Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? L-imħabba tiegħi lejn dan l-isport tant għal qalbi bdiet meta kelli madwar seba' snin u l-ġenituri tiegħi kienu jmorru l-pixxina tan-Neptunes speċjalment fis-sajf meta konna mmorru ngħumu u niltaqgħu mal-ħbieb. Minn dak iż-żmien 'l hawn għaddew kważi 43 sena u llum li wasalt biex nagħlaq il-ħamsin sena bqajt nieħu sehem attiv fil-waterpolo. Kellimni dwar l-ewwel esperjenzi tiegħek fil-kumitat ta' Neptunes. Meta bdejt il-ħidma tiegħi fil-kumitat kont għadni żgħir tant illi niftakar ukoll lill-mibki s-Sur Mamo li kien champion fil-veru sens tal-kelma fil-waterpolo. Niftakar lis-Sur Mamo jirbaħ erba' kampjonati wara xulxin fi snin tmenin, bla dubju era tad-deheb fl-istorja ta' Neptunes. Kien proprju f 'dak iż-żmien illi bdejt il- ħidma tiegħi fi ħdan il-kumitat fejn kont ixxurtjat illi bdejt f 'wieħed mill-isbaħ żminijiet illi kellu dan il-klabb. Semmejt l-erba' kampjonati li rbaħtu infila. M'ilux irnexxielkom tiksru dan ir-rekord hux hekk? Iva fil-fatt irnexxielna niksru r-rekord tagħna stess għax sentejn ilu lħaqna l-ħames kampjonati konsekuttivi mirbuħa. M'hemmx dubju illi dan ir-rekord ġdid illi għamilna se jibqa' marbut sew ma' qalbi hekk kif irnexxielna nagħmlu xi ħaġa speċjali mmens li mhux faċli li wieħed jerġa' jagħmilha. Biex inkun qed ngħid kollox il-klabb ta' Tas-Sliema wkoll kienu viċin illi jagħmlu dan ir-rekord fil-bidu tas-snin elfejn. Li tim jirbaħ ħames kampjonati nfila fi kważi disgħin sena ta' waterpolo f 'pajjiżna hija unika u personalment inħossni kburi li għamilt parti minn dan it-tim rebbieħ ovvjament b'mod amministrattiv. Fl-aħħar mill-aħħar ngħid illi anke biex tirbaħ kampjonat wieħed mhux dejjem ikun faċli aħseb u ara illi żżomm il-konsistenza għal numru ta' snin. Fl-opinjoni tiegħi żewġ fatturi ferm importanti illi qed iżommu din il- konsistenza fit-tim ta' Neptunes huma s-saħħa u l-motivazzjoni tal-grupp li dejjem huwa magħqud għal għan wieħed. Jien niddeskrivik bħala l-iktar president ta' suċċess fil-waterpolo lokali. Taqbel miegħi? Jien bħala karattru dejjem żammejt saqajja mal-art u qatt ma kibritli rasi. Għalhekk naħseb illi kabbartni żżejjed meta għidtli hekk! Forsi r-riżultati li kellna dan l-aħħar jista' jkun illi jgħidu hekk per kif għedtlek jien ma tantx inħobb niftaħar. Anzi jien ngħid li l-iktar president rebbieħ fil-waterpolo lokali huwa s-sur Edwin Meli ta'Tas-Sliema li kemm dam fid-diriġenza tal-klabb kellu karriera inkredibbli. Taqbel illi Stevie Camilleri huwa wieħed mill-iktar plejers ta' suċċess illi pproduċa l-waterpolo lokali? Iva, naqbel miegħek. M'hemmx dubju illi Stevie Camilleri huwa xempju ta' plejer li għandu kollox fil-logħba tal- waterpolo. Ilu jilgħab barra minn Malta għal ħafna snin u l-esperjenza illi ġab mid- diversi klabbs illi lagħab magħhom hija kbira. Għandu livell għoli ta' konsistenza u huwa plejer illi huwa mfittex mhux ftit mill-klabbs lokali. Anke l-fatt illi rebaħ l-aqwa skorer fil-Kampjonati Ewropej illi Malta ħadet sehem fihom huwa xhieda ta' dan u huwa diffiċli li plejer Malti ieħor ikun kapaċi jagħmel dan. Dak li Stevie rnexxielu jakkwista fil- karriera tiegħu huwa impressjonanti u nemmen illi huwa xempju li fuqu għandhom jimxu ż-żgħażagħ Maltin illi qed jitħarrġu f 'dan l-isport. Biex inkunu għedna kollox kien hemm plejers oħra tal-waterpolo fil-passat illi laħqu ċertu livell, madankollu Stevie Camilleri rnexxielu jilħaq livelli kbar f 'din il-logħba speċjalment meta lagħab ma' klabbs barra mill-pajjiż. Liema taħseb illi kien l-aqwa plejer barrani ta' kull żmien illi kellhom Neptunes? Mingħajr tlaqliq ngħidlek illi l-aqwa plejer barrani illi qatt kellna kien is-Serb Vladimir Vujasinovic. Huwa bniedem illi m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-waterpolo internazzjonali. Lagħab f 'kull livell possibbli ta' kompetizzjoni maġġuri u ħa sehem għal aktar minn darba fil-Logħob Olimpiku fejn rebaħ ukoll il-midalja tal- bronż ma' pajjiżu. Il-kurrikulu tiegħu huwa impressjonanti l-aktar meta rebaħ l-aqwa plejer ta' pajjiżu u skorja aktar minn tliet mitt gowl fil-karriera internazzjonali tiegħu. Huwa lagħab darbtejn magħna fil- kampjonat tas-sajf u kien wieħed mill- plejers illi kkontribwixxa għas-suċċessi li ksibna. Ma nistax ma nsemmix ukoll barranin oħra ta' livell illi kellhom ix-xorti jilagħbu ma' Neptunes bħal Gojkovic u Molnar. Dan tal-aħħar kien parti mit-tim illi riċentement rebaħ il-ħames kampjonati infila u kien wieħed illi tana għajnuna kbira biex nilħqu dan ir-rekord. Molnar ukoll irnexxielu jidħol fil-qalba u fl-ispirtu tal-klabb u hu stess jistqarr illi dawn il-ħames suċċessi konsekuttivi baqgħu mnaqqxa fil-karriera sportiva tiegħu. Ġieli jsiru xi kummenti, li forsi jkunu ftit kritiċi, fil-konfront tiegħek. Kif tirreaġixxi għalihom? Nistqarr illi kien ikun hemm mumenti fejn ċerti kummenti żejda kienu jdejquni. Madankollu iktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdejt inrabbi l-qoxra u litteralment ma nagħtix kas tagħhom. Illum il-ġurnata drajt illi ċerti kummenti mingħand in-nies tistennihom aktar u aktar meta tkun f 'din il-pożizzjoni trid tkun kapaċi taċċetta l-kritika. Dawn l-istess kummenti noħodhom bħala sinjal illi qed nagħmel xogħli kif suppost. Bħala bniedem ta' suċċess fil-qasam kummerċjali, x'fettillek dħalt fit- tmexxija ta' klabb tal-waterpolo? Naħseb illi l-imħabba lejn il-logħba u b'mod partikolari lejn il-klabb ħajjarni biex nidħol fit-tmexxija ta' Neptunes. Inqisha li kienet xi ħaġa illi dħalt fiha bil-mod il-mod sa ma spiċċajt ilħaqt il-quċċata. Jien inħossni illi kbirt fih dan il-klabb. Kif għedtlek ġejt imrawwem biex inħobb dan il-klabb meta kont għadni daqsxejn ta' tifel ta' seba' snin u hija xi ħaġa illi daħlet ġo fija. Biex ngħid kollox ma kinitx deċiżjoni faċli illi nidħol għall-presidenza ta' dan il-klabb minħabba illi għal bidu kont xi ftit dubjuż fuq din il-kariga u bdejt insaqsi lili nnifsi nkunx kapaċi nagħmel l-affarijiet kif suppost. Minkejja dawn il-biżgħat kollha, dħalt għal dan ix-xogħol b'imħabba u dedikazzjoni kbira u nammetti illi f 'dawn it-tnax–il sena li għaddew kelli ħafna mumenti ta' sodisfazzjon bħala president ta' Neptunes. Nammetti wkoll illi xi kultant qed nibda ngħejja xi ftit, forsi jista' jkun l-età Il-president li wassal lil Neptunes għar-rebħ Cristian Antony Muscat Matthew Bonello - president ta' suċċess inkredibbli l-waterpolo lokali hekk kif s-snin li għaddew wassal lil Neptunes għar-rebħ ta' ħames kampjonati konsekuttivi u tmien Kampjonati 11-il sena, waqt li għadu jokkupa din il-kariga b'suċċess sal-ġurnata tal-lum "Jien assoċjat mal- klabb ta' Neptunes u ma narax lili nnifsi fi rwol fi ħdan l-ASA. Issa ili tnax-il sena f 'din il-kariga u f 'dan iż-żmien barra r-rebħ tal-ħames kampjonati, fuq livell ta' infrastruttura rnexxielna nagħtu dehra ġdida lill- pixxina tagħna kif ukoll qawwejna ċerti strutturi fil- klabb." "Inħoss illi bil- mod il-mod qed nasal lejn it- tmiem tal-karriera tiegħi. Dak li kelli nagħmel tista' tgħid illi għamiltu. Però qabel ma nitlaq nixtieq illi bħalma Neptunes dejjem kellhom nies ta' kalibru għoli jmexxu lil dan il- klabb, hekk ukoll nagħmel jien, li nħalli r-riedni f 'idejn tajba. B'hekk inserraħ rasi illi dak kollu illi nbena f 'dawn l-aħħar snin ikompli jissaħħaħ dejjem aktar. "