Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Sports 30 L-Aqwa 11 l-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 Sena FTIT tal-jiem ilu l-Ġermanja ġew inkurunati champions tal-Ewropa fil-livell ta' taħt il-21 sena hekk kif fil-finali għelbu lil Spanja 1-0. Gowl ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima skurjat minn Weiser kien biżżejjed għall-Ġermanja. Dan kien it-tieni suċċess għat-tim ta' Stefan Kuntz wara li kienu rebħu fl-2009. Jum wara l-finali tal- Ġimgħa, l-UEFA ħabbret min kienu l-aqwa 11 plejers tat-turnament li sar fil- Polonja. Bla dubju tispikka l-preżenza qawwija ta' plejers Ġermaniżi u Spanjoli li waslu sal-finali mat-tim rispettiv tagħhom. Julian Pollersbeck (Ġermanja) Fil-partiti tal-fażi tal- gruppi kellu wirjiet pożittivi imma l-aktar li spikka kien fil-fażi tan- knockout. Fis-semifinali kontra l-Ingilterra kien strumentali hekk kif salva żewġ penalties biex għen lit-tim tiegħu jgħaddi għall- finali, finali li eventwalment intrebħet mill-Ġermaniżi. Milan Skriniar (Slovakkja) Skriniar hu l-uniku plejer li ma jagħmilx parti mill-erba' timijiet li waslu sas-semifinali tal- kompetizzjoni. Il-wirjiet tiegħu mas-Slovakkja kienu ferm tajbin. Matul is-sena li għaddiet Skriniar beda jilgħab ma' Sampdoria u dawn se jittamaw li jkompli b'dawn il-wirjiet la darba jibda l-kampjonat Taljan lejn tmiem Awwissu li ġej. Jeremy Toljan (Ġermanja) Id-difensur mhux biss kien utli fid-dipartiment tiegħu imma anke ipprovda l-assist lil Weiser fil-finali kontra Spanja. Il-plejer ta' Hoffenheim hu kapaċi jattakka mal-linja u jkun perikoluż anke la darba jaqbeż nofs il-grawnd. Niklas Stark (Ġermanja) Il-plejer ta' Hertha Berlin kien dubjuż għall-finali imma dan mhux biss irkupra imma kellu anke wirja mill-aqwa kontra Spanja. Din il-wirja kienet risflessjoni tal-wirjiet l-oħra li kellu matul dawn il-ġimgħatejn li għaddew fil-Polonja. Yannick Gerhardt (Ġermanja) Plejer ieħor li jilgħab fil-Bundesliga hu Yannick Gerhardt ta' Wolfsburg. Minkejja li m'huwiex perikoluż daqs Toljan, wieħed jista' jgħid li hu aktar kapaċi jiddefendi. Id-difiża tal-Ġermanja kienet strumentali għat-tim biex rebaħ il-Kampjonat Ewropew u bla dubju Gerhardt kien wieħed mill- pedini. Maximilian Arnold (Ġermanja) Il-captain tat-tim Ġermaniż Maximilian Arnold hu plejer ieħor ta' Wolfsburg li impressjona bil-kbir fil-Polonja. Hu m'huwiex biss plejer ta' konteniment imma anke wieħed li kapaċi jagħti passaġġi preċiżi lil sħabu. Dani Ceballos (Spanja) Ceballos ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tat-turnament. Il-midfielder ta' Betis beda l-fażi tal-gruppi fuq il-bank imma malajr kiseb post mal-ewwel 11 la darba wera x'jaf. Max Meyer (Ġermanja) Il-plejer li jilgħab ma' Schalke kien kontinwament ta' theddida għad-difiżi avversarji. Wieħed jista' jgħid li Meyer kien wieħed mill-aktar plejers importanti tat-tim immexxi minn Stefan Kuntz. Mhux ta' b'xejn dan il-plejer diġà għamel id-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar meta kien għad kellu 18-il sena, jiġifieri tliet snin ilu. Saúl Ñíguez (Spanja) Saul Niguez kien bla dubju l-aktar plejer segwit matul dan it-tournament minħabba diversi raġunijiet. Hu kien diġà għamel isem mat-tim tiegħu Atletico Madrid u kkonferma l-qawwa tiegħu billi temm bħala l-aqwa skorer tat- tournament. Bla dubju jispikka l-hat-trick li skorja fis-semi-finali kontra l-Italja. Jiem wara li ntemm il-Kampjonat Ewropew Atletico Madrid ġeddewlu l-kuntratt. Marco Asensio (Spanja) Plejer ieħor Spanjol li spikka mhux biss b'hat- trick imma anke bil-wirjiet tiegħu kien Marco Asensio. Hu sab ix-xibka tliet darbiet fl-ewwel logħba kontra l-Maċedonja u minn hemm 'il quddiem ma ħarisx lura. Federico Bernardeschi (Italja) Wara li skurja 11-il gowl fis-Serie A matul l-istaġun li għadda, l-attakkant ta' Fiorentina Federico Bernardeschi kompla bil- wirjiet tajbin tiegħu mat-tim nazzjonali. Il-gowls tiegħu għenu lill-Italja tasal sas- semi-finali. Julian Pollersbeck (Ġermanja) Milan Skriniar (Slovakkja) Jeremy Toljan (Ġermanja) Niklas Stark (Ġermanja) Yannick Gerhardt (Ġermanja) Maximilian Arnold (Ġermanja) Max Meyer (Ġermanja) Saúl Ñíguez (Spanja) Marco Asensio (Spanja) Federico Bernardeschi (Italja) Federico Bernardeschi (Italja)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017