Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-qamar kwinta taħt iż-żodijaku ta' Cancer ser iġiegħlek tagħmel sagrifiċċji kbar sabiex tingħata bħal promozzjoni jew għarfien aktar fil-karriera tiegħek però għal xi raġuni dan mhux se jintlaħaq. Daħħalha f 'moħħok li int qiegħda tiġi nnotata għal dan. Għalissa mhux il-waqt li dak li tixtieq jasal, minflok sib ftit ħin u spazju sabiex tirrilassa għax dan għandek bżonnu biex issaħħaħ aktar lilek innifsek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Capricorn u Taurus Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ħa tinġieb quddiemek informazzjoni importanti imma b'ċertu dettall nieqes. Int ħa tagħmel minn kollox sabiex tkun taf dawn id-dettalji. Din se tpoġġik f 'sitwazzjoni ftit imħawda u aktar se tissuspetta ħażin meta taħseb dwar għaliex ġejt mogħti din l-informazzjoni u x'kienet l-intenzjoni wara dan kollu. Il-parir hu biex tagħraf il-fatti u imxi biss fuqhom u xejn aktar minn hekk. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Libra u Aries Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ser iġġiegħlek tħoss xi forma ta' ħajt li kien qed itelfek issa waqa'. Int issa qed tħossok aħjar u lesta biex timxi 'l quddiem. Dan ħa jkompli jissaħħaħ meta fi ftit ġimgħat oħra se tiltaqa' ma' persuna li se tkompli tgħinek tħossok aħjar. Int issa rilassat imma ħu din is-sitwazzjoni b'aktar kawtela. M'għandekx għax tgħaġġel, ftakar x'passat kellek u minn xiex għaddejt; imxi bil-moħħ u mhux bil-qalb. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Capricorn u Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cncer ser iwassal lejk ħafna kritika. Għalkemm ġewwa fik taf li dak li ħloqt int huwa tajjeb żgur u għandu jikber, xorta waħda bħal donnu ma hemm ebda forma ta' oppożizzjoni. Għalhekk issa trid tagħraf tifhem aktar u tispjega ħalli tinftiehem aħjar. B'hekk int tiġi mgħarraf u aċċettat. Minn din l-esperjenza tgħallimt torganizza lilek innifsek aktar b'impenn f 'dan il-qasam li għadek tibda. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Pisces u Sagittarius Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ser idaħħlek f 'bosta fażijiet fejn int trid tkun magħruf għal dak li qed tagħmel. Żgur li s-sagrifiċċji kbar li qed tagħmel se jħallu l-frott tagħhom fl-opportunitajiet li se jkomplu jippreżentaw ruħhom. Forsi qed tħoss id-diżappunt fl-imħabba imma ħares 'il quddiem. Kollox se jasal f 'ħinu u waqtu. Bħalissa ffoka fuq il-karriera tiegħek imma trid issib xi forma ta' bilanċ jekk trid tidħol f 'relazzjoni fil-futur. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Scorpio u Aries Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-qamar kwinta li bħalissa qiegħed fuqek stess ser jagħtik iktar abbilità. Forsi sibt lilek innifsek maqbuda f 'taqtigħa. Żomm sod fik innifsek ħalli dejjem toħroġ rebbieħa. Fittex parir mingħand persuna li dejjem gwidtek fil-pożittiv. Ċertu tibdil madwarek agħraf agħmlu bil-għaqal. Laqgħa importanti ħa tnissel fik dawl ġdid għal dak li jista' jidher dlam bħalissa, ħu parir mingħand min tafda sew. Tippermettix dan, meta int riesaq lejn dak li dejjem xtaqt. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Aquarius u Leo Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ser jikkawża xi ftit ta' tfixkil għalik għall-ġimgħat li ġejjin meta opportunità ħa tkun riesqa lejk. Int din tkun tixtieqha, għalkemm ma tridx tweġġa' s-sentimenti ta' ħaddieħor trid tara kif ħa tagħmel xi tip ta' kompromess ħalli waqt li tikkuntenta dak li int wegħdet, dak li ġej tersaq lejh b'kuxjenza nadifa. Agħraf imxi bil-moħħ biss u mhux tagħżel li timxi b'qalbek għalissa. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Libra u Virgo Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ser jagħmlek persuna ftit aktar kalma, kwieta u kollettiva anke taħt l-aktar mument ta' tensjoni u jaħraq. Għalkemm sħabek jixtiequk aktar fuq ruħek, japprezzaw ħafna l-karattru tiegħek. Għalhekk ħu l-parir li tibqa' miexi kif tħoss int u tinbidilx biex togħġob lil ħaddieħor imma agħraf biss dak li jkun ta' ġid lejl il-ħajja personali tiegħek u xejn aktar. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Gemini u Pisces Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ser jagħmlek tħaffef aktar sabiex twettaq ċertu panijiet u obbligi li int għandek. F'moħħok bħalissa għaddej il-ħsieb dwar int min int, fejn vera trid tasal u xi trid fil-verità. Għalhekk għandek issib ftit spazju għalik waħdek u tinqata' ftit mid-dinja mgħaġġla ta' madwarek sabiex tagħraf xi trid eżatt. Dan hu l-aħjar żmien għal Libra u għalhekk agħraf ħaddem dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Aries u Taurus Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer se joffrulek l-opportunità li m'għandekx tirrifjuta għax hi differenti minn dak li xtaqt jew forsi ħsibt li se jkollok. Tirrifjutax għax fil-fantasija tiegħek xtaqt xi ħaġa oħra. Din tista' tkun dik l-opportunità li tibdel il-mod ta' kif tadatta ruħek. Din hija opportunità ta' bidla f 'dik id-direzzjoni li se ġġiblek id-dawl għal dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Leo u Aquarius Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer ser joħloq fażi ta' taqlib li qisek kont tlift il-kontroll ta' kollox u issa dan ġabek f 'salib it-toroq u ma tafx x'ser taqbad tagħmel. Dan huwa żmien fejn trid tieħu kollox mill-aspett pożittiv u bil-kalma tara x'inhu verament l-aħjar għalik. Ħu parir imma l-aħħar kelma għandha tkun tiegħek. Fittex ara x'inhu l-aħjar għalik u tħallix iż-żmien għaddej għax jaf ikun żmien moħli kemm għalik u anke għal ta' madwarek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Aries u Virgo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta' Cancer jista' jwasslek għal dik il-ħolma li tant ilek toħlom dwarha. Int trid aktar fiduċja fik innifsek u anke f 'dak li verament tixtieq. Int bħalissa tinsab maqsuma bejn dak li tixtieq temmen u l-biża' ta' madwarek. Dawn huma ġrabet fejn int għandek tegħleb din il-biża' sabiex tikseb aktar fiduċja fik innifsek sabiex dak li għadu ġej ikun ta' ġid li tant jixraqlek. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn F'dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta' Aquarius u Scorpio Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju add 09 ta' Lulju 2017 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Il-qamar kwinta tax- xahar ta' Lulju • In-numru 7 msejjaħ bħala d-dawl tal-verità • In-numru 7 huwa wkoll abbinat ma' dak li hu misterjuż • In-numru 7 huwa wkoll imfi sser bħala l-mistrieħ tal-Mulej • Riċentament ġewwa l-Istati Uniti sar stħarriġ lil madwar 75,000 persuna sabiex jagħtu n-numru favorit tagħhom mill-1 sad-9; 61% għażlu n-numru 7, 61% huwa minnu nnifsu huwa misteru għaliex meta tgħodd 6 + 1 = 7. Tgħid kumbinazzjoni? • Fost l-ewwel għaxar numri, in-numru 7 huwa l-iktar 'prime'. Ma tistax timmultiplikah jew tiddividih fi ħdan il- grupp. Jinħass uniku. In-numru 7: Numru qawwi ħafna u importanti immens Qamar li fi h ħafna importanza u jiftaħ bosta toroq fl -imħabba, fi l-karriera u f'dak li jkun jinħass tqil. Fl-imħabba jagħraf joffri prospettivi sbieħ waqt li fi l-karriera jiftaħ aktar prospetti mentri għal dawk li għaddejjin minn diffi kultà jagħraf jibda jtaffi dak li hemm. Cancer, Libra, Sagittarius, Aquarius, Pisces u Gem- ini kollha għandhom igawdu minn dan il-qamar kwinta. Dan il-qamar kwinta jibda mill-Ħadd 9 ta' Lulju mill-11.35pm u jispiċċa t-Tlieta 11 ta' Lulju fi s-01.45am.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017