Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Opinjoni 22 M ill-innoċenza tal-arti kif rappreżentanta minn artist Romantiku bħal Babailov ngħaddu għal xeni ta' vjolenza selvaġġa trasmessa fuq il-mezzi tax-xandir waqt li kienet għaddejja l-laqgħa tal-G20 li din is-sena ttellgħet f 'Hamburg. Għadha qed tkun ikkalkulata l-ispiża tal-ħsarat li estremisti xellugin wettqu f 'Hamburg waqt protesti vjolenti kontra l-mexxejja tal-G20 li nġabru flimkien għal-laqgħa annwali tagħhom il-ġimgħa li għaddiet. Skont The Guardian alleati tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel sejħu għal serje ta' miżuri madwar l-Ewropa, inkluż il-kumpilazzjoni ta' reġistru bl-ismijiet ta' estremisti xellugin. Mijiet ta' militanti anti-kapitalisti daħlu Hamburg jagħtu n-nar lill-karozzi, jisirqu mill-ħwienet u jitfgħu l-molotov cocktails. Il-media tat importanza wkoll lil-laqgħa bejn Vladimir Putin u Donald Trump, bil-kwistjoni tal-indħil Russu fl-elezzjoni presidenzjali f 'Novembru tal-2016 għadha tqanqal interess mifrux. Ħafna ġurnalisti u opinjonisti kkummentaw ukoll dwar il-mod kif iż-żewġ mexxejja ħadu b'idejn xulxin u s-sinifikat ta' dan il-ġest bejn żewġt irġiel b'ego li jegħlbilhom rashom. Ma setax jonqos li sezzjonijiet tal- media jikkritikaw bl-aħrax il-preżenza tat-tifla ta' Donald Trump, Ivanka, li għal ħin qasir dehret tirrappreżenta lil missierha waqt laqgħa bit-tema tas-saħħa u l-emigrazzjoni mill-Afrika. Il-preżenza ta' Ivanka, ġustament, ġiet ikkritikata bħala att ta' nepotiżmu u li m'għandhiex il-ħiliet meħtieġa għad-diplomazija f 'livell daqstant sofistikat. Sadanittant, ir-rivista Amerikana The Atlantic ikkonkludiet li Angela Merkel kellha r-rwol impossibbli li tipprova ssib kompromess bejn il-pożizzjoni Statunitensa dwar il-klima u dik tad- dsatax il-membru ieħor tal-G20. Iżda fid-dinja supefiċjali tal-immaġni medjatika l-eroina mhux mistennija taż-żjara ta' Trump fl-Ewropa kienet il-first Lady Pollakka, Agata Kornhauser- Duda, li f 'laqgħa bejn il-koppja Trump u l-mexxejja tal-Polonja, dehret tinjora lill- President Amerikan u tmur dritt tieħu b'idejn Melania Trump. Raġel li ġieli kkritika lin-nisa għad- dehra tagħhom bl-aktar b'mod vulgari ma ħaqqux aħjar. Speċjalment jekk hu l-President ta' superpotenza. Tchaikovsky skont Anton Agius Meta kont assoċjat maċ-Ċentru Kulturali Sovjetiku f 'Malta bħala direttur artistiku, wieħed mill-aktar funzjonijiet ewlenin tiegħi kien l-iskambju tal-artisti Maltin u Sovjetiċi. Dan kien żmien eċċitanti ta' bidla politika f 'dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, wara l-waqa' tal-Ħajt ta' Berlin f 'Novembru tal-1989. F'Malta ġibt artisti mil-Litwanja, Moska u San Pietruburgu, jew kif kienet magħrufa Leningrad, u minn Malta telgħu artisti bħal Frank Portelli u Anton Agius, li kien ippreżenta ġmiel ta' statwa fl-injam taż-żebbuġ għall-Mużew tax- Xitan tal-Latvja. Meta kien wasal biex jiftaħ iċ-Ċentru Kulturali Sovjetiku ta' Triq il-Merkanti, il-Belt, jien kont ħajjart lill-ħabib tiegħi u kollega, l-iskultur Anton Agius tar-Rabat biex għall-foyer taċ-Ċentru jiskolpi alto riljiev realistiku ta' Tchaikovsky. L-iskultura għadha hemm sal-lum, iżżejjen l-ispazju qabel tidħol għas-sala tal-kunċerti. L-arti Russa bdiet mal-wasla tal- millenju tal-Kristjanità tal-pajjiż. L-istat Russu rċieva l-istil arkittettoniku u pittoriku minn Biżanzju, stil pagan li kien ilu mejjet sekli sħaħ. Arkitetti Taljani kienu msejħin f 'Moska biex jgħinu fil- bini ta' strutturi monumentali fil-ġebel fil-Kremlin, iċ-ċittadella tal-belt. Dawn il-periti kontinentali ħolqu kompromess bejn ir-Rinaxximent mill-Italja u l-koppli Biżantini. Iżda ġeneralment l-influwenzi mill- Italja kienu minimi u l-arti Russa tfaċċat mal-katidral ta' San Basilju fil-Pjazza l-Ħamra ta' Moska, fantasmagorija ta' arti pura Russa. Mar-Romantiċiżmu, l-arti Russa għaddiet għal xogħlijiet kbar bħal dawk ta' Valentin Serov (1865-1911) u mbagħad il-moviment Supremasist immexi minn Kazimir Malevich (1878- 1935) u s-surrealisti bħal Marc Chagall u Vassily Kandinsky, li pproduċew l-aħjar xogħol tagħhom barra 'l pajjiż. Ix-xahar li għadda f 'Malta wasal l-artist importanti Igor Babailov, ritrattista li kompla t-tradizzjoni tar-riċerka innovattiva tal-arti Russa f 'kuntest simili għal dak li ħolqu artisti bħal Serov, Ilya Repin u l-istess Babailov, li lkoll għandhom profil importanti fl-arti Romantika Russa. Babailov, bħal artisti kbar oħra, studja fl-akkademja Surikov fil-Mużew tal- Arti ta' Moska. Interessanti l-kumment tal-Papa Franġisku meta ġie wiċċ imb wiċċ mal-pittura ta' tifla zgħira Russa: "It-talent isib għeruqu fl-iskola. Babailov beda jpitter ta' erba' snin. Meta ħarist lejn il-pittura ta' Babailov ħassejtha tħares lejja." MARIO AZZOPARDI 'L-arti Russa bdiet mal-wasla tal-millenju tal- Kristjanità tal-pajjiż. L-istat Russu rċieva l-istil arkitettoniku u pittoriku minn Biżanzju, stil pagan li kien ilu mejjet sekli sħaħ' Wara l-G20 f 'Hamburg L-artist Igor Babailov mal-Papa Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017