Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 De Marco barra mix-xena...għalissa TKOMPLI minn paġna 1 Fenech kien pjuttost voċiferu fl-aħħar jiem b'ittra elettronika li bagħat lill-Kap uxxenti tal-PN Simon Busuttil u lid-Deputati Nazzjonalisti, b'xi mod tispiċċa għand il-midja tal-Partit Laburista. Għall-ewwel darba f 'din l-ittra, Fenech indika li r-raġuni wara r-riżenja tiegħu mhux vera li kienet relatata ma' raġunijiet personali jew ta' familja, imma minħabba nuqqas ta' qbil serju fuq id-direzzjoni li kien qabad il-partit taħt it-tmexxija ta' Simon Busuttil. Fiha huwa jikkritika bil-qawwi l-mod kif l-istess partit tmexxa fuq il-kwistjoni u jikkritika t-tmexxija ta' Busuttil, anke jekk mhux direttament, meta jgħid illi f 'dawn l-aħħar erba' snin 'il-Partit Nazzjonalista akkwista l-għarfien tal-arti li titfa' f 'silenzju lil dawk b'opinjonijiet differenti, mhux permezz tad-djalogu u l-konvinzjoni, imma permezz ta' manuvri ta' posponiment tad-diskussjoni jew agħar, billi l-partit kollu jikkometti lilu nnifsu permezz ta' stqarrijiet fil-midja li ma jkunu qatt diskussi fil-Grupp Parlamentari.' Fenech ifakkar bosta drabi li l-PN bħal donnu injora lil ħafna votanti kattoliċi li sa ftit ilu kienu jsibu r-refuġju fil-PN, għax kien dan il-partit li jirrappreżenta l-valuri tagħhom. Fenech sostna wkoll li minkejja kollox il-PN ma rebaħ xejn, anzi tilef meta ħa pożizzjoni favur l-Att dwar iż-żwieġ kif ippreżentat mill-Gvern, anke jekk 80 emenda mressqa minnu ma kinux milqugħa. Intant jidher illi, kif mistenni fl-aħħar jiem kien hemm ukoll diversi nies li avviċinaw lil Mario De Marco għall- kariga ta' kap. De Marco, minkejja li huwa inqas popolari fl-istrutturi tal-partit huwa rrispettat fost eluf ta' tesserati Nazzjonalisti. Minkejja dan u filwaqt li kkonferma li bosta nies avviċinawh u ħajjruh mal-ILLUM dan ċaħad kategorikament li se jitfa' nomina u sostna hekk; "M'iniex qed nikkunsidra li nikkontesta għat- tmexxija." L-ILLUM staqsiet lil De Marco jekk hux se jkun qed jikkontesta għal xi kariga oħra fit-tmexxija tal-PN bir- risposta tkun; 'mhux fil-mument'. Tlieta s'issa.... Intant hekk kif għada jiftħu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta' Kap tal-PN s'issa jidher li huma tlieta dawk illi se jikkontestaw din l-elezzjoni. L-ewwel li għamilha pubblika kien l-Avukat Adrian Delia, li ma' gazzetti differenti esprima l-interess illi jokkupa l-kariga u li għada stess, eżatt wara li jippreżenta n-nomina se jkun qed jibda l-kampanja tiegħu b'mod uffiċjali. Delia ilu fil-fatt li beda jagħmel diversi żjarat f 'diversi bliet u rħula u f 'każini tal-PN, minn Ħaż- Żebbuġ sal-Imsida u anke l-Isla. Minkejja kritika minn ċerti bnadi u speċjalment mill-blogger Daphne Caruana Galizia, Delia jidher li qed jaqbad art sew barra mill-istrutturi tal-partit u ma' bosta attivisti. Ftit wara beda l-kampanja tiegħu Chris Said li huwa iktar popolari fost il-kunsillieri hekk kif kien Segretarju Ġenerali għal numru ta' snin. Said qed jittama li l-popolarità tiegħu fl-istrutturi tal-partit tinfirex aktar fost l-għeruq tal-partit, hekk kif jibda joqrob iż-żmien tal-vot. Intant huwa mistenni wkoll illi jitfa' l-kandidatura tiegħu għat- tiġrija Alex Perici Calascione, li kien teżorier tal-Partit Nazzjonalista u kien ukoll l-Avukat tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK). Kienet il-gazzetta oħt Maltatoday, li żvelat illi Perici Calascione kien qed jikkunsidra li jitfa' n-nomina għall- ogħla kariga fil-PN. Adrian Delia fl-Imsida, jindirizza lill-partitarji u tesserati Mario Demarco jeskludi.... Eks Teżorier u Avukat tal-FKNK għat-tmexxija tal-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017