta u Għawdex, irriżulta li 43% tat-53 parteċipant minn madwar il-pajjiż kellhom sentiment ġenerali pożittiv għall- futur, waqt li kienu kunfidenti li se jitkompla l-andament ta' titjib li raw fl-aħħar snin. Għall-mistoqsija dwar kif qegħdin jaraw li se jkun il-futur tagħhom, 55% wieġbu li qed jaraw li l-futur mistenni jkun ftit jew wisq fl-istess livelli li kien f 'dan l-aħħar żmien. Kien hemm biss 2% tal-parteċipanti li qed jipprevedu li l-futur tan- negozju se jkun agħar minn dak li diġà għadda. F'dan l-istħarriġ, it-53 ristorant parteċipant kienu maqsuma f '5 reġjuni distinti tal-pajjiż: Għawdex, il-Belt Valletta, in-Nofsinhar, it-Tramuntana bħal Buġibba u l-Qawra, u ż-żona kostali, jiġifieri l-inħawi ta' Tas-Sliema u San Ġiljan. It-tipi ta' ristoranti kienu jvarjaw fl-ispiża medja ta' ikla, bi 8% ikunu ta' bejn l-€10 u l-€15 waqt li dawk ta' bejn il-€15-€20, €20-€30 u dawk ta' iktar minn €30 kienu jammontaw bejn wieħed u ieħor 30% tal-parteċipanti. In-nuqqas ta' ħaddiema wġigħ ta' ras għas-sidien Mill-istħarriġ, irriżulta li minkejja li kienet reġistrata żieda marġinali fid-dħul, l-ispejjeż fir-rigward ta' pagi raw żieda ikbar, u dan jista' jkun minħabba diversi fatturi, fost l-oħrajn id-diffikultà tal-persuni tan-negozju li jsibu ħaddiema adattati għall-impjieg. Fil-fatt, dan il-punt ta' tħassib deher bi prominenza bħala wieħed mill-iktar oqsma li qed jinkwieta lil dawn ir-ristoranti, hekk kif l-ikbar problema msemmija kienet in-nuqqas ta' ħaddiema, partikolarment kokijiet u waiters li huma kapaċi u kompetenti f 'xogħolhom. Fl-istess waqt, il-kompetizzjoni li jridu jħabbtu wiċċhom magħha f 'dan il-qasam, kienet l-anqas kwistjoni li inkwetat lill-parteċipanti. Dan minkejja li fil-preżentazzjoni ta' dan l-istħarriġ intqal kif minkejja li l-ekonomija fil-fatt sejra tajba, u għandha andament pożittiv, bin-nefqa tal-pubbliku tkun qed tiżdied, ġie mwissi li meta l-ammont ta' ristoranti, u stabbilimenti ta' ikel jibqa' jiżdied, l-effett pożittiv jispiċċa biex jinħass inqas hekk kif jitqassam bejn iktar stabbilimenti. L-Għawdxin kienu l-iktar pożittivi u ottimisti fit-tweġibiet tagħhom, hekk kif 67% esprimew sentiment pożittiv għall-futur, u dan meta mqabbel mas-56% fin-Nofsinhar tal-pajjiż, 45% fiż-żona kostali, 33% fil-Belt Valletta, u l-inqas fin-naħa tat-Tramuntana tal-pajjiż b' 25%. Meta wieħed iħares lejn ix-xejriet fejn għandu x'jaqsam id-dħul, f 'Għawdex ġie reġistrat titjib ta' 5.1%, waqt li fil-Belt Valletta kien hemm titjib ta' 3.8%, li jirrifletti tajjeb is-sentiment li ġie nnutat fir-rigward tal-ħwienet u negozji oħrajn. Iż-żoni tan-naħa ta' isfel tal-pajjiż u dawk kostali, minkejja titjib li raw fl-infiq, il-prestazzjoni baqgħet prattikament fl-istess livelli li kienet fiż-żmien ta' qabel. Dan filwaqt li 43% tkellmu dwar riżultati pożittivi tad-dħul, 32% riżultati prattikament kostanti waqt li 25% tkellmu dwar tnaqqis mis-snin ta' qabel. Ir-ristoranti parteċipanti rreġistraw 56% tal-klijenti tagħhom bħala Maltin waqt li kien hemm 44% minnhom li kienu turisti, filwaqt li fejn jidħlu ħaddiema, 65% kienu persuni Maltin, waqt li 35% huma barranin. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt 56% tal-klijenti tagħhom bħala Maltin waqt li kien hemm 44% minnhom li kienu turisti, filwaqt li fejn jidħlu ħaddiema, 65% kienu persuni Maltin, waqt li 35% huma barranin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017