Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet bejn ottimiżmu, kawtela u tħassib 'Inutli tinvesti fl-istabbiliment u malli toħroġ barra ssib diżastru' Paul Bugeja, intraprenditur 'Mingħajr ħaddiema barranin, lanqas ikollna biex naħdmu' Philip Fenech, President Tourism, Hospitality & Leisure – GRTU DIN il-gazzetta għamlet kuntatt ma' persuni involuti fis-settur tar-ristoranti u l-ospitalità sabiex tifhem aħjar is-sitwazzjoni u tieħu stampa iktar ċara tas-settur u l-andament tiegħu. F'kummenti mal- gazzetta ILLUM, l-intraprenditur minn San Pawl il- Baħar u Kunsillier tal- istess lokalità, Paul Bugeja saħaq li dik li għaddiet kienet, "l-aħjar sena li kellna, għaliex anke fix-xitwa bqajna għaddejjin." Bugeja spjega li kuntrarju għas-snin ta' qabel, l-istabbilimenti kienu kważi b'nuqqas ta' impjegati u dan meta mqabbel ma' snin preċedenti fejn Bugeja jgħid li saħansitra kienu jispiċċaw jitkeċċew in-nies minħabba n-nuqqas ta' xogħol. Minkejja dan, Bugeja jirrimarka li l-ikbar problema li qegħdin jaffaċjaw l-intraprendituri partikolarment dawk li jinsabu fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż, primarjament dawk f 'Buġibba, hija l-istat tal-infrastruttura. Bugeja jisħaq fuq bżonn imminenti ta' riġenerazzjoni fiż-żona, partikolarment l-infrastruttura eżistenti, biż-żona ilha ma tara proġett maġġuri fl-infrastruttura għal snin sħaħ, kif ukoll l-indafa u ż-żamma tal-post. "Inutli li tinvesti fl-istabbilimenti tiegħek, u r-ristoranti u l-lukandi tagħmilhom tal-ewwel klassi, biex imbagħad meta toħroġ 'il barra, issib diżastru," saħaq Bugeja. Dwar il-problemi li l-istħarriġ elenka bħala tal-ikbar tħassib, Bugeja qabel li huwa diffiċli biex wieħed isib il-ħaddiema, partikolarment dawk Maltin. Fil-fatt, jinsisti li l-ammont ta' ħaddiema Maltin huwa limitat ħafna, u dawk li hemm, fil-fatt jispiċċaw billi wara li jakkwistaw biżżejjed esperjenza, jiftħu għal rashom. Rigward il-kompetizzjoni li tippreżenta ruħha bl-ammont ta' stabbilimenti li jiftħu f 'żona waħda, li l-istħarriġ poġġieh bħala l-inqas problema, Bugeja jgħid li din mhix problema. Anzi, saħansitra jgħid li din hi importanti sabiex in-negozju jkun jista' jkollu raġuni għalfejn dejjem itejjeb lilu nnifsu u jġiegħel lis-sid joffri servizz dejjem aħjar. "Il- kompetizzjoni hi pożittiva għaliex mingħajrha, in-negozju kapaċi jmur għat-telqa," temm jgħid Bugeja. MA' din il-gazzetta tkellem ukoll il- President tat-taqsima tat-Turiżmu u l-Ospitalità fi ħdan il-GRTU, Philip Fenech li sostna li fejn jidħol it- turiżmu, hu jara li l-industrija tista' biss tmur 'il quddiem bis-saħħa tal-aċċessibbiltà li sar għandu l-pajjiż u jittama li din tkompli titjieb bir-ristrutturar tal-linja tal-ajru nazzjonali. Fenech sostna li r-ristoranti f 'żoni differenti tal-pajjiż kapaċi jesperjenzaw sentimenti differenti fi żminijiet differenti minħabba li wħud minnhom iktar jappellaw għal ċertu tip ta' klijenti. Fil-fatt, isostni li ċertu ħwienet li huma iktar kummerċjali jkunu jappellaw għal iktar volum ta' nies u għaldaqstant, l-aħjar żmien għalihom ikun fil-high seasons. Minkejja dan, Fenech ikompli jgħid li għall-kuntrarju ta' dan, ħwienet li jkunu jinvestu aktar fi kwalità, kapaċi jkunu iktar popolari f 'shoulder months. Il-president fi ħdan il-GRTU insista li issa, is-settur privat għamel ħafna investiment min- naħa tiegħu, u issa li dan ġie rikonoxxut, jgħid li jrid isir l-istess fil-qasam tal-infrastruttura li hi meħtieġa, f 'ċerti żoni b'mod speċjali. Jgħid ukoll li issa l-pass li jmiss huwa li l-prodott offrut ikompli jitjieb sabiex il-kwalità wkoll timxi 'l quddiem bid-dħul ukoll jikber. Min-naħa l-oħra, lil hinn mit-turiżmu, Fenech jgħid li minħabba li l-ekonomija fil-pajjiż sejra tajjeb, il-Maltin ukoll qed jikkontribwixxu għaliex saru joħorġu iktar minħabba li għandhom iktar disposable income. Rigward il-problemi u sfidi li jaffaċċjaw il-persuni fil-qasam, Philip Fenech jgħid li waħda mill-ikbar sfidi hi propju tat-traffiku u l-konġestjoni f 'ċerti partijiet fil-pajjiż, partikolarment għall-dawk il-persuni u kumpaniji li jagħmlu d-deliveries lill-ħwienet. Għaldaqstant, jgħid li jeħtieġ ikun hemm maniġġjar aħjar tal-loġistika f 'dan il-qasam. Meta mistoqsi dwar it-tħassib prinċipali li ħareġ mill-istħarriġ, Fenech jgħid li verament hija problema reali ħafna dik tan-nuqqas ta' ħaddiema kompetenti f 'xogħolhom fis-settur tar-ristoranti. Jattribwixxi wkoll din il-problema għall-fatt li l-ITS mhix tipprovdi biżżejjed persuni għal dan is-settur, filwaqt li jżid jgħid li ħafna persuni qatt ma ħadu dan is-settur b'wisq serjetà. Fil-fatt, jgħid kif mingħajr il-ħaddiema barranin f 'dan is-settur, "kieku ma jkunx hemm biex naħdmu." Philip Fenech jgħid ukoll li dwar il- kompetizzjoni, li kienet l-inqas tħassib fost dawk li wieġbu l-istħarriġ, din ma tħallix lok għal min mhux professjonali f 'xogħlu. "M'għadux iż-żmien li m'għandekx minn fejn tagħżel, issa għandek varjetà enormi," jsostni Fenech li jgħid li huma biss dawk li huma tajbin li jibqgħu, waqt li l-oħrajn jispiċċaw maż-żmien. Il-Kunsillier Laburist jinsisti dwar bżonn ta' riġenerazzjoni fil- lokalità ta' Buġibba Għad hemm nuqqas kbir ta' ħaddiema fis- settur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017