Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 24 Bijogra ja Xtra Sajf Wednesday TVM 20:50 Skultur Malti ta' fama mondjali Minn Patri Hermann Duncan O.Carm MELCHIORRE Gafà twieled ġewwa l- Belt Vittoriosa bejn wieħed u ieħor fis-sena 1636, min Marco Gafà u Veronika mwielda Spiteri. Huwa kellu diversi ħutu. Melchiorre Gafà, beda l-ewwel taħriġ skulturali tiegħu ta' madwar sittax-il sena fil-bottega ta' Casanova fejn għamel diversi xogħlijiet esklussivament fil-ġebla Maltija. Fost dawn ix- xogħlijiet huwa kien imdaħħal ma' oħrajn fix-xogħol fil-Kappella Torres fil-Katidral ta' Sirakusa fi Sqallija fejn skolpixxa figuri ta' busti u rjus ta' serafini fuq kolonni. Madankollu, il-karriera tiegħu tassew bdiet meta huwa mar joqgħod Ruma madwar l-1658. Hawnhekk huwa rnexxielu jidħol fil-bottega ta' Ferrata. L-ewwel xogħlijiet tiegħu għal Malta meta kien beda jaħdem f 'din il-bottega kienu 'Il-Madonna tar-Rużarju' għall-knisja tad- Dumnikani fir-Rabat (Malta) li waslet Malta fl-1661 u l-istatwa ta' San Pawl għall-knisja ta' San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta li ġiet mogħtija lill- knisja ftit qabel l-1694. Dawn iż-żewġ statwi jidhru li kellhom l-influwenza tal-istil tal-iskultur ta' Bolonja Alessandro Algardi. Gafà wettaq il-biċċa l-kbira tax- xogħlijiet tiegħu ġewwa Ruma, u ismu malajr ħa ġieħ kbir minħabba l-opri artistiċi tiegħu. Huwa ħadem skulturi verament sbieħ għan nies tal-ogħla grad, inkluż il-Kardinal Flavio Chigi, l-eks-Kardinal Camillo Pamphili, u l-Kavallieri tal-Ordni ta' Malta. Camillo Pamphili li kien Kardinal u li wara sar nobbli tal-familja Pamphili, ħa interess speċjali f 'dan l-iskultur, u wara sentejn biss ta' taħriġ, qabbad lil Gafà biex jagħmillu monument fl-irħam ta' San Ewstakju mal-iljuni "Sant'Eustachio tra i leoni" fil-knisja tal-familja Pamphili ta' Sant' Anjes ġewwa Agone - impriża kbira għal kwalunkwe skultur, imma forsi partikolarment ta' sfida kbira għall- Gafà, għax qatt ma kien ipproduċa xogħlijiet fl-irħam qabel dan il- proġett. Sas-sena 1665, Gafà kien qed jaħdem fuq bosta proġetti ta' grad għoli, u kmieni fl-1666, Gafà aċċetta kummissjoni prestiġjuża ħafna mill- Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann f 'Malta. B'hekk mar lura Malta għal ftit xhur biex jagħmel id-disinji tiegħu għall-figuri tal-Magħmudija ta' Kristu li tinsab wara l-artal maġġur fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta. Huwa mar lura lejn Ruma ftit xhur wara. Hawnhekk naraw li l-karriera tiegħu kompliet tikber b'aktar suċċess, u r-reputazzjoni artistika tiegħu f 'Ruma bdiet tiffjorixxi sew. Sfortunatament, Gafà qatt ma ra l-frott tal-ħidmiet tiegħu, għax bla mistenni f 'Settembru tal-1667, fl-età ta' 31 sena, miet waqt xogħlu meta waqgħet biċċa tafal kbira fuqu. Hawnhekk tajjeb li ngħidu li Gafà kien wasal fl-ogħla punt tal-karriera tiegħu. Filwaqt li l-istudjużi jagħrfu t-talenti u l-kontribuzzjonijiet skulturali tiegħu f 'Ruma fis-seklu sbatax, ma tantx nafu dwar ħajtu u x-xogħlijiet tiegħu għax għex għall-żmien qasir, u għalhekk ma pproduċiex wisq, speċjalment meta mqabbel ma' skulturi oħra ta' dak iż-żmien li nafu ħafna aktar dwarhom bħalma huma l-famużi Gianlorenzo Bernini u Alessandro Algardi ġewwa Ruma. Għalkemm ix-xogħlijiet ta' Gafà huma relattivament ftit, ix-xogħlijiet tiegħu jibqgħu opri t'arti minħabba l-kwalitajiet brillanti u uniċi tagħhom. Skont il-professur Keith Sciberras, huwa jemmen li Gafà ħoloq stil ta' skultura partikolari fi ħdan il-medda ta' għaxar snin. Fil- fatt, nistgħaġbu kemm Gafà fi żmien tant qasir irnexxielu jagħmel tant opri ġewwa Ruma fejn il-karriera tiegħu qattagħha esklussivament fil-ħanut ta' Ferrata. Gafà kellu ħafna kummissjonijiet fil-ħajja qasira tiegħu iżda ma laħaqx lestihom kollha. Fost dawk li lesta kellu l-istatwa tal-irħam ta' Santa Roża ta' Lima fl-agunija tal-mewt (1665), ir-reliev fl-irħam abjad tal-Apoteożi ta' Santa Katarina ta' Siena fil-knisja ta' Santa Caterina a Magnanapoli, Ruma (c.a 1667), bust tal-Papa Alessandru VII fit- terracotta li tinsab f 'Palazzo Chigi f 'Ariccia. Waħda tal-bronż li tinsab fil-Metropolitan Museum, New York (1667) u bust ieħor fil-bronż fid-Duomo ta' Siena. Hemm ukoll numru ta' statwi tat-terrakotta fil- Mużew Nazzjonali tal-Arti, fil-Belt Valletta kif ukoll f 'Mużewijiet oħra barra minn Malta fosthom ir-Russja u l-Italja. Kellu bosta xogħlijiet oħra li mhumiex mnizzlin hawn però fost ix–xogħlijiet tiegħu għamel numru ta' bozzetti u mudelli magħmulin mit-terrakotta u disinji għal diversi inċiżjonijiet. Nieħu din l-okkażjoni biex inrodd ħajr lil dawk kollha li kitbu dwaru speċjalment il-Prof Keith Sciberras. Patri Hermann Duncan O.Carm Balluta Il-bust ta' Papa Allessandru VII Il- Madonna tar- Rużarju li tinsab għand id-Dumnikani fir-Rabat Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017