Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Opinjoni 16 L -Unjoni Ewropea mhijiex perfetta. Anzi. Jeħtiġilha riformi importanti u kruċjali biex tkun iktar relevanti għall-poplu Ewropew fid-diversi Stati Membri li jifformawha. Li hu żgur, però, hu li s-sistema ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea hi kkalibrata b'mod li, indipendentement kif wieħed jista' jaħseb dwar il-proġett Ewropew jew kif miexi 'l quddiem, għandha tinteressa lil kull min jemmen li xejn ma jsir waħdu jew jaqa' mis-sema u wara kull pass żgħir 'il quddiem ikun hemm ħidma kbira. Din il-ġimgħa tlajt Tallinn, il-Belt Kapitali ta' wieħed mill-iżgħar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea – l-Estonja, sabiex nipparteċipa bħala Membru fil-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja li kont nippresedih għall-ewwel sitt xhur tas-sena. Issa ili nattendi għal ftit iktar minn erba' snin f 'dan il-Kunsill u llum jien wieħed minn dawk li ilhom li jattendu l-iktar minn fost il-Ministri kollha tal-Ġustizzja. Għalhekk għandi esperjenza mhux ħażin bħala membru u ksibt ukoll esperjenza fis-sitt xhur tal-Presidenza. Lil sieħbi Urmas, il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Estonja, awgurajtlu immens u minn qalbi Presidenza suċċess. Ma kinitx faċli għalih għaliex daħlu fit-tmun tal-Kunsill sitt xhur qabel kien imisshom wara d-deċiżjoni tal-poplu tal-Gran Brittanja favur Brexit. Ħaduha bis-serjetà ħafna u ntbaħt li anke qed jipprovaw issaħħu l-immaġini ta' pajjiżhom f 'għajnejn l-Ewropej: pereżempju qed jagħmlu l-ħila kollha tagħhom biex ikissru l-idea li għandhom xi wħud tal- Estonjani li huma xi nies bla emozzjoni jew nies bla kulur. Fil-fatt anke l-maktur li tawna biex, jekk irridu, nilbsuh mal-ġlekk waqt il-laqgħat hu roża jixgħel pariġġ ingravata ċelesti tgħajjat. Is-sede fejn fihom isiru l-laqgħat hi ċentru kulturali li qabel kienet isservi ta' power station. L-ikliet saru ġo akwarjum bil-biċċiet marittimi tal-gwerer passati esebiti madwarna. Insomma, fi kliem ieħor, l-Estonjani kapaċi jaqbdu l-crayons u jiddisinjaw qawsalli sbieħ kollha kuluri bejn paġna u oħra tal-Presidenza. Provajt naħrab siegħa bejn laqgħa u oħra biex indur imqar żewġ toroq ta' Tallinn. Bħalma kont rajt fil-Latvja u f 'Vilnius (imma forsi iktar fl-Estonja), ir-rabta mal- passat Sovjetiku tinħass ħafna u hemm sentiment qawwi li n-nies iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħala l-garanzija tal-libertà. U l-libertà huma ma jeħduhiex awtomatika. L-Estonjani fi ftit xhur se jiċċelebraw il-mitt sena minn mindu kisbu l-indipendenza tagħhom – indipendenza li kif nafu kulma damet huwa sentejn minħabba l-okkupazzjoni tal-Unjoni Sovjetika. Bejn triq u oħra tara wkoll xi ritratt ta' Yeltsin u kliem sabiħ fil-konfront tiegħu- tifkira tal-ġrajjiet li ma jintesew qatt tat-tfulija tiegħi meta waqa' l-ħajt materjali u politiku ta' Berlin. Il-gwida li bdiet iddawwarna fil-ftit ħin li sraqna u li bilkemm għandha iktar minn 20 sena qaltilna li hi, bħal ħafna, hi membru ta' grupp volontier ta' suldati li jagħmlu taħriġ regolari. Għal li jista' jinqala, qaltilna. Waqt l-ikla, Urmas għamel diskors sabiħ ħafna. Qal li meta kien tfajjel f 'Estonja maħkuma mill-barrani kellu l-ħolma li jsir sajjied u kien imur qrib nannuh jisma' fuq ir-radju x'qed jiġri fid- dinja tal-Punent. Il-ħolma ta' sajjied ma seħħitlux, iżda llum l-Estonja hija libera u mhux maħkuma mill-barrani. M'għandna qatt nieħdu awtomatiku kemm l-Unjoni Ewropea tagħti serħan il-moħħ lil ħafna pajjiżi li, bħalna wara kollox, jinsabu fil-fruntiera tal-kontinent. U għalhekk meta ħriġt xi nofsillejl mill-post fejn konna u sibt id-dawl ta' filgħodu jilqagħni, intbaħt li l-Estonja u Malta għandhom id- differenzi materjali tagħhom. Però l-Ewropa tagħmel sens għalihom it-tnejn. Fi ħdan l-Ewropa, aħna qed insemmgħu leħinna u nattiraw rispett. M'għandna qatt nissottovalutaw x'għamilna. Huwa vera li jekk tmur tħabbat erba' bibien fid-distretti elettorali tagħna, l-erba' familji se jkellmuk dwar problemi lokali jew preokupazzjoniiet li jolqtu d-dinamika tal-familja tagħhom. Huwa vera wkoll li kif issemmi l-Ewropa, dak li jkun jikkonsidrah suġġett li titkellem dwaru meta tkun għidt li għandek tgħid dwar il-kwistjonijiet l-oħra familjari jew lokali. Allura, huwa iktar diffiċli li tikkmanda l-attenzjoni tan-nies dwar x'jiġri fil-kurituri tal- istituzzjonijiet Ewropej. Biss, m'għandna qatt nissottovalutaw xi ksibna u x'għamilna fid-diversi setturi li ġejna fdati li mmexxu fl-aħħar erba' snin. Fil-marġni tal-Kunsill tal- Ġustizzja tkellimt ma' diversi Kummissarji, Ministri u MEPs ewlenin. Kulħadd jgħidli: Owen, tħallix lill-poplu jieħu forgranted dak li ksibtu fl- aħħar sitt xhur tal-Presidenza f 'Malta għax verament ksibtu ħafna u mexxejtu 'l quddiem b'impetus bla preċedent. Sintendi, il-fatt li għandna Prim Ministru brillanti u li jikkmanda tant rispett ma' kulħadd jagħmel tliet kwarti tad-differenza jekk mhux kollha, però aħna individwalment fiċ-ċokon tagħna – mill-Ministru sal- iżgħar uffiċjal – tellajna isem pajjiżna m'għola s-smewwiet. Urmas u jien qed naħdmu katina flimkien biex dak li mexxejna 'l quddiem b'tant saħħa taħt il-Presidenza Maltija – biżżejjed insemmu l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara tant snin ta' posponimenti – ikompli għaddej bl-istess saħħa f 'dawn it-tieni sitt xhur tal-2017. M'għandix dubju li hekk se jiġri għax il-preparazzjoni tal-Estonjani hija tajba immens. Ix-xewqa tiegħi hi li s-sena 2017 tkun immarkata fil-kotba Ewropej bħala sena li tmexxiet b'mod eċċellenti minn żewġ pajjiżi żgħar iżda li kapaċi jagħmlu d-differenza fost tant sfidi kruċjali u importanti. Ugwaljanza Din il-ġimgħa ovvjament imxejna pass ieħor 'il quddiem għal iktar dinjità u ugwaljanza f 'pajjiżna bl-approvazzjoni fit-tieni qari tal-liġi li se tippermetti ż-żwieġ lil kulħadd. Sfortunatament membru tal-Oppożizzjoni vvota kontra dan l-abbozz waqt li membri oħrajn tal-Oppożizzjoni tkellmu daqs li kieku kienu se jivvotaw kontra. Jiena kburi li se jkun proprju taħt Joseph Muscat li se jidħol il-prinċipju taż-żwieġ għal kulħadd u meta tara kemm imxejna 'l quddiem fis-setturi tad-dinjità tal-bniedem issib li saret differenza bla preċedent fl-aħħar snin. Viva l-Ugwaljanza! Settur kulturali b'saħħtu Appena fl-ewwel xahar tal-Gvern ġdid ma waqafniex inniehdu skema wara l-oħra ta' għajnuniet għad-diversi setturi kulturali biex dawn ikomplu jiżviluppaw fil- pożittiv, sal-bieraħ stess. Il-mira hi ċara – li nkomplu nittrasformaw is-settur kulturali f 'niċċa ekonomika li toħloq iktar xogħol, toħloq iktar ġid u toħloq iktar karrieri. Sintendi biex toħloq il-ġid fis-settur kulturali ma tistax taqbad u tiftaħ skemi daqs li kieku qed titkellem dwar il-manifattura jew xi ħaġa hekk. Bil-maqlub, f 'dan is-settur il-kreattività trid tkun dejjem fil-qalb ta' kollox. Kburi immens bix-xogħol li qed isir. Intant nawgura minn qalbi lil Catherine Tabone fir-rwol il-ġdid tagħha bħala CEO ta' Valletta 2018 u lil Karsten Xuereb li fl- avventura ġdida tiegħu fi ħdan is-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali se jsaħħaħ mhux bi ftit dan l-uffiċċju li rrid nimlieh b'iktar enerġija u iktar ħidma għall-futur. Il-miri għas-settur kulturali huma ambizzjużi mmens. Konvint li se nkomplu nwettqu u niksbu s-suċċessi! OWEN BONNICI "Fi ħdan l-Ewropa, aħna qed insemmgħu leħinna u nattiraw rispett" "Se jkun proprju taħt Joseph Muscat li se jidħol il-prinċipju taż-żwieġ għal kulħadd" Ħsibijiet minn Tallinn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017