Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Mil-liberazzjoni għall-ugwaljanza...l-ILLUM tħares lejn deċenji ta' battalji kontra d-diskriminazzjoni u favur l-imħabba, f 'Malta u lil hinn minnha MHUX biss il-komunità LGBTIQ imma l-pajjiż kollu reġa' qed jesperjenza mument storiku fit- tragward favur l-ugwaljanza. Kollox beda fl-2014 hekk kif ftit biss wara li kien elett Gvern Laburista dan trasforma f 'liġi l-wegħda elettorali ta' Unjoni Ċivili. Att li fetaħ it-triq biex koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jiċċelebraw b'mod legali u formali l-imħabba tagħhom f 'għaqda rikonoxxuta mill-istat. Erba' snin wara ċ-ċelebrazzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ il-pajjiż, għal darb'oħra taħt Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat se jkun qed jagħmel l-aħħar siġill fuq proċess illi beda hu stess, erba' snin ilu. Bħal erba' snin ilu, anke jekk din id-darba l-PN qed jgħid li se jivvota favur, qamu l-oġġezzjonijiet u l-kritika jew lejn l-att innifsu jew inkella lejn partijiet u artikli mill-liġi partikolari. Fost il-kritika u l-għadab tal-forzi aktar konservattivi, bħal dejjem, bdiet tidwi l-għajta li 'l-minoranzi qed jiddettaw lill-maġġoranza' u li 'l-gay lobby sar iktar (jew wisq) b'saħħtu'. Dan apparti s-soltu għajjat ta' 'libertinaġġ', 'immoralità' u ħafna stqarrijiet oħrajn xi ftit jew wisq marbutin mas-suppost supremazija ta' tip ta' relazzjoni fuq oħra, li kienet għadha u se tibqa' dejjem f 'minoranza. Minkejja l-idea iżda li dan kollu beda llum, li f 'pajjiżna skoprejna l-Amerika jew li qed indawru r-rota għall- ewwel darba, il-battalja u l-'lobbying' politiku minn għaqdiet LGBTIQ ilhom għaddejjin deċenji fuq deċenji. L-ugwaljanza, kienet dejjem kwistjoni politika u waħda illi wasslet għal protesti, rewwixti, bidliet u progress. Imma dejjem kien 'lobbying' b'mod paċifiku permezz tal-konvinzjoni jew vjolenti, permezz tal-protesti, li wassal għall-għoti tad-drittijiet ugwali lil miljuni kbar ta' persuni LGBTIQ madwar id-dinja. Fil-kuntest tal-iżviluppi politiċi lokali f 'dan il-qasam l-ILLUM tat ħarsa lejn il-kisbiet tal-komunità LGBTIQ madwar id-dinja u fl-istorja biex b'hekk il-qarrejja tagħna jifhmu aħjar kif dak li qed jiġri madwarna, qed jiġri f 'kuntest wiesa' ħafna, kuntest soċjali imma wkoll politiku u storiku, Ewropew u internazzjonali. 1791, Franza... ...kien l-ewwel pajjiż li ddikriminalizza l-omosesswalità, probabilment l-aktar grazzi għal Jean Jaques Regis De Cambaceres li kien wieħed mill-awturi tal-Kodiċi Napoleonika. Ir-riformista Jeremy Benthan... ...kien l-ewwel persuna li ddiskuta l-kunċett tal-omosesswalità f 'diskussjoni aktar wiesgħa tal-moralità, fi żmien fejn l-omosesswalità kienet meqjusa bħala ħażina u immorali u anke suġġett għal sentenza ta' mewt. Benthan kien argumenta illi l-moralità ta' azzjoni hija determinata mill-konsegwenza tagħha fuq l-uman u allura ladarba l-omosesswalità hija 'att kriminali' mingħajr vittma, ma jixraqilhiex li tissejjaħ att kriminali jew li tkun meqjusa bħala aberrazzjoni. Sal-1833 persuni bħall-Kaptan Nicholas Nicholls fir-Renju Unit kienu sentenzjati għall-mewt ħatja ta' sodomija. L-Era Vittorjana... ...ma kienet sabiħa xejn għal ħafna nies, fosthom persuni b'ġibda sesswali lejn persuni tal-istess sess. Fil-fatt taħt ir-renju tar-Reġina Vittorja, fl-1885 kienu saru l-emendi ta' Labouchere illi wasslu biex kull att 'indiċenti' bejn żewġ rġiel kien ikkriminalizzat. L-aktar vittma ċelebri ta' din l-era mudlama huwa l-kittieb Oscar Wilde, li fl-1895 kien ingħata l-eħrex sentenza li ddaħlet fl-emendi, sentejn priġunerija wara li nġibed lejn George Cecil Ives u saħansitra biesu pubblikament fit- Travellers' Club. Il-kelma omosesswali... Din il-kelma, skont l-Oxford English Dictionary intużat għall-ewwel darba fl- 1892 f 'kitba medika ta' C.G. Chaddock fiż-żmien meta kienu bosta l-kittieba u studjużi Ingliżi li bdew iħarsu aktar fil-fond lejn ir-realtà tal-omosesswali. Fost dawn, il-poeta soċjalist Edward agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Roy Jenkins Harvey Milk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017