Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet Ritratti: Jean Marc Zerafa 'Hu ta' pjaċir li t-tfajliet għandhom interessi varji għall-karrieri, mhux biss tradizzjonali' Minn Veronica Lynn Mizzi FILJIEM li ġejjin, l-istudenti tas-sekondarja li poġġew għall-eżamijiet tal- livell ordinarju, se jkunu qed jirċievu r-riżultati tagħhom, u minn hemmhekk jibdew jagħmlu d-deċiżjonijiet dwar il-futur tagħhom fir-rigward ta' karrieri u edukazzjoni għolja. Għaldaqstant, matul il-jum tal-bieraħ u tal-Ġimgħa, mijiet kbar ta' studenti marru għall-fiera tal-karrieri li ġiet imtella' mill-Ministeru għall-Edukazzjoni f 'Dar il- Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Fl-ewwel ġurnata tal-fiera, kienu mal-400 student li attendew għal din il-fiera, filwaqt li dak l-istess numru ntlaħaq l-għada f 'nofsinhar, bit- total ta' studenti li żaruha fuq temp ta' jumejn ilaħħqu l-1,400 student. Fil-fatt, din kienet it-tielet edizzjoni tal-fiera bl-isem ta' 'I Choose' li fiha pparteċipaw numru ta' istituzzjonijiet edukattivi u għaqdiet li jistgħtu jgħinu lill-istudenti fid-direzzjoni għall-futur tagħhom. Fl-istess waqt, il-fiera offriet servizzi lill-istudenti bħal appuntamenti ma' career adivisors u diversi diskorsi ta' informazzjoni fuq id- diversi mogħdijiet li wieħed jista' jaqbad wara li jtemm l-edukazzjoni sekondarja tiegħu. Il-gazzetta ILLUM żaret din il-fiera lbieraħ filgħodu, fejn kien hemm numru sabiħ ta' studenti, b'uħud minnhom mal-ġenituri tagħhom jattendu sabiex jakkwistaw iktar informazzjoni. Kelliema fil-fiera spjegat ma' din il-gazzetta li din il-fiera ssir biss jiem qabel ma jkunu ħarġu r-riżultati tal-O Levels għal raġuni partikolari. Tgħid kif meta l-istudenti jmorru għall-fiera mingħajr ma jkunu jafu kif ikunu marru fl-eżamijiet tgħinhom sabiex iżommu moħħhom miftuħ għal kull opportunità li jistgħu jidħlu għaliha u mhux imorru b'moħħhom diġà lest li jafu x'se jkunu qed jagħmlu hekk kif terġa' tibda l-iskola. L-istudenti li attendew kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma' career advisors li setgħu jagħtuhom iktar direzzjoni u parir dwar it- triq 'il quddiem għalihom. F'kummenti li għadda wieħed mill-advisors ma' din il-gazzetta, qal kif uħud mill- istudenti jmorru preparati ferm għal-laqgħa, hekk kif ikunu għamlu r-riċerka tagħhom dwar il-qasam li jkunu interessati fih u jkunu jafu kull dettall dwar dak meħtieġ minnhom, u fil- fatt, jgħid il-career advisor, imorru sempliċiment biex jikkonfermaw li dak li kienu qed jaħsbu hu fil-fatt tajjeb. Żied jgħid ukoll li ammont ta' studenti oħra jmorru jfittxu l-għajnuna minħabba li ma jkollhomx idea ċara tal-karriera li jridu jkomplu fuqha u għalhekk jaraw kif jistgħu jħallu l-bibien miftuħa għal numru ta' oqsma li jinteressawhom, dan filwaqt li sostna li l-iktar żewġ istituzzjonijiet li attiraw l-iktar attenzjoni kienu l-MCAST u l-Università ta' Malta. Dan il-career advisor li flimkien ma' oħrajn minn kulleġġi differenti ltaqgħu ma' mijiet ta' studenti, sostna li minkejja l-interess u l-entużjażmu muri partikolarment permezz tal-attendenza, il-maġġoranza assoluta tal-istudenti li attendew kienu qagħdu għall- eżamijiet tal-O Levels, waqt li dawk li huma iktar 'lower achievers' ma attendewx minkejja li l-opportunitajiet għalihom huma numerużi. Iżid jgħid li sabiex tilħaq lil dawn it-tip ta' studenti, jeħtieġ strateġija differenti hekk kif, "fil-każ ta' dawn l-istudenti ma tistax tibagħtilhom invit u tistenniehom li se jiġu, iżda trid tadotta strateġija differenti għalihom." Minbarra l-parteċipanti varji fil-fiera, kien hemm ukoll imtella' skeda sħiħa ta' laqgħat ta' informazzjoni dwar suġġetti varji, fosthom dwar karrieri fil-qasam marittimu, tat-trasport, opportunitajiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fl-isport u kostruzzjoni fost l-oħrajn. Studenti li tkellmet magħhom din il-gazzetta esprimew sodisfazzjon għall- mod ta' kif kienet imqassma l-fiera u l-mod faċli ta' kif setgħu jiltaqgħu ma' advisors sabiex jagħtuhom pariri u kultant anke ċertezza li dak li għandhom f 'moħħhom għall-futur edukattiv tagħhom, huwa possibbli. Fil- fatt, żewġ żagħżagħ li tkellmu mal-ILLUM qalu kif huma interessati f 'karriera fil- computing, u għaldaqstant beħsiebhom ikomplu l-istudji tagħhom fuq dan il-qasam. Kelliema għall-MCAST li kienet qed titkellem ma' studenti interessati saħqet kif kien hemm interess kbir fil-korsijiet offruti minn din l-istituzzjoni, fl-oqsma kollha varji. Saħqet li iktar minn dan, hu importanti kif l-istudenti partikolarment it- tfajliet, kienu qed jinteressaw ruħhom f 'numru varji ta' oqsma u mhux biss dawk tradizzjonalment tat-tfajliet, minn inġinerija għall-oqsma marittimi. Iktar minn 1,400 student jattendu għall-fiera dwar l-għażliet edukattivi għall-karriera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017