Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Tliet żgħażagħ jinħarqu f 'bar wara li l-barman qabbad ix-xorb Maċedjonjan miżmum mill-Pulizija b'rabta mal-inċident TFAJLA u żewġ ġuvintur barranin ittieħdu l-Isptar Mater Dei b'urġenza wara li ġarrbu ġrieħi wara li nħarqu f 'wiċċhom u f 'partijiet oħra ta' ġisimhom meta kienu f 'bar f 'San Ġiljan. Il-każ seħħ sbieħ is-Sibt filgħodu, għall-ħabta tal-00:15 meta l-Pulizija ġew infurmati mill- awtoritajiet tas-saħħa li kienu ddaħħlu tliet żgħażagħ l-isptar wara li sofrew xi ħruq. Wara stħarriġ li għamlet il- Pulizija, irriżulta li dawn it-tliet persuni kienu qegħdin f 'bar fi Triq Santa Rita, San Ġiljan (Paceville) meta, għal xi raġuni, inħarqu waqt li l-barman kien qiegħed jipprepara xi xorb alkoħoliku. Jidher li hekk kif il-barman kien se jqabbad l-istess xorb, għal xi raġuni l-fjamma infirxet bil-konsegwenza li dawn sofrew ħruq f 'wiċċhom u f 'partijiet oħra minn ġisimhom. Iż-żgħażagħ, ġuvni u tfajla Taljani ta' 16-il sena u Spanjola ta' 17-il sena, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, il-ġuvni ta' 16-il sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni medika taż-żewġ persuni l-oħra għadha mhux magħrufa. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija qiegħda żżomm raġel mill-Maċedonja, residenti s-Swieqi, b'rabta ma' dan l-inċident. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Tifla ta' tliet snin tweġġa' gravi wara li taqa' minn fuq bandla fi Pjazza San Ġorġ TIFLA Awstraljana ta' tliet snin kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta' natura gravi wara li waqgħet minn fuq bandla fi Pjazza San Ġorġ fil- Belt Valletta. Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa filgħaxija, għall-ħabta tat-20:00, meta tifla Awstraljana waqgħet minn fuq bandla li kienet armata bħala installazzjoni fi Pjazza San Ġorġ b'mod temporanju. Mal-waqgħa, it-tifla indarbet u l-ġenituri ħaduha fl-eqreb ċentru għas-saħħa, iżda iktar tard kellha tittieħed l-Isptar Mater għall- aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. Karriera fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità - għażel l- Istitut għall-Istudji Turistiċi. LISTITUT għall-Istudji Turistiċi (ITS) joffri firxa wiesgħa ta' korsijiet biex jakkomodaw lill-individwu, immirati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet fl-industrija tal-ivjaggar, l-ospitalità u t-turiżmu. L-istudenti issa jistgħu jkomplu wkoll l-istudji tagħhom b'tliet programmi fil-baċellerat li għadhom kemm tnedew. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi joffri programmi ta' studju fuq Ċertifikat, Diploma, Diploma Nazzjonali Ogħla u Programmi fil-baċellerat għall-karrieri fl-Ospitalità u tat-Turiżmu, Operazzjonijiet f 'lukandi, Operazzjonijiet ta' Akkomodazzjoni, Operazzjonijiet tal-Ivvjaġġar, Vjaġġar u Turiżmu u programmi għall-karriera fuq cruise liners. Programmi ta' studju huma offruti wkoll fil- Preparazzjoni u l-Produzzjoni tal- Ikel u s-Servizz tal-Ikel u x-Xorb. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) ħabbar li r-reġistrazzjonijiet għas-sena skolastika 2017-2018 se jkunu miftuħa mit-Tnejn 17 ta' Lulju 2017 sal-Ġimgħa 4 ta' Awwissu 2017 għal applikanti ġodda. L-istudenti kurrenti tal- ITS, li biħsiebhom ikomplu bl- istudji tagħhom, jistgħu japplikaw bejn it-Tnejn 7 ta' Awwissu u l-Ġimgħa 11 ta' Awwissu. Bejn il-25 ta' Lulju u l-1 ta' Awwissu ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' laqgħat ġewwa l-kampus fejn il-bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan. Dawn il-laqgħat ser ikunu dwar: Foundation in Hospitality and Tourism, Travel and Tourism Programme, Rooms Division Programme, Events and Leisure Programme, Food Preparation and Production Programme, Higher National Diploma in Tour Guiding, Higher National Diploma in Food Preparation and Culinary Arts for Cruise Liners, Higher National Diploma in Guest Service Operations for Cruise Liners, Higher National Diploma in Hotel Management Operations for Cruise Liners, Bachelor in Culinary Arts (hons), Bachelor in Gastronomy (hons) u Bachelor in International Hospitality Management (hons).