Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Sports 29 Trustin Farrugia Cann u Malcolm Spiteri jieħdu sehem d-Dallas Cup 2017 FILĠIMGĦAT li għaddew, ir-referi internazzjonali Trustin Farrugia Cann u l-Elite Referee Malcolm Spiteri ħadu sehem fit-tornew prestiġjuż Dallas Cup 2017 fl-Istati Uniti tal-Amerka. Id-Dr Pepper Dallas Cup – aktar magħrufa bħala Dallas Cup – hi tornew internazzjonali tal-football li ilu jsir mill-1980, organizzat f 'Dallas, Texas, minn FC Dallas għal teams mistiedna li jikkopmpetu f 'diversi kategoriji ta' etajiet minn Under-13 sa Under-19. Apparti l-uffiċjali Maltin, diversi referees minn pajjiżi madwar id-dinja ħadu sehem, fosthom 28 bil-badge tal-FIFA. Svizzera, New Zealand, Awstralja, Kanada, Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerka kollha kienu rappreżentati b'uffiċjali għal dan wieħed mill-ikbar tornej għaż-żgħażagħ. Matul il-ġranet tat-tornew, Brian Hall bħala Kap tar-Refereeing tal-CONCACAF (il-Konfederazzjoni tal-Amerka ta' Fuq, Ċentrali u tal-Assoċjazzjoni tal-Football fil-Karibew), organizza seminar ta' jum li matulu ġew analizzati u diskussi dvd clips ta'sitwazzjonijiet minn logħbiet. L-uffiċjali Maltin ikkontrollaw żewġ logħbiet partikolarment importanti - Trustin Farrugia Cann s-Semi-Finali ta' Super Group Under-19 bejn Dallas FC (Stati Uniti tal-Amerka) u Corbita (Brażil) li ntlagħbet f 'Toyota Stadium; filwaqt li Malcolm Spiteri l-Kwarti tal-Finali tal- Under-18 bejn żewg timijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka – Baltimore Celtics vs New Jersey Trustin Farrgia Cann u Malcolm Spiteri waqt id-Dallas Cup -Istati Uniti. L-Għaqda Ġurnalisti Sport tfakkar il-Jum Dinji tal- Ġurnaliżmu tal-Isport FIT2 ta' Lulju li għadda, l-Għaqda Ġurnalisti Sport ingħaqdet mal-pajjiżi affiljati mal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Media tal- Isport billi fakkret il-Jum Dinji tal-Ġurnaliżmu tal- Isport. Illum aktar minn qabel ir-rwol tal-media tal-isport huwa differenti minn kif kien fil-passat kemm f 'dak li huwa l-mod kif titwassal l-aħbar u wisq aktar dwar it- temi attwali li l-media tal-isport għandha d-dover u risponsabilta' li tittratta b'mod ġust u fattwali. Il-media tal-isport f 'pajjiżna ma tistax tibqa' lura milli taġġorna ruħha u tagħraf tgħażel x'hemm wara l-aħbar li titwassal u għal xhiex l-istess aħbar trid titwassal. L-argumenti attwali dwar il-'fair play', il-kunċett ta' parteċipazzjoni minn kull min iħobb l-isport, il-ġlieda kontra d-doping u r-razziżmu kif wkoll il-ġlieda għal sport nadif u nieqes minn korruzzjoni u tbagħbis ta' riżultati huma fatturi li l-media tal-isport trid taħdem dwarhom biex teduka u tkun ta' sors ta' riferenza għal kull min isegwi programmi jew paġni tal- isport fil-ġurnali. Daqstant ieħor filwaqt li r-relazzjoni ma' min imexxi l-isport f 'pajjiżna u barra pajjiżna għandhom jitkattru għal ġid ta' kull entità konċernata, il-media tal-isport m'għandha qatt tibqa' lura fil-ġlieda għall- ħarsien tad-drittijiet tal-media tal-isport u titlob li min huwa responsabbli mit-tmexxija ta' azjendi jgħaraf wkoll dan id- dritt. Fl-istess waqt l-Għaqda Ġurnalisti Sport ingħaqdet ma' assoċjazzjonijiet internazzjonali tal-media tal-isport fl-appoġġ għal min f 'dan il-qasam għaddej minn żmien diffiċli kemm fis- settur amministrattiv, tekniku jew ekonomiku.