Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772
13 Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet Carpenter li kien qal illi l-omosesswalità kienet xi ħaġa naturali u karatteristika li ma kellha qatt tkun rigwardata bħala dnub jew att kriminali. Imma kien fl-1897 meta kien ippubblikat l-ewwel studju xjentifiku tal- omosesswalità, miktub mis-sessoloġista Ingliż Havelock Ellis. L-istudju kien miktub bil-Ġermaniż u fih Ellis argumenta li relazzjoni ma tista' qatt tkun imsejħa bħala att kriminali jew kundizzjoni mentali. Il-Komuniżmu fetaħ il-bibien u sabbathom... ...hekk kif fl-1922 il-Kodiċi kriminali tal-Unjoni Sovjetika ddikriminalizza l-omosesswalità. Naturalment dan kien meqjus bħala pass kbir 'il quddiem f 'pajjiż li kien iktar rurali u konservattiv. Il-pjan Komunista kien parti minn pjan ħafna ikbar li jagħti drittijiet u saħħa lin-nisa u jillegalizza l-abort, id-divorzju u jagħti drittijiet ugwali f 'kull qasam lill-mara. Imma mal-mewt ta' Karl Marx u l-poter f 'idejn Stalin il-miżuri kollha soċjali, fosthom ukoll favur l-omosesswalità kienu mreġġġħin lura. L-omosesswalità saret att kriminali mill-ġdid u fir-Russja u l-pajjiżi kollha eks-Sovjetiċi l-ġlieda favur l-ugwaljanza u anke liberazzjoni għadha għaddejja qatigħ, bi vjolenza fuq persuni LGBTIQ xorta komuni. Fl-1962 quddiem is-Sala tal- Indipendenza... F'Philadelphia, l-Istati Uniti isir l-ewwel marċ għall-persuni omosesswali, attività li timmarka storja sħiħa ta' moviment li ħareġ lil miljuni ta' nies minn ġod-dlam għad-dawl tal- eżistenza. Il-50jiet u 60jiet kienu deċenji illi matulhom bdew movimenti f 'pajjiżi bħall-Iżvezja, ir-Renju Unit u Franza favur l-aċċettazzjoni ta' nies omosesswali fis-soċjetà. Fl-1957 kien sar ir-Rapport Wolfenden li ħeġġeġ favur id- dikriminalizzazzjoni tal-omosesswalità u li fil-fatt wassal biex id-Deputat Laburista Roy Jenkins jappoġġja l-Att li dikriminalizza l-omosesswalita fir-Renju Unit fl-1967 għal dawk l-irġiel ta' aktar minn 21 sena fl-Ingilterra u Wales. Jenkins, minkejja li kien miżżewweġ ma' mara, kellu wkoll maħbub; Tony Crosland. Kburi li jien gay... Wieħed mill-appuntamenti annwali f 'ħafna pajjiżi li ħafna persuni għadhom sal-lum, anke f 'pajjiżna, jiddubitaw jew iħarsu lejh b'ċiniżmu huwa dak magħruf bħala 'Gay Pride'. Marbuta ma' dan l-avveniment hemm storja twila, li teħodna lura għall-1970 meta Brenda Howard kienet ikkoordinat l-ewwel marċ għal persuni LGBT. Minn hemmhekk, beda moviment aktar radikali, li wassal għar-rewwixti Stonewall u l-Moviment tal-'Gay Liberation'. Kien ippubblikat il-'Gay Manifesto', filwaqt li Paul Goodman kien ippubblika l-ktieb 'The Politics of being Queer'. L-Iżvezja sar l-ewwel pajjiż... Li ta drittijiet lil persuni transesswali billi lleġiżla għall-possibilità li jbiddlu s-sess tagħhom u jingħataw terapija b'xejn għat-tibdil fl-ormoni. Dan seħħ fl-1972. Dan l-istess pajjiż niżżel l-età tal-kunsens għal persuni LGBTIQ għal 15, bħal dik ta' koppji eterosesswali. Fl-1977 f 'San Fransisco... Tfaċċa wieħed mill-ikbar persunaġġi f 'din l-istorja mimlija tlajja' u nżul. Harvey Milk kien l-ewwel raġel li kien apertament gay illi kien elett f 'kariga pubblika. Milk kien assasinat. Riċentement sar film ukoll dwar il-ħajja ta' Milk bil-karattru ewlieni interpretat mill-attur Sean Penn, liema film reġa' qajjem ħafna għarfien dwar l-istorja twila ta' liberazzjoni u favur l-ugwaljanza. Ftit qabel, fl-1974 Maureen Colquhoun, kienet l-ewwel Deputat Ingliż li qalet fil-pubbliku illi hija lesbjana. Fl-1994 fil-Filippini... Kienet organizzata l-ewwel attività 'Gay Pride' f 'pajjiż Ażjatiku, fejn l-omosesswalità għadha xi ftit iktar moħbija, għalkemm dan naturalment huwa differenti skont il-pajjiż. Fil-Lvant Nofsani l-omosesswalità għadha illegali u punibbli b'mewt. L-Olanda l-ewwel pajjiż... Li fl-2001 legalizza u għamel possibbli żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Dan kien segwit mill-Kanada biex sal- 2016 iż-żwieġ kien legali u rikonoxxut fl-Iżvezja, l-Arġentina, il-Belġju, l-Iżlanda, l-Irlanda, in-Norveġja, Spanja, il-Portugal, id-Danimarka, Franza, il-Messiku, ir-Renju Unit, f 'ħafna stati fl-Istati Uniti u f 'bosta pajjiżi oħrajn. Fl-2010 l-iżlanda sar l-ewwel pajjiż li l-Parlament tiegħu vvota b'unanimità, b'49 vot favur u xejn kontra, favur żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Fl-Istati Uniti, fl-istess sena, persuni omosesswali setgħu jkunu parti mill-armata tal-pajjiż, xi ħaġa li kienet projbita fl-1993. ...u lokalment F'Malta l-ewwel pass, bħal kull pass ieħor li sar, seħħ taħt Gvern Laburista. Kien Gvern immexxi mill- eks PM Duminku Mintoff li fl-1973 iddikriminalizza l-omosesswalità, għall- oppożizzjoni tal-PN u tal-knisja lokali dak iż-żmien imexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. It-tieni pass reali seħħ fl-2013 meta l-Parlament Malti għadda l-Att dwar l-Unjoni Ċivili. Dakinhar il-PN astjena minħabba li dan l-att kien ta lill-koppji tal-istess sess id-dritt li japplikaw għall- adozzjoni. Bħalissa l-Liġi taż-Żwieġ għall-Koppji tal-istess sess tinsab fi stadju tat-tielet qari. Minn hemmhekk, beda moviment aktar radikali, li wassal għar-rewwixti Stonewall u l-Moviment tal-'Gay fl-Iżvezja, l-Arġentina, il-Belġju, l-Iżlanda, l-Irlanda, in-Norveġja, Spanja, il-Portugal, id-Danimarka, Franza, Oscar Wilde Stalin Ir-rewwixti 'Stonewall' Brenda Howard