Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589
Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Sports 35 żgħir u għalhekk timijiet ta' livell għoli diffiċli jsibu dak l-ispazju illi jridu biex jilagħbu. F'court ikbar nistgħu naraw aktar logħob miftuħ u forsi wkoll iktar futsal sabiħ. Kemm int kuntent bil-kontroll tar- referis fil-futsal? M'għandi xejn xi ngħid kontra r-referis għax dawn wara kollox umani bħalna u jiżbaljaw bħalma nagħmlu aħna. L-iżball isir mingħand kulħadd u għandu jkun aċċettat bħalma plejer kapaċi jfalli ċans kbir quddiem il-lasta. Xi tgħidli dwar is-sigurtà li teżisti bħalissa fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin? Jekk inżommu l-logħba tal-futsal kif kienet fil-passat jiġiferi b'sens ta' ħbiberija fejn fil-court tkun rivali ta' xulxin imbagħad barra tkun ħabib ta' dak li jkun nemmen illi hemm ċertu tip ta' sigurtà. Madankollu l-affarijiet inbidlu xi ftit f 'dawn l-aħħar snin, daħlet xi ftit tal-pika żejda u kien hemm xi inċidenti li xejn mhu denju ssemmihom. Matul l-istaġun illi għadda kien ta' diżappunt kbir illi l-finali tal-futsal kellha tintlagħab bil-bibien magħluqa. Ma nixtieqx nerġa' ngħaddi minnha dik is- sitwazzjoni għax xejn ma kienet sabiħa. Ejja nitkellmu fuq it-tim illi żżomm miegħu int, SS Lazio. Int il-president tas-supporters club ta' Lazio. Kemm ilek f 'din il-kariga u x'inhu r-rwol tiegħek f 'dan il-grupp? Jien ili nżomm mal-Lazio minn meta kont żgħir u b'kuntrast missieri jżomm mal-Milan. Kien jaffaxxinani ħafna l-plejer Giorgio Chinaglia illi kien wieħed mill-aqwa attakkanti li qatt kellhom I Biancocelesti. Kont nieħu gost narah jiskorja gowls importanti li awtomatikament issarrfu fir- rebħ tal-Kampjonat fl-istaġun 1973/74. B'hekk bdejt inżid iktar l-imħabba tiegħi lejn dan it-tim minn Ruma u fis-snin 90 meta Lazio kienu mmexxija mill- president Sergio Cragnotti, kien hemm tentattiv illi jinfetaħ klabb hawn Malta. Dan kollu seħħ f 'temp ta' xahrejn meta darba konna tlajna grupp ta' partitarji ta' Lazio naraw logħba mit-Tazza UEFA. Ftehemna illi ngħaqqdu dan il-grupp illi kellu ħaġa waħda komuni, l-imħabba lejn il-Lazio. Konna sodisfatti illi rnexxielna nagħmlu dan kollu. Nista' ngħid illi qabel konna ħafna aktar membri f 'dan il-grupp speċjalment fil-bidu tas-snin 2000 meta Lazio kienu fl-aqwa tagħhom. Kellna wkoll post fejn niltaqgħu iżda maż-żmien meta I-Biancocelesti ma kinux għaddejjin minn mumenti daqshekk feliċi, il-grupp beda jonqos xi ftit. Minkejja kollox, fl-opinjoni tiegħi, it-tim dejjem kompla ijtejjeb il-wirjiet tiegħu fil-passat riċenti u nista' ngħid illi Lotito huwa wieħed mill-aktar presidenti ta' Lazio illi rebaħ unuri fl-Italja. Bħala partitarju ta' Lazio liema taħseb illi kien l-aqwa żmien? Dak ta' żmien Giorgio Chinaglia jew f 'dawn l-aħħar snin fejn kien hemm plejers bħal Boksic u Vieri? Iż-żmien tal-passat jibqa' wieħed ferm sabiħ fejn apparti Chinaglia kellna plejers oħra ferm tajbin bħal Oddi, Pulici, Wilson u saħansitra Pietro Ghedin illi kien jilgħab ukoll ma' Lazio u kif nafu huwa kowċ tat-tim nazzjonali Malti. Ma' dawn in-nies illi semmejt għandi sens kbir ta' ħbiberija hekk kif inkellimhom ta' spiss dwar diversi temi. Mill-plejers illi libsu l-flokk ċelesti f 'dawn l-aħħar snin inkellem lil Giuseppe Signori, Paolo Negro u Giuseppe Favalli, żewġ plejers ferm umli. Fl-aħħar mill-aħħar kull żmien fih is-sabiħ tiegħu avolja meta tirbaħ xi ħaġa tibqa' tiftakarha dejjem kemm kemm iktar. Dan l-istaġun kien ferm pożittiv għal Lazio minħabba illi anke spiċċaw ir- raba' fil-Kampjonat. X'taħseb illi kien is-sigriet għal dan is-suċċess? Naħseb illi s-sigriet wara dan kollu kien il-kowċ Simone Inzaghi illi għamel biċċa xogħol kbira fin-nursery tal-klabb u li mbagħad bl-esperjenza illi ħa seta' japplikaha fit-tmexxija tat-tim tal-kbar. Nemmen illi Inzaghi għandu mertu kbir mill-kisba tar-raba' post u fiduċjuż illi jerġa' jkun magħna matul l-istaġun illi ġej. Tħoss illi fil-futur qrib Lazio kapaċi jwaqqfu d-dominju ta' Juventus u jkunu kapaċi jissieltu għar-rebħ tal- Kampjonat? Jekk f 'Ruma jiddeċiedu u jagħtu l-permess illi jinbena l-grawnd tal- Lazio, nemmen illi kapaċi jagħtu sfida lil Juventus fil-futur. Nafu kemm il-Juventus Stadium f 'dawn l-aħħar snin iġġenera qligħ ta' flus enormi u dan għen sabiex huma jibnu skwadra ferm b'saħħitha. U Lazio dan li għandhom bżonn, grawnd fejn iżidu l-finanzi tagħhom apparti wkoll illi toħloq ambjent ġdid familjari b'diversi ħwienet madwar il-grawnd kif ukoll anke il-mużew fuq l-istorja ta' Lazio. Tinsiex ukoll illi Lazio huwa klabb illi apparti l-futbol jipparteċipa anke f 'kampjonati tal-futsal, basketball, volleyball, waterpolo, atletika u rugby. JIġifieri tista' taħseb kemm huwa bżonjuż ċentru sportiv illi jkun kollu kemm hu ta' dan il-klabb. Dan kollu hemm bżonnu sabiex klabb bħal tagħna jagħmel il-qabża fil-kwalità. Bħala president kemm tara lil Lotito differenti minn Cragnotti? Naħseb illi b'mod uman, Cragnotti huwa bniedem dħuli immens fejn jien kelli ċ-ċans niltaqa' miegħu ħafna drabi. Lil Lotito kelli ċ-ċans inkellmu darba biss fuq it-telefon iżda qatt ma ltqajt miegħu b'mod personali. Kif taraha r-rivalità illi għandkom ma' Roma speċjalment meta jintlagħab xi derby? Bla dubju illi hemm rivalità kbira bejn dawn iż-żewġ timijiet. Għalkemm ħa nkun onest miegħek domt ftit ma fhimt ir-raġuni għal din il-pika bejniethom peress illi jien ngħix f 'Malta u mhux f 'Ruma. Meta mbagħad daħal l-internet u bdejt naqra mhux ħażin fuq dan it-tim stajt nifhem għala hemm din ir-rivalità. Meta żewġ timijiet ikunu mill-istess belt hemm ċertu pika u kompetizzjoni illi nista' nqabbilha ma' żewġ każini tal- banda fl-istess raħal. Xi tgħidli fuq is-sigurtà bejn iż-żewġ settijiet ta' partitarji? Nifhem illi riċentement kien hemm xi ġlied illi xejn ma kien denju għal derby sabiħ bħal dan. Nifhem ukoll illi l-ħin tal- logħba kellu jiċċaqlaq għal kmieni wara nofsinhar minħabba sigurtà. Però nemmen illi ċertu nies qed jedukaw ruħhom illi dan il-ġlied fl-aħħar mill-aħħar ma jiswa għalxejn. Kemm huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? L-isport huwa importanti mmens għall-ħajja tal-bniedem. Anzi jien inħeġġeġ lill-ġenituri sabiex jibagħtu lil uliedhom jipprattikaw xi tip ta' sport għax jgħinhom mhux ftit biex ikollhom ħajja b'saħħitha. Dawn l-istess ġenituri għandhom jassiguraw illi l-edukazzjoni tiġi kkumplimentata bl-isport għax b'hekk qed tifforma bniedem ħolistiku. L-isport jgħaqqad lin-nies u tagħmel ħafna ħbieb bih. Jien inħoss illi fl-isport għamilt ħafna ħbieb u dan għenni fil- bniedem illi ninsab fih illum. Malti tal-partitarji ta' Lazio bħala president Twieled il-Furjana t-22 ta' Jannar 1967. Huwa l-president kemm ta' Ħamrun Futsal kif ukoll tal-klabb Malti tal-partitarji ta' Lazio. Ftit tal-ġimgħat ilu rebaħ in-Knockout tal- Futsal lokali bħala president ta' Ħamrun Futsal. EDWARD PSAILA Ritratt: James Bianchi