Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Intervista 11 kompliet tgħid Dalli 'Meta nidħol għal xi ħaġa, nidħol għaliha bis-serjetà' Fl-intervista ma' din il-gazzetta, Helena Dalli semmiet il-ħidma tagħha matul l-aħħar snin bħala Ministru u spjegat kif ħadmet ħafna fl-istrutturi tal-UE fil-passat minħabba l-liġijiet tal-ugwaljanza. "Kont inħares lejhom bħala l-iktar liġijiet tajbin li jista' jkun hemm u li fil-fatt nistgħu nagħmlu aħjar minnhom, u ġejna fl-ewwel post fl-Ewropa," sostniet Dalli li bi tbissima żiedet tgħid li meta tidħol għal xi ħaġa, tidħol għaliha bis-serjetà. "Meta rajt il- liġijiet, għidt jien irrid inpoġġi lil Malta l-ewwel, u hekk għamilna. Ilna sentejn fl-ewwel post, u meta sentejn ilu għidt lil Joseph Muscat li ġejna l-ewwel, qalli biex nara kif nagħmel ħalli nibqgħu fl- ewwel post," sostniet Dalli. 'Nemmen li d-delegati għandhom dritt ikunu jafu jekk għandix intenzjonijiet oħrajn' Fid-diskors li tat fit-tnedija tal- kampanja tagħha, Dalli insistiet li m'għandha l-ebda ambizzjoni oħra lil hinn minn din il-kariga ta' deputat mexxej. Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi għalfejn qalet dan, u għaliex ma tikkunsidrax il-kariga ta' mexxej ġaladarba l-Prim Ministru għamilha ċara li mhux se jkun qed jikkontesta elezzjoni ġenerali oħra. Għal dan, Dalli sostniet li, "assolutament m'għandhiex ambizzjonijiet oħrajn. L-unika ambizzjoni li għandi hi li nipprova nikkonvinċi lill-PM jibqa' ftit ieħor, għaliex verament nemmen li hekk għandu jagħmel. Hi missjoni diffiċli, però ma nagħmilx ħażin li nipprova, u se nagħmilha l-missjoni tiegħi li nipprova nikkonvinċih." Dan filwaqt li insistiet li m'għandhiex l-intenzjoni li tmur oltrè mill-pożizzjoni ta' deputat mexxej u tgħid li, "ikun min ikun il- mexxej, jekk ma jirnexxilix nikkonvinċi lil Joseph biex jibqa' iżjed, jekk nintagħżel jien, inkun deputat mexxej leali." Meta mistqosija għalfejn ħasset il- bżonn li tagħmilha ċara li din hi l-ogħla pożizzjoni li qed timmira għaliha, Dalli tgħid li tħoss li d-delegati għandu jkollhom għażla ċara quddiemhom, "u kieku kelli intenzjonijiet oħrajn, kont ngħidhomlhom u nemmen li għandhom dritt ikunu jafu inti x'għandek f 'moħħok, u jiena dan għandi f 'moħħi." 'Irridu nqarrbu lid-delegati iktar lejn il-Partit' Il-kandidata għall-irwol ta' deputat mexxej tal-Partit Laburista għall- Affarijiet tal-Parlament, Helena Dalli tkellmet dwar il-viżjoni tagħha kemm-il darba tiġi eletta fil-kariga. Dalli tgħid li temmen li għandu jkun hemm iktar tqarrib tad-delegati lejn il-Partit u l-ħidma tal-Gvern. "Fost id-delegati li kellimt, jinħass ċertu sens ta' qtugħ bejniethom u l-Partit fis-sens li jridu jagħmlu iktar. Hemm ħafna riżorsa umana," tkompli tgħid Dalli li tisħaq li, "nistgħu nużawha aħjar." Il-Ministru Dalli żżid tgħid li hemm ħolqa nieqsa bejn il-programm elettorali, li fl-aħħar mill-aħħar jiġi approvat mid-delegati, u l-ħidma tal-Partit li eventwalment ikun fil-Gvern "il-ħidma li nagħmlu aħna fil-Gvern u fil-Parlament hija fil-fatt grazzi għad-delegati li approvaw il-manifest elettorali. Jien nixtieq li din il-ħolqa tissaħħaħ billi jkun hemm laqgħat regolari mad-delegati jew rappreżentanti tagħhom biex ikunu infurmati fuq l-aħħar xogħlijiet li jkun qed jagħmel il-Gvern, u b'hekk ikunu involuti iktar, u jkunu jafu fiex wasal il- programm elettorali u xi jmiss fil-ħidma tal-Gvern." Mara magħkom... Tul l-intervista, il-Ministru Dalli tispjega kif dak li għamlet għat-tnedija tal-kampanja tagħha, xejn ma sar b'kumbinazzjoni, mis-slogan sal- għażla tal-post fejn saret it-tnedija. Dalli tibda billi tgħid kif għażlet l-islogan 'Mara Magħkom' mhux biss għaliex hi kandidata mara, iżda "jien użajtha għaliex jien dejjem kont mara magħkom...tal-kelma...tal-Partit minn dejjem, ma tlaqtkom qatt," tispjega Dalli waqt li tinsisti li mhux għax mara, "imma għax naħseb li bħala kwalitajiet, għandi dak li hu meħtieġ biex inkun Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal- Partit." Helena Dalli qalet ukoll li l-post fejn għażlet biex issir it-tnedija tal-kampanja tagħha wkoll kienet simbolika. Fil-fatt, it-tnedija tal-kampanja ta' Dalli saret fil-Birgu quddiem il-monument tal- Ħelsien u dwar dan, il-Ministru tgħid li minbarra li l-Ħelsien hu avveniment importanti ħafna fl-istorja tal-Partit Laburista u tal-pajjiż, "jien nieħu l-ħelsien fil-kunċett iktar wiesgħa tal- kelma...il-ħelsien tal-ħsieb u l-ħelsien tal-persuna li tgħix il-ħajja li taħseb li għandha tgħix." Tkompli titkellem dwar il-ħelsien tal-bniedem, anke mit-tbatija u hawnhekk issemmi ż-żieda fil-paga minima li waslet wara żmien twil ta' ħidma u diskussjonijiet. 'Il-PM għaraf li għandi ħafna enerġija u ma niqafx naħdem' Ir-responsabbiltajiet li jaqgħu l-Ministeru ta' Helena Dalli huma wiesgħa, u jvarjaw minn affarijiet Ewropej sa relazzjonijiet industrijali, ugwaljanza u djalogu soċjali. Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi kif allura tkun tista' tlaħħaq ma' iktar ħidma jekk tiġi eletta bħala deputat Prim Ministru. Dalli tibda biex tgħid, "jien dejjem nismagħhom jgħidu biex ix-xogħol tagħtih lil min għandu ħafna x'jagħmel. Jien għandi ħafna enerġija u ma niqafx naħdem, u naħseb li l-Prim Ministru għarfu dan, u għalhekk għabbieni b'iktar xogħol. Min jagħmel ħafna xogħol ifisser li jaħdem. Il-fatt li l-PM jagħtini ċertu responsabbiltajiet huwa unur għalija u huwa ta' pjaċir għax inħobb naħdem," temmet tgħid il-Ministru Dalli. tal-Partit...ma tlaqtkom qatt' Kieku kelli intenzjonijiet oħrajn, kont ngħidhom għax nemmen li d-delegati għandhom dritt ikunu jafu inti x'għandek f'moħħok " "