Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Opinjoni 16 JOSEPH CAMILLERI L -antiki u dawk tal-Medju Evu kienu jgħidu: Omne vivum ex vivo, kull esseri ħaj ġej minn esseri ħaj ieħor. Dan il-massimu huwa veru, imma nħoss li jonqsu biċċa oħra; kull esseri ħaj huwa ġej mhux biss minn esseri ħaj ieħor imma wkoll minn raġel u mara. Dan hu hekk kemm fl-ordni tal- bniedem kif ukoll fl-ordni tal-annimali. Raġel u raġel ma jġibux ħlejqa oħra, kif lanqas ma jġibu ħlejqa oħra mara u mara. Dan hu l-ordni li nsibu fin-natura. Dan l-ordni ma vvintatu l-ebda kultura, l-ebda duttrina, l-ebda reliġjon, l-ebda ideoloġija. Dan hu ordni li ħareġ minn idejn Alla. Mela hi ħaġa totalment żbaljata li tugwalja ż-żwieġ omosesswali ma' dak eterosesswali. Hawn ateji li jaqblu li ma tistax teżisti ugwaljanza bejn iż-żewġ żwiġijiet. Imma aħna sirna bravi! Imma aħna n-nies tal- lum sirna bravi ħafna! Biex mingħalina niddefendu d-drittijiet tal-bnedmin, qed inħossu l-bżonn li niddisprezzaw d-drittijiet ta' Alla u l-ordni naturali. Saħansitra fil-liġi neħħejna l-kliem 'raġel' u 'mara', 'omm' u 'missier'. Nistgħu naqgħu f 'assurdità akbar minn din? Naħseb li kull deputat fil-Parlament Malti ġie fl-eżistenza minn raġel u mara, u mhux minn raġel u raġel, jew mara u mara. Imma, jekk id- dinja miġnuna tal-lum qed tapprova ż-'żwieġ' tal-omosesswali, għaliex m'għandniex nagħmlu hekk aħna wkoll? Għaliex m'għandniex nintelqu mal- kurrent? Affarijiet li ma jitwemmnux Qalulna li din il-liġi ser iġġib l-ugwaljanza bejn iż-żwieġ bejn raġel u mara u ż-'żwieġ' omosesswali, u hekk kull koppja titpoġġa fuq l-istess livell. Jiġifieri qed nippruvaw nagħmlu ugwali ż-żejt u l-ilma, "il-ħarruba u l-larinġa" (Arċisqof ). Qed nippruvaw nagħmlu ugwali koppja li tista' ġġib it-tfal u 'koppja' li ma tista' QATT iġġib it- tfal. Inkredibbli. Saħansitra kien hemm min iddispjaċih li astjena meta tressaq l-att dwar l-unjoni ċivili. Iddispjaċih li dakinhar ma żbaljax! Kien hemm min qal li l-valuri Demokristjani jpoġġu l-bniedem fiċ- ċentru, u allura ser jivvota favur iż-żwieġ omosesswali. Affarijiet li ma jitwemmnux! Il-prinċipji Demokristjani jpoġġu lil ALLA fiċ-ċentru tagħhom, imbagħad minn hemm jaħdmu għall- bniedem. Meta l-bniedem jitqiegħed qabel Alla, il- bniedem jibda jitqies biss bħala numru jew vot fl- elezzjoni. Slippery slope perikoluża Qbadna slippery slope perikoluża għall-aħħar. L-ewwel bdejna bl-IVF, imbagħad iżżerżaqna għall-iffriżar tal-embrijuni, imbagħad għaddejna għall- morning-after pill, biex fl-aħħar (mhux il-bogħod!) ngħaddu għall-ewtanasja u l-abort. L-ewwel legalizzajna l-unjoni ċivili, imbagħad għaddejna għall-addozzjoni anti-natura minn koppji gay, u issa qed negwaljaw iż-żwieġ skont in-natura maż-'żwieġ' kontra n-natura. Hekk hi s-slippery slope. Hekk ġara f 'pajjiżi oħra u hekk qed jiġri f 'pajjiżna. U r-raġunijiet għal dan kollu? L-ugwaljanza, it-tolleranza, l-inklussività, il-libertà u skużi oħra li, minn fuq, insejħulhom 'valuri'. Ejjew inkunu sinċiera Għandhom raġun dawk li qed jgħidu li l-programmi elettorali pproponew din il-liġi. Imma jekk irridu nkunu sinċiera, irridu ngħidu li din l-elezzjoni kienet primarjament fuq il-governanza tajba, aktar milli fuq il-proposti. Barra minn dan, la xi ħadd irid jiggverna, wieħed għandu jivvota skont il-kuxjenza, jiġifieri jivvota lil min, mhux biss jagħmel l-aqwa ġid, imma li wkoll jista' jagħmel l-inqas ħsara. Għalhekk mhux bilfors taqbel fuq kull proposta ta' partit li lilu tivvota. Infakkru li anke erba' snin ilu, l-ewwel miżura li ħa l-gvern ta' Muscat kienet li ż-żwieġ tal-istat għandu jkun superjuri għal kull tip ta' żwieġ ieħor. L-attakk hu ċar: fuq il-valuri l-aktar tal-familja. Mhux ta' b'xejn li, skont is-survey tat-Times of Malta dwar din il-liġi, l-akbar perċentaġġ kien ta' dawk li jżommu li din il-liġi hi attakk fuq il-valuri tal- familja. Ma nistax nifhem kif nies bħal Dun Anġ Seychell u Dun Colin Apap jiddefendu gvern li l-mira tiegħu hi li jdgħajjef il-valuri li għamluna nies. Joe Camilleri B.A. Hon.,M.A. Theology & Human Studies 'Ma nistax nifhem kif nies bħal Dun Anġ Seychell u Dun Colin Apap jiddefendu gvern li l-mira tiegħu hi li jdgħajjef il-valuri li għamluna nies' 'Qed nippruvaw nagħmlu ugwali koppja li tista' ġġib it-tfal u 'koppja' li ma tista' qatt iġġib it-tfal. Inkredibbli. Saħansitra kien hemm min iddispjaċih li astjena meta tressaq l-att dwar l-unjoni ċivili. Iddispjaċih li dakinhar ma żbaljax!' Ugwaljanza?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017