Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Organizzata b'suċċess il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA minn Cristian Antony Muscat HEKK kif ilbieraħ ġiet organizzata l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA, il-kulminu tagħha ntlaħaq bid-diskors tal-president, Norman Darmanin Demajo. Huwa saħaq li huwa importanti għall-MFA li jkollha pjan strateġiku li jkun jinkludi dawn il-ħames punti essenzjali: 1. Norman Darmanin Demajo qal li jħoss li għandu jsir review ta' dak li huwa sejjaħ bħala amateur football li jinkludi l-futsal u l-futbol tan-nisa. Huwa qal li wasal iż-żmien li l-istake holders ipoġġu bil-qiegħda u jekk hemm bżonn joħolqu a 'non- league formal body'. Dan hekk kif huwa qal li dan huwa settur importanti ħafna fil-futbol għalkemm mhux dejjem jingħata importanza mill- partijiet konċernati. 2. Huwa jisnab kommess li fiż-żmien li ġej l-MFA tibgħat iktar plejers jilagħbu futbol full-time barra minn Malta. Huwa qal li fil-preżent hemm bżonn li kull futboler ikun mogħni b'iktar dixxiplina u reżiljenza. 3. Darmanin Demajo qed jaħseb li fil-futur qrib se jkun hemm nuqqas ta' amministraturi fil-clubs fuq bażi full-time. Huwa tenna li preżentament ħafna mill- amministraturi tal-clubs lokali huma anzjani u qed jibża' li se jkunu qed jaslu fi stat fejn klabbs ma jkollhomx min imexxihom bħala amministraturi. 4. Huwa qal li wasal iż-żmien li ġaladarba ħa tkun qed tgħaddi l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Isport, l-MFA trid bilfors tkompli tinvesti speċjalment għall-fatt li f 'Ta' Qali, l-MFA għandha biċċa art konsiderevoli. B'hekk il-president tal-MFA wera video lil dawk preżenti fejn fih identifika ħames proġetti li jistgħu isiru fuq din l-art f 'Ta' Qali. Fost dawn huwa semma li se jkun hemm Skola ġdida tal-Isport iddedikata biss għall-football li se tkun qed tinbena f 'Ta' Qali. Huwa rringrazzja lill-Onorevoli Prim Ministru Dr Joseph Muscat u lill-Onorevoli Ministru tal- Edukazzjoni Evarist Bartolo li kienu propju huma li għamlu kuntatt mal-MFA biex din l-iskola tkun qed tiġi mnedija. Huwa semma' wkoll li jixtieq li jkun qed jinbena stand ieħor, spazju adekwat għall-parkeġġ u bini dedikat lll-futsal lokali. 5. Norman Darmanin Demajo afferma li hemm bżonn li l-MFA tingaġġa iktar nies bi kwalitajiet neċessarji biex l-MFA tkompli tagħmel iktar passi 'l quddiem. Huwa ddeskriva li hemm bżonn li jsir tkabbir f 'dal li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani, waqt li l-MFA għandha ssib alternattivi ġodda ta' finanzjar. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Darmanin Demajo qal lill- membri tal-Kunsill tal-MFA biex huma jħossuhom parti mill-Mfa hekk kif tenna li xi drabi jħoss li jkun hemm ċerta distanza bejniethom. Huwa kkonkluda b'dan il-kliem preċiż: "Dan huwa l-aqwa żmien għall-MFA u l-kbir għadu ġej!" Indirizza wkoll lil dawk preżenti l-eks Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo u preżentament Direttur tal-Member Associations Ewropej fi ħdan il-FIFA. Huwa beda biex wassal it-tislijiet tal-president tal-FIFA Gianni Infantino lill-familja tal-futbol f 'Malta. Huwa tenna l-impenn tal- FIFA li tkompli tgħin bis-sħiħ lill-MFA minn kull lat biex il-futbol Malti ikompli jimraħ. Vassallo kkonkluda d-diskors qasir tiegħu billi awgura lill-Membri tal-Kunsill tal-MFA kollha l-aqwa possibli u ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu għall-akbar ġid tal-futbol Malti. Huwa appellahom biex jibqgħu jieħdu deċiżjonijjiet li jfasslu l-bidliet neċessarji fil-futbol Malti, waqt li rringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ li dejjem sab u għadu jsib mill-membri kollha tal-Kunsill. Intant, dawn huma l-membri tal-Kunsill li se jirrapreżentaw lil diversi diviżjonijiet u setturi fi ħdan l-MFA: (a) Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw Clubs Membri f 'Diviżjonijiet diversi: (i) Premier Division: Dione Borg u Dr. Ian Micallef (ii) L-Ewwel Diviżjoni: Joseph Sammut u Laurence Seychell (iii) It-Tieni Diviżjoni: Raymond Micallef u Mark Pullicino (iv) It-Tielet Diviżjoni: Silvio Galea u Cory Greenland (b) Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw Clubs Membri in ġenerali F'elezzjoni li saret bix jinħatru żewġ membri tal- Kunsill li jirrapreżentaw Clubs membri in ġenerali, Michael Cutajar ġab 63 vot, Mr. Paul Falzon ġab 65 vot u Paul Spiteri ġab 62 vot. B'hekk ġew eletti Paul Falzon u Michael Cutajar. (c) Membru tal-Kunsill li jirrapreżentaw il-Youth FA Joe Micallef (d) Membru tal-Kunsill li jirrapreżentaw il-Gozo F.A.: Dr Samuel Azzopardi (e) Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw Member Associations oħra: F'elezzjoni li saret biex jinħatru żewġ membri tal- Kunsill li jirrapreżentaw Member Associations oħra, Carmelino Bartolo ġab 59 vot, Mark Borg ġab 70 vot u Francis Muscat ġab 56 vot. B'hekk ġew eletti Mark Borg u Carmelino Bartolo. Norman Darmanin Demajo imkien ma' Bjorn Vassallo. Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017