Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet jixxemxu dan is-sajf ... skont Il-bajja tat-Tin...u nies bħal sardin Gżira oħra Mediterranja illi fiha jmorru ħafna turisti jfittxu x-xemx u l-bajjiet hija Ċipru. Il-Bajja tat-Tin, jew magħrufa bħala 'Fig Tree Beach'; tieħu isimha mis-siġar tat-tin madwarha u ispirat l-ewwel diska tal-album 'Wind of Change' ta' Peter Frampton. Fuq is-sit Trip Advisor kienet mill-aktar popolari, it-tielet l-aktar bajja popolari sal-2011 u r-raba' sal-mument li kien qed jinkiteb dan l-artiklu. Il-kummenti tan-nies huma ġeneralment poittivi u bosta qed jgħidu li fil-fatt din il-bajja hija isbaħ minn dik fuq l-istess gżira magħrufa bħala 'Nissi'. Minkejja dan hemm diversi lmenti għall-iffullar fil-bajja, tant li ħafna jappellaw biex dak li jkun imur kemm jista' jkun kmieni jekk irid ikollu ċans jilħaq post fejn jitfa' xugaman. Il-bajja urbana l-aktar favorita Il-Bajja La Concha, bħalissa tinsab fil-quċċata tal-bajjiet skont Trip Advisor u allura hija l-aktar popolari. Il-bajja Spanjola, La Concha (kelma li bl-Ispanjol tfisser arzella) tinsab madwar il-belt ta' San Sebastian u fil-fatt l-istess bajja tieħu l-forma ta' arzella. Huwa ferm interessanti li din il-bajja tbiddel id-daqs tagħha skont il-kurrenti, bil- bajja tinbidel minn waħda kbira f 'kurrenti qawwijin għal enormi meta l-kurrenti jkunu ħafna iktar kalmi. Il-kummenti li tħallew fuq Trip Advisor kienu ferm pożittivi, l-aktar minħabba li hija meqjusa bħala bajja sigura u anke għax hija relattivament nadifa. Kumment partikolari kien dwar kif l-għawwiema f 'din il-bajja jinbidlu ta' sikwiet, filwaqt li bosta oħrajn ikkumentaw dwar familji t-tfal mexjin madwar il-bajja, qrib ukoll ta' bosta faċilitajiet oħrajn tal-belt. Dan kollu jidher li jappella għal firxa wiesgħa ta' nies biex b'hekk bħalissa, la Concha hija l-aktar bajja popolari fl-Ewropa, skont dan is-sit. Fost dawk li vvutaw dwar din il-bajja, 95% ddeskrivewha bħala 'eċċellenti' jew 'tajba ħafna'. Sabiħa, imma diffiċli tilħaqha 'Tant hija sabiħa din il-bajja li kelli mmur naraha tal-inqas darba kuljum kemm domna hemmhekk. Il-kulur tal-ilma, it-temperatura...kollox. Tajba ferm għall-għawm, imma mhux għal min għandu problema ta' mobilità.' Hekk kien hemm min iddeskriva din il-bajja, oħra fost il-favoriti fl- Ewropa, din id-darba fuq il-gżira ta' Sqallija. Jisimha Cala Rossa u ġġib isimha minn battalja li kienet seħħet fuq il-post u li fiha kienu ħafna dawk il-Feniċi li tilfu ħajjithom. Il-bajja fil- fatt tinsab fuq il-gżira ta' Favignana, magħrufa wkoll bħala la Farfalla, minħabba l-mod kif inhi magħmula. Hija post popolari ħafna fost diversi għaddasa u għawwiema, għalkemm il-fatt li hija bajja mimlija blat ifisser li l-aċċessibilità hi xi ftit jew wisq limitata. Kienu bosta dawk li ħallew kummenti mill-iktar kumplimentużi għal dan il-post, l-aktar fid-dawl tal-baħar u l-kulur tiegħu u anke l-ambjent tal-madwar. L-ilmenti l-aktar li kienu jikkoċernaw dan il- post kienu dwar il-mobilità u anke ħmieġ li jħallu nies li jmorru jgħumu fil-post. ... u lokalment? Il-bajjiet Maltin ma kinux fost il-25 bajja favorita fl-Ewropa, għalkemm Malta ġiet it-23 post bħala destinazzjoni turistika fuq dan l-istess sit. Madanakollu kienu bosta dawk li ħallew kummenti jew vot fuq bajja lokali. L-aktar bajja, lokali popolari hija l-Għadira tal-Mellieħa. Dwarha tħallew 2,552 kumment u minn dawk li vvutaw 85% qalu li din il-bajja hija bejn 'eċċellenti' u 'tajba ħafna'. Minn dawk li kkumentaw fuq l-istess sit, kien hemm bosta kummenti pożittivi. 'Sabiħa', 'irħisa', 'immaniġġjata tajjeb', 'lokazzjoni perfetta' u 'dak kollu li tixtieq meta tkun ġurnata baħar' kienu wħud mill-kummenti pożittivi li tħallew. Naturalment kien hemm ukoll kummenti negattivi, fosthom li jkun hemm wisq nies u li l-baħar ġieli kien maħmuġ. Apparti l-Għadira kien hemm ukoll diversi nies li ħallew kummenti fuq il-Blue Lagoon, li qalgħet diversi kumplimenti dwar id-dehra, imma ħafna kritika għall-fatt li jkun hemm wisq nies. Kumment partikolari forsi laqat il-musmar fuq rasu, 'it-turiżmu tal-massa qed jeqred il-post.'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017