Illum previous editions

illum 9 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/846772

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' Lulju 2017 Intervista 10 B ħal-lum ġimgħa, il-Partit Laburista jkollu Deputat Mexxej għall-Aarijiet tal-Partit ġdid, u l-pajjiż ikollu Deputat Prim Ministru ġdid, hekk kif matul il-ġimgħa d-dieħla l-PL se jkun qed ilaqqa' Konferenza Ġenerali Straordinarja sabiex jimtela' l-post vakanti li tħalla minn Louis Grech. Il-gazzetta Illum intervistat lit-tliet kandidati għall-kariga, u f 'din l-aħħar ġimgħa, iltaqgħet mal-uniku kandidata mara għall-kariga, il- Ministru għall-Aarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Helena Dalli. 'Il-Partit Laburista baqa' l-uniku ħaġa kostanti f 'ħajti' Id-Deputat Prim Ministru aspiranti Helena Dalli tagħmel aċċenn fuq kif il-Partit Laburista kien prattikament l-unika ħaġa fil-ħajja tagħha li dejjem kienet preżenti u raha tinbidel maż- żmien. Fil-fatt, Dalli ilha tifforma parti mill-Partit Laburista 38 sena, hekk kif bdiet tkabbar l-għeruq tagħha fi ħdan il-Partit sa minn meta kellha 16-il sena. "Jiena kont fil-Partit Laburista dejjem. Fil-ħajja jkollok ħafna tibdiliet: tkun tfajla, studenta, tiżżewweġ, ikollok it- tfal. Xi ħaġa kostanti, fil-ħajja tiegħi hi l-Partit Laburista. Immaġina minn 16- il sena kemm tinbidel il-ħajja tiegħek... imma xi ħaġa li baqgħet dejjem hemm f 'ħajti hi l-PL. kont fiż-żgħażagħ, fil-kumitati lokali, fis-sezzjoni nisa, segretarja internazzjonali tan-nisa, fost karigi oħra." Mistoqsija dwar il-bidu tagħha fil-Partit u min kien avviċinaha sabiex tibda tkun attiva, Helena Dalli semmiet kif minbarra l-influwenza mill-familja tagħha, ta' età żgħira kienet iltaqgħet mal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff u kienet tagħmel xi xogħol miegħu. "Il-persuna li ressqitni lejn il-Partit kien il-Perit Mintoff, imbagħad kont niġi eletta fl-eżekuttiv, iżda qatt ma kont ikkontestajt xi kariga fil-Partit. Jien dejjem ħdimt fil-PL fit-tajjeb u fil-ħażin. Kont fil-Partit meta kien hemm ħafna tbatija, meta kien hemm diskriminazzjoni kontra l-Laburisti, meta ħafna Laburisti kellhom bżonn l-għajnuna...jiġifieri kont preżenti meta l-Partit għadda minn mumenti diffiċli ħafna," tispjega Dalli. Il-Ministru żżid issostni li din hi esperjenza importanti sabiex issawwar il-karattru politiku tal- persuna, "għaliex tkun preżenti kemm fil-glorjuż imma wkoll fid-doloruż. Il- Partit dejjem kien hemm għalija, u jien kont hemm għall-Partit, u għalhekk lanqas nimmaġina lili nnifsi mingħajr il-Partit Laburista għax huwa parti minni." 'L-esperjenza li għandi fl- Oppożizzjoni, tiġi utli fl-irwol ta' deputat mexxej' Dwar il-kwalifiċi u kemm hi lesta li sservi fil-kariga ta' deputat mexxej tal-Partit u għaldaqstant ta' deputat Prim Ministru, Helena Dalli mill- ewwel tgħid li tħoss li l-21 sena li ilha fil-Parlament, tawha l-esperjenza meħtieġa. Tfakkar kif hi telgħet l-ewwel darba fil-Parlament fl-1996, jiġifieri fi ħdan il-Gvern, bi rwol ta' segretarju parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal- Prim Ministru, dak iż-żmien Alfred Sant. Dalli ssostni li ż-żmien li għamlet taħdem fil-Parlament mal-PL, iktar tard fl-Oppożizzjoni għenha sabiex tkun ippreparata għall-kariga li qed tikkontesta għaliha. "Naħseb li għal dan l-irwol, l-esperjenza tiegħi fl-Oppożizzjoni se tiġi utli," tispjega l-Ministru Dalli waqt li tgħid kif ċertu manuvri u pożizzjonijiet tal- Opppożizzjoni tista' tantiċipahom, grazzi għall-esperjenza li kisbet fis-snin fl-Oppożizzjoni. Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, waqt li aċċennat dwar l-importanza ta' lealtà assoluta lejn il-Prim Ministru, żiedet tgħid kif huwa importanti l-fatt li hi u l-Prim Ministru, li jekk tiġi eletta fil-kariga ta' Deputat Prim Ministru, tkun qed taħdem spalla ma' spalla miegħu, ikunu it-tnejn li huma 'on the same page'. "Jien u l-Prim Ministru fil- ħsibijiet tagħna, fil-prinċipji tagħna, fil-valuri tagħna, qegħdin 'on the same page'. Fil-fatt, ħafna mill-liġijiet li mexxejt 'il quddiem fil-leġiżlatura li għaddiet, allaħares ma kellix l-appoġġ tiegħu, għax kieku ma kontx nagħmel nofs dak li għamilt. Allura huwa importanti li tkun taqbel fil-ħsibijiet tiegħek mal-Prim Ministru," sostniet Dalli, li kompliet issostni li bil-ħidma tagħha u r-rikonoxximent Ewropew u internazzjonali li kellha għal dan, tista' tirrapreżenta tajjeb lill-Prim Ministru, waqt li semmiet numru ta' laqgħat li kellha ma' diversi persuni u awtoritajiet partikolarment fi ħdan l-UE. 'Qatt ma kienet f 'moħħi li nsir Deputat Mexxej...' Helena Dalli tkellmet dwar il-fatt li mal-bidliet fid-dekasteri wara l-elezzjoni, anke l-Ministeru tagħha bidel il-bini minn fejn jopera u fil- fatt, billi żdiedu l-affarijiet Ewropej mal-lista ta' responsabbiltajiet li jaqgħu taħt il-Ministru Dalli, ngħatat l-uffiċċju li qabel kien jaħdem minnu l-eks Deputat Prim Ministru Louis Grech. Hawnhekk, Dalli tgħid li ma kellha l-ebda intenzjoni li tikkontesta għall-kariga ta' deputat mexxej għall-affarijiet tal-Parlament. "Meta l-Prim Ministru tani wkoll l-Affarijiet Ewropej fid-dekasteru, in-nies bdew iċempluli biex nikkontesta għaliex ħassew li la qiegħda fl-istess Ministeru, għandi nagħmel dan," sostniet Dalli. Għaldaqstant, mistoqsija dwar jekk tħossx li forsi kienet qed tiġi mogħtija xi spinta, Dalli tisħaq li hi ma ħassithiex, iżda kienu n-nies li ġabuha konxja minnha. Żiedet tgħid li n-nies komplew iħeġġuha tikkontesta meta fakkruha f 'dak li kien jgħid il-Prim Ministru tul il-kampanja elettorali, jiġifieri li kien hemm bżonn ta' iktar nisa f 'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u kemm kien jitkellem b'qawwa dwar dan u dwar kemm Gvern Laburista kellu jkun gvern femminista. "Xi kultant, in-nies ikunu qed jaraw affarijiet li int li tkun fihom, ma tkunx qed tarahom," sostniet Dalli waqt li elenkat l-avvenimenti li n-nies kienu qed jiġbru flimkien, "u dan hu dak li n-nies għaqqdu flimkien: poġġieni fiż-żarbun ta' Louis Grech, il-ħin kollu jitkellem dwar Gvern femminista u l-bżonn ta' iktar nisa, il-ħin kollu jgħid li għandna nkomplu nagħmlu l-istorja, u allura bdew jgħaqqdu l-biċċiet flimkien." Minkejja dan, Dalli tgħid li xorta ma kinetx konvinta, u kien biss meta marret Strasburgu mal-Prim Ministru għal laqgħat Ewropej li staqsieha jekk hux se titfa' n-nomina tagħha għall- kariga, "bħallikieku ħadha for granted li se nikkontesta, u għidtlu li kont għadni nikkunsidra l-proposti li kienu qed jagħmluli n-nies, imma la qed tgħidli int, nagħmilha." Fil-fatt, meta mistoqsija jekk kinitx qed tikkunsidra l-kariga meta Louis Grech ħabbar li ma kienx se jerġa' jikkontesta, Dalli dlonk qalet li dan assolutament ma kienx il- każ. Dalli tinsisti li għalkemm ilha mat- 38 sena attiva fil-PL, qatt ma kkontestat xi kariga. "Fil-fatt, qabel ġieli kienu qaluli biex nikkontesta, però din id- darba meta rajt dawn l-affarijiet kollha, u imbagħad kompla biex ħeġġiġni l-Prim Ministru wkoll, għidt issa hu l-mument. Qatt ma kienet f 'moħħi li xi darba rrid insir deputat mexxej, imma kif ġew l-affarijiet, bdejt nirrealizza li fil-fatt hu l-mument biex nikkontesta," 'Dejjem kont tal-kelma, tal-Partit...ma Il-Partit dejjem kien hemm għalija, u jien kont hemm għall-Partit, u għalhekk lanqas nimmaġina lili nnifsi mingħajr il-Partit Laburista għax huwa parti minni " " Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 July 2017