Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Minn Brussell 14 DATA: Is-Sibt 10 ta' Diċembru 2016. Ġurnata li offrietli dimensjoni u esperjenza oħra fil-karriera ġurnalistika tiegħi. Ġejt Brussell bil-għan li nsegwi l-presidenza Maltija tal- Kunsill Ewropew, grazzi wkoll għall-editur tal- ILLUM, Albert Gauci Cunningham u Saviour Balzan li aċċettaw ix-xewqa tiegħi u l-isfida ġdida tiegħi b'idejhom miftuħa. Kif wasalt hawn indunajt li kont qisni ħuta barra mill- ilma u f 'daqqa waħda sibt ruħi li hawn lil 'Bużu' ma jafu ħadd. Kont nimxi fit-triq u ma jsellimli ħadd meta Malta kont imdorri kulħadd isellem u jgħaddili xi kumment jew dwar futbol, inkella politika u x'naf jien. Bdejt nimxi waħdi fit-toroq ta' Brussell, f 'kesħa xxoqq il-għadam bil-pjazez kollha mimlija nies fil-Christmas Markets u xiri sfrenat tal-Milied. Inzertajt mort fl-aħjar żmien tas-sena. Niftakar li l-ewwel impatt tiegħi kien kemmxejn negattiv meta nnutajt kif il- belt Kapitali Ewropea kienet mifnija b'nies jittallbu u jgħixu fit-triq u mimlija b'suldati armati jduru man-nies. Kien ftit ta' xokk għalija iżda drajthom ukoll. L-entużjażmu kien kbir li fl-aħħar irnexxieli ngħix barra art twelidi. Tgħallimt minn fejn nagħmel ix-xiri tiegħi, li għall-bidu bdejt inħallas biz-zalza sa ma sibt dawk aktar irħas. Wara li dort sew il-postijiet turistiċi ta' Brussell fejn madwari bdejt niġi bbumbardjat b'kull lingwa imaġinabbli, bdejt ukoll inħuf maż-żoni l-oħra ta' Brussell u hawn tgħallimt xi tfisser integrazzjoni meta iltqajt ma' żoni kbar b'razez etniċi differenti, Marokkini, Palestinjani, Torok, Afrikani, Kongoliżi,Taljani, Portugiżi, Spanjoli, Ċiniżi, Iraqqini, Pollakki, Rumeni, Russi, Bulgari, insomma u xi Belġjani wkoll. Wara ftit jiem li qattajt biex nambjenta ruħi fi Brussell, waslu l-festi tal-Milied li jien għażilt li nqattagħhom fl-Olanda flimkien mas- sieħba tiegħi li wara kollox kienet il-persuna li kaxkritni magħha lejn il-Belġju. Mar- ritorn tiegħi fil-belt kapitali Belġjana sibt tistennieni l-Presidenza u x-xogħol u l-esperjenzi li ġġib magħha. La jien u l-ebda ġurnalist Malti ma kellna xi tip ta' esperjenza tal-Presidenza Maltija u x'tirrikjedi, għax kienet esperjenza ġdida għal kulħadd, bil-Prim Ministru b'kollox. Bdejt ngħarrex u ndur biex nipprova nidħol fin- 'network' tal-istituzzjonijiet Ewropej, ma kinitx faċli għax anke hawn trid issib lil min taf biex jirnexxilek tinfiltra. Trid tkun int li tgħarrex u tfittex minn fejn se tidħol u l-kuntatti tiegħek trid tibnihom mill-ġdid. Għalkemm ma nistax ma nsemmix persuna li għenitni ħafna nintegra f 'dawn l-istituzzjonijiet, speċjalment fil-Parlament Ewropew, Karl Agius l-assistent tad-deputat Parlamentari Ewropew, Therese Comodini Cachia, li għenni kemm felaħ biex nidħol fil-'maze' u burokrazija kbira li teżisti fl-istituzzjonijiet Ewropej. Għax ngħiduha kif inhi fi Brussell trid tkun int li tidħol fin fin biex tkun taf kollox u lil min, iżda xorta trid issib xi tip ta' għajnuna min forsi jbexxaqlek ftit il-bieb u Karl Agius kien l-għajnuna tiegħi. Il-Presidenza bdiet Minn hawn irnexxieli nintegra sew fl-istituzzjonijiet kollha, sirt membru wkoll u attendejt xi seminars tal- Press Club ta' Brussell fejn tgħallimt kif ninfiltra sew fl-istituzzjonijiet Ewropej u kif inkun naf x'qed jiġri u x'se jiġri. Bdejt inkun preżenti fil-kuriduri tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew. Għamilt kuntatti kbar f 'Dar Malta, fejn hawn sirt naf li kien hemm speċi ta' villaġġ żgħir b'aktar minn 200 persuna jaħdmu qatigħ għall- Presidenza. Fit-toroq ta' ħdejn l-istituzzjonijiet kont tilmaħ gruppi żgħar ta' rġiel u nisa lebsin ix-xalla tal-Presidenza Maltija jew ingravata ħamra, lebsin eleganti, iħaffu saqajhom minn laqgħa għall- oħra u jitkellmu bil-lingwa Maltija. Għall-erwieħ fl-aħħar erġajt smajt il-lingwa tiegħi fit-toroq ta' Brussell. Bdiet il-ħidma tiegħi tal-presidenza, il-kuriduri tal-Parlament Ewropew iddewdu bil-Maltin. Ministri, segretarji parlamentari, membri parlamentari Ewropej (anke dawk mill- oppożizzjoni) bdew iħufu f 'dawn il-kuriduri. Kollha kemm huma mdawrin mis- 'suldati tal-azzar' tagħhom. Kulħadd jippoppa sidru, isellmulek ta' fuq fuq, waqt li jibqgħu għaddejjin iħaffu għax wasal il-ħin tal-glorja tagħhom. Ftit minuti li fihom riedu jwasslu l-prijoritajiet tal-Presidenza bil-membri Nazzjonalisti jiġru warajhom u flimkien ma' xi erbat iħbieb tagħhom jniggżuhom bil- Panama. Ħafna mill-ministri u segretarji Parlamentari injorawhom, filwaqt li oħrajn weġbuhom b'xi kontrattakk fuq dak li kien isir qabel taħt in-Nazzjonalisti. Ikolli nammetti li l-Ewropej ftit jew xejn interessahom mill-politika lokali, kien jinteressahom biss xi prijorità kellha Malta li tolqot lil pajjiżhom. Segwejt lil-membri tal- gvern kollha, ħadtilhom kummenti fejn bla dubju li l-aktar kumment li laqatni kien ta' Evarist Bartolo meta qabbel l-intervent ta' Therese Comodini Cachia dwar l-allegat każ ta' korruzzjoni fil-ministeru tiegħu ma' dak tal-istejjer tan-nanna venut li ġiet mill-Awstralja. Tlabt ukoll xi kummenti tal-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti li kollha kienu ffukkati fuq pajjiż wieħed (li mhux Ewropew) IL-PANAMA. Dwar prijoritajiet, suċċess jew le, ma kien jinteressahom xejn ħlief fuq il-kontijiet tal-Panama. Il-ġurnalisti Maltin jidhru John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Intietef mill-Presidenza Maltija tal-UE • Innutajt ħafna, iltqajt mal-ħafna, tgħallimt ħafna aktar u esperjenzjajt il-ħafna • Min ta ħinu kollu u ħadem qatigħ ma deher fl -ebda ritratt iżda t-timbru ta' dawn il- ħaddiema jinsab fi s-suċċess • Iltqajt ma' komunitajiet Għarab, Torok, Portugiżi, Pollakki, Taljani, Afrikani u kultant ma' xi Belġjan ukoll Tnedija tà skema għal Għaqdiet Volontarji għal proġetti, avvenimenti u inizjattivi f'Għawdex Il-Ministeru għal Għawdex nieda skema ġdida msejħa Ministry for Gozo Non- Governmental Organisations Assistance Scheme biex tagħti għajnuna lil Għaqdiet Volontarji biex isiru proġetti, avvenimenti u inizjattivi f'Għawdex. L-applikazzjonijiet jinsabu online mill-website tal-Kunsill Malti għas-Settur tal- Volontarjat www.vofunding.org.mt u se jintlaqgħu sal-Ġimgħa 4 t'Awwissu 2017. Il-linji gwida għall-applikanti prospettivi se jkunu disponibbli fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex www.mgoz.gov.mt u fuq www.vofunding.org.mt. Se ssir laqgħa ta' informazzjoni nhar il-Ġimgħa 21 ta' Lulju, 2017 fis-6.00pm fiċ-ċentru tal-NGO, Triq il- Madonna tar-Rummiena, Xewkija, Għawdex. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi tintbagħat email f'dan l-indirizz: ngoscheme.mgoz@gov.mt. Jien kont hemm Presidenza: Issiġillata b'bewsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017