Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017| illum Aħbarijiet AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Karta ħamra għal 650 kumpanija għax ma ħaddmux biżżejjed persuni b'diżabbilità SA Marzu li għadda kienu b'kollox 665 intrapriża li ma kellhomx l-ammont mitlub bil-liġi ta' persuni b'diżabbilità fuq il-kotba tagħhom. Dan apparti li skont estimi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tar- Rappreżentanti l-JobsPlus qed tħares lejn dħul ta' madwar €1.6 miljun minn dawn il-multi lill- impjegaturi. Kien il-Gvern preżenti li inforza din il-liġi fil-Baġit għas-sena 2015 meta inforza kwota ta' 2% għal kull post tax-xogħol fejn huma impjegati iktar minn 20 persuna. Dawk l-impjegturi li ma josservawx din il-liġi se jkollhom iħallsu multa li qatt ma tista' taqbeż l-€10,000 għal kull impjegatur. Minn din is-sena l-multa telgħet għall-massimu, kif stipulat fil-liġi, ta' mhux aktar minn €2,400 għall kull persuna b'diżabbilità inqas mill-kwota fuq post tax-xogħol. Mis-665 kumpanija li nstabu illi ma laħqux il-kwota ta' impjegati b'diżabbilità ma kien hemm ebda entità governattiva. Dan minħabba li s-settur pubbliku fit-totalità tiegħu jissodisfa l-kwota ta' 2% stabbilità fil-liġi. Minkejja li l-liġi hija kreditata għall-fatt li pajjiżna esperjenza fost l-inqas trata ta' qgħad fost persun i b'diżabbilità, dan l-inforz ma tantx kien milqugħ b'entużjażmu minn impjegaturi, speċjalment ta' intrapriżi żgħar ħafna. Estimi juru illi JobsPlus se ddaħħal madwar €1.2 miljun f 'multi mill-miżura baġitarja 203 persuna aktar jibdew jirċievu l-pensjoni tal-wens miżjuda IXXAHAR li għadda kienu b'kollox 272 persuna li rċevew l-ewwel pensjoni tal-wens minn meta l-Gvern ħabbar riforma li permezz tagħha din il-pensjoni żdiedet kif ukoll qed tingħata lil ħafna iktar persuni. Il- pensjoni tal-wens tingħata lil dawk li jibqgħu barra minn impjieg biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lill-qraba u nies fil-familja li jkollhom bżonn kura d-dar matul il-jum. Fl-aħħar baġit kienet imħabbra żieda, biex issa din il-pensjoni hija ta' €140 mill-€105 li kienet qabel, dan ifisser żieda ta' €35 fil- ġimgħa jew mal-€140 fis-sena. B'kollox iż-żieda li ħabbar il-Gvern se tfisser illi dawk illi jibbenefikaw minn din il-pensjoni se jaraw żieda ta' €1,820 fil-pensjoni tal-wens fis-sena. Qabel din ir-riforma kienu biss 69 persuna li kienu jibbenefikaw, jew 203 inqas għalkemm l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għadu għaddej u allura huwa mistenni li jerġa' jiżdied. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Grixti. Nr 545 • 26 ta' Marzu 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Chris Spiteri Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 14 Ritratt: Ray Attard Mad-90 ħaddiem tal-Gvern fiċ-Ċittadella biss 46 minnhom inaddfu, ibajdu u jkaħħlu IĊĊITTADELLA mhix biss fortifikazzjoni mill-isbaħ u mill-aktar storika, imma mid-dehra hija wkoll sors ewlieni ta' impjiegi f 'Għawdex għall- Għawdxin. Minkejja li tliet ġimgħat wara li l-ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill-Ministeru, baqgħet bla risposti, ċifri approssimattivi li għandha f 'idejha din il-gazzetta juru li b'kollox hemm 86 ħaddiem tal-Gvern li għandhom impjieg fiċ-Ċittadella. Dan ma jinkludix ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu fil-mużewijiet tal-istess Ċittadella, ħaddiema tal-Environment Landscapes Consortium (ELC) jew ta' kuntratturi privati. Iktar minn nofshom, jew 46 huma persuni li jagħmlu xogħol ta' tibjid, tindif u tikħil. Dawn il-ħaddiema jinqasmu f 'żewġ gruppi ta' 23 persuna f 'kull grupp li jaħdmu żewġ shifts. L-ILLUM tinsab infurmata li dawn jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt. Minuti 'l bogħod mill-mewt Ara intervista fuq paġni 12-13 SKONT xhieda fil- Qorti mill-Ispettur Joseph Busuttil, Michael Kingswell, wieħed minn żewġ irġiel akkużati li użaw il-fotografija biex iqassmu materjal indiċenti ta' tfajliet taħt l-età, kien jistieden lill- istess tfajliet biex 'jikxfu aktar'. Jirriżulta li dan kien jitlobhom jagħmlu dan biex ir-ritratti jkunu 'aktar artistiċi' Kienet l-Interpol li ġibdet l-attenzjoni tal-Pulizija lokali għall- materjal li kien qed jitqassam mill-kompjuter ta' Kingswell. Il-Pulizija ressqet persuna oħra, Robert Rizzo b'kompliċità ma' Kingswell. Iż-żewġt irġiel, Michael Kingswell ta' 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ u Roberto Rizzo ta' 37 sena minn Marsaskala, ġew akkużati separatament li użaw il-fotografija bħala skuża biex jistadu tfajliet taħt l-età bil- premessa li jagħmlulhom 'photoshoot', li wara jirriżulta fit-talba ta' pożi indiċenti. Tkompli f 'paġna 14 'Ikxfu aktar' Qlibna siegħa 'l quddiem Justyne tikkonferma l-istorja tal-ILLUM... ILMINSTRU l-ġdid ta' Għawdex Justyne Caruana, ikkonfermat storja ta' din il-gazzetta li lura fil-ħarġa tas-26 ta' Marzu ta' din is-sena kienet irrapportat kif fiċ-Ċittadella hemm jaħdmu mad-90 ħaddiem, 46 minnhom jew nofshom inaddfu, ibajdu u jkaħħlu. Din il-konċentrazzjoni għolja ta' ħaddiema lanqas biss tinkludi ħaddiema oħrajn li l-lant tax-xogħol tagħhom hija ċ-Ċittadella imma li huma impjegati mal- Environment Landscapes Consortium (ELC) jew ma' kuntrattur privat. Aktar kmieni din il- ġimgħa, għall-mistosqija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi Caruana qalet illi b'kollox bħalissa hemm 81 ħaddiem. Minn dawn 32 huma ħaddiema tal- Ministeru ta' Għawdex u jaħdmu fl-Uffiċċju Amministrattiv, fiċ-ċentru kulturali, jieħdu ħsieb il- latrini, watchmen u t-tim li ħa ħsieb ir-restawr, li ilu lest xhur sħaħ. Intant, 42 persuna jaħdmu fiċ-Ċittadella taħt xi skema u sebgħa oħrajn għandhom kuntratt ma' wirt Għawdex. L-ILLUM kienet irrapportat kif apparti fiċ-Ċittadella kien hemm ukoll nies li ddaħħlu mal-Gozo Channel, anke jekk mhux neċessarjament kien hemm bżonnhom. Caruana kienet qed twieġeb domanda Parlamentari tad-deputat tal-PN Jason Azzopardi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017