Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 'Il-konsum tal-kokaina wasal viċin Tkompli minn paġna 1 MA' Tagliaferro jaqbel b'ħeġġa d-Direttur Ġenerali tal-Oasi Dun Manwel Cordina li mal-ILLUM saħansitra akkuża liż-żewġ partiti politiċi b'ingann meta wiegħdu jew indikaw li se tkun qed tiġi legalizzata l-marijuana. "Meta xi ħaġa bħal din toħroġha fuq il-programm elettorali tkun qed tinganna," qal Cordina li nsista' illi jekk din il-proposta ma titressaqx quddiem il- poplu b'referendum, fil-Parlament kull Deputat għandu jitħalla fil-libertà li jivvota skont il-kuxjenza. "Jien rajt familji mkissrin minħabba l-użu tal- marijuana jew tal-alkoħol. Jiġifieri jeħtieġ noqogħdu attenti, mhux billi ngħidu li wegħedniha. Wegħedniha lil min? Ma' min saret diskussjoni dwar dan?" staqsa Cordina. Intant Tagliaferro, li kien parteċipi fil-konferenza organizzata mill-OASI bl-isem 'Illum jien, għada int...id-Droga wara biebna,' sostna li t-teħid tad-droga hu b'xi mod relatat mal- kultura u mal-ideat taż- żmien li nkunu qed ngħixu fih. "Illum qed ngħixu fi żmien fejn kollox flus, xejn mhu xejn u jekk se nibqgħu sejrin b'din ir-rata bl-Alla tagħna jibqgħu l-flus ix- xejra u l-isfida tal-użu tad- droga se tibqa' magħna." Min-naħa tiegħu Cordina qal illi hu kien bassar li d-dikriminalizzazzjoni tal-użu personali se twassal għal oħra dwar il-legalizzazzjoni, "u hekk ġara. Din il-kwistjoni missha dejjem baqgħet lil hinn mill-politika, dan wara kollox dwar is-saħħa tat- tfal tagħna qed nitkellmu," temm jgħid Cordina. Il-legalizzar tal-marijuana rikreattiva kienet tqajmet mill-Prim Ministru Joseph Muscat kmieni fil-kampanja elettorali meta kien sostna li wasal iż-żmien li tibda diskussjoni dwar dan u ftit wara, meta kien qal li personalment hu kien favur il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. Il- Kap ta-PN Simon Busuttil u l-Partit Demokratiku wkoll, qalu illi kienu favur diskussjoni 'infurmata' dwar dan is-suġġett. Intant il-vuċijiet ta' Tagliaferro u Cordina jingħaqdu ma' dak tal- Assistent Kummissarju tal-Pulizija Dennis Theuma li fl-istess okkażjoni wissa li l-legalizzar tal-marijuana tista' tagħmel ħsara lis- soċjetà. "X'se jkun il-limitu legali tal-marijuana meta qed isuq jew sejjer ix- xogħol? Se jkun permess li tpejjep il-ħaxixa d-dar quddiem uliedek?" Huwa insista li l-legalizzar tal-marijuana jkollha effett kbir ħafna fuq is-soċjetà u jekk l-affarijiet ma jkunux ċari, "mela m'għandniex nersqu lil hemm." Intant il-gazzetta ILLUM kienet preżenti fil-konferenza li saret nhar l-Erbgħa fil-Mosta u apparti ma' Tagliaferro u Cordina, tkellmet ukoll mad-Direttur Kliniku tas-Sedqa George Grech, mal-Psikologa Klinika Tania Farrugia u mal-personalità u politiku Clifford Galea, dwar l-esperjenza personali tiegħu. "Illum tista' tgħid li tikkontrolla, imma għada?" Mal-ILLUM Farrugia, li ħadmet mal-OASI għal erba' snin u li ilha taħdem fil-qasam tas-saħħa mentali għal tmienja spjegat kif ċerti tipi ta' nies huma attirati lejn tipi differenti ta' droga, fis-sens illi hemm rabta bejn l-użu tad-droga speċifika mal-karattru u/ jew ma' dak li tkun qed tfittex il-persuna." Farrugia tispjega kif persuna jista' jkun li tikkonsma l-alkoħol jew droga, bħall-eroina, biex tfittex dak is-sens ta' kalma, filwaqt li tieħu drogi oħrajn bħall-kokaina għax tkun qed tfittex sens ta' gratifikazzjoni. Naturalment iżda dawn huma argumenti li jindiblu minn karattru għall-ieħor u minn realtà għall-oħra, kif jinbidlu wkoll ir-raġunijiet għalfejn persuna fil-fatt tieħu d-droga. Fost dawn, tispjega l-Psikologa mal-ILLUM, hemm l-aċċess, s-soċjetà u l-karattru minnu nnifsu, jekk persuna għandhiex karattru iktar suġġettibbli għall-vizzji jew le. L-ILLUM tfakkar lil Farrugia iżda li jeżistu ħafna nies, probabilment il-maġġoranza ta' dawk li jikkunsmaw xi droga, illi jagħmlu dan għal skopijiet purament rikreattivi. Allura tistà tikkontrolla, le? "Hemm iva min jikkontrolla, Din il-kwistjoni missha dejjem baqgħet lil hinn mill-politika, dan wara kollox dwar is- saħħa tat-tfal tagħna qed nitkellmu George Grech Tania Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017