Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589
Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Minn Brussell 15 Ritratti: Ray Attard li anke huma kienu ffukati u jinteressahom ukoll il-Panama fejn kienu jitilgħu bi ħġarhom kull meta kien jitfaċċa Konrad Mizzi. U dan kif itemm l-intervent tiegħu b'ġirja sħiħa għal lif kien jaqta' l-għatx bil- perżuta lil kull ġurnalist Malti billi ma kien iwieġeb xejn mill- mistoqsijiet tagħhom. Insomma jibqa' l-fatt li għalkemm kont iddeċidejt li naqta' ftit mill-politika lokali Maltija, din ittellgħet fi Brussell ukoll u kelli nibqa' nisma dak kollu negattiv li riedet twassal l-oppożizzjoni. Mhux għax ma kellhiex dritt twassal l-ilmenti tagħha, iżda fl-opinjoni tiegħi hemmhekk ma kienx il-post propizju meta Malta kienet fil-mira tal-Ewropa u mill-Presidenza setgħet takkwista biss punti għoljin mill-Ewropej kollha. Il-ġurnalisti Maltin li telgħu għal xi scoop tal-Panama jirritornaw lura b'idejhom vojta u jien bqajt waħdi hemm indur fil-kuriduri tal-Parlament nistaqsi dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza fejn iltqajt ħafna wkoll mal-kollega Norma Saliba li għalkemm kienet ġejja u sejra minn Malta għal Brussell kienet preżenti ħafna f 'din il-Presidenza. Bil-ħaqq l-unika darba li ltqajt mal-Kap tal- oppożizzjoni Simon Busuttil kien kumbinazzjoni meta kien hemm Konrad Mizzi wkoll. Għalkemm qalli li kien hemmhekk biex jipprepara għall-kungress tal-PPE li kellu jsir Malta ftit ġimgħat wara u mhux biex jillobbja xi tip ta' attakk fuq Konrad Mizzi. U dan 'emmintu' għax fil-fatt waqt il-preżentazzjoni ta' Mizzi kienu biss il-Maltin u xi tnejn oħra li semmewlu l-Panama, allura jew il- lobbying ma rnexxiex inkella vera ma llobbjax! Il-Ħaddiema Maltin fi Brussell: 'The Unsung Heroes' Imma l-Presidenza ma kinitx il-Panama, il-Presidenza Maltija kienet ix-xogħol siewi li dawk il-mijiet ta' ħaddiema Maltin mill-akbar wieħed sal-inqas wieħed li ma waqfux jaħdmu biex din il-Presidenza tkun suċċess. U hawn fejn ħassejtni kburi li wassalt leħinhom kemm flaħt għax dawn huma l-'Unsung Heroes'. Mill-amabaxxatriċi Marlene Bonnici u d-deputat Neil Kerr, sal-ambaxxatur Ray Azzopardi, l-attaches kollha, is-senior policy officers, il- policy officers u l-assistenti kollha, flimkien mal-media team immexxija minn Pablo Micallef u Wendy Borg u l-fotografu bravu Ray Attard, b'Cyrus Enegerer jiġri mal- ministri konċernati, dawn ma waqfu qatt. Jien kont hemm magħhom diversi drabi, iltqajt magħhom, wassalt xogħolhom kemm stajt, għax kollha kemm huma taw sigħat twal, sigħat li wassluhom sas-sigħat bikrin ta' filgħodu, weekends jaħdmu f 'darhom, bla leave, bla waqfien, biex jippruvaw joħolqu qbil mas-27 stat Ewropew biex il-prijoritajiet u l-files jaslu sal-coriper meetings u fil-Kunsill Ewropew tal-ministri. Biex fl-aħħar mill-aħħar ikunu l-Minsitri li jieħdu l-prosit ta' dak ix-xogħol enormi li jkun sar minn dawn il-ħaddiema. Ara miniex ngħid li l-ministri ma jaħdmux ta, imma ejja nsemmi fi żmien l-elezzjoni, meta dawn kienu assenti minn Brussell minħabba l-kampanji personali tagħhom, il-files baqgħu jingħalqu! Għalkemm hawn min jgħid li x-xogħol kien sar diġà. Jibqa' l-fatt li xorta l-akbar mertu għandu jmur lejn dawn il-ħaddiema li ma jafhom ħadd, ħlief forsi ftit jien għax kont hawn preżenti. Ħaddiema li ħadu l-grazzi tagħhom meta l-Prim Ministru żarhom eżatt mat-tmiem tal- Presidenza, u f 'kelmtejn qosra rringrazzjahom u selmilhom (mingħajr ma ħa xi pastizz jew tazza ilma magħhom għax kien mgħaġġel). Però wegħedhom li xogħolhom u l-esperjenza li ġabru tul dawn is-sitt xhur mhux se jintesa u l-gvern Malti se juża din l-esperjenza li akkwsitaw għall-ġid ta' pajjiżna. Sadattant hemm minnhom li diġà ġew offruti xi pożizzjoni u oħrajn li telqu jew qed ilestu biex jirritornaw minn fejn ġew bla kliem u bla sliem. Forsi għadu kmieni biex wieħed jara x'se jsir minn din l-esperjenza tagħhom fejn ikun żball jekk din l-esperjenza li tant il-gvern Malti investa fiha l-eluf kbar ta' ewro tinħela hekk u tintemm ħesrem. L-elezzjoni Waqt li l-momentum kien tiela' sew, faqqgħet l-elezzjoni ġenerali f 'Malta. Ikolli nammetti li nħsadt. Staqsejt lili nnifsi, "kif waqt li ersaqna lejn tmiem din il-Presidenza jieqaf kollox ħesrem?" Għaddieli minn moħħi wkoll (anke jekk ftit kelli dubji fejn sejra r-rebħa elettorali) li jekk tintrebaħ mill-Partit Nazzjonalista, kien se jkun hemm xi ħaġa bla preċedent fil-Presidenza Maltija. Tkun infetħet mill- Partit Laburista u tingħalaq mill-Partit Nazzjonalista. Naqra stramba imma setgħet seħħet realment, id-differenza kienet biss ta' '40,000' vot! Il-ministri u segretarji Parlamentari fi Brussell sparixxew, issa kien moħħhom biss fil-voti u s-siġġu parlamentari Malti. Ix-xogħol waqa' kollu kemm hu fuq il-ħaddiema ta' Dar Malta u anke dawk taċ-ċivil (l-esperti) ta' Malta. Inħass nuqqas fi Brussell. Il-mod ta' kif kienu jħarsu lejna l-Ewropej bħala l-organu għoli fil-Kunsill Ewropew, donnu beda jnin. It-tmiem tal-Presidenza deher aktar viċin u flok intemm 'with a bang' ħassejt li kien hemm ħarqa sabiħa ta' murtali bil-kulur li kien nieqes mill- bomba tal-għeluq. Il-ftuħ kien qawwi iżda l-għeluq kien kemmxejn ta' 'anti-climax' u dan seta wieħed jarah anke fid-diskors tal-għeluq tal-Prim Ministru Malti u anke fil-kunċert tal-għeluq li żgur ma kellux x'jaqsam ma' dak tal-ftuħ fejn l-entużjażmu kien wisq akbar. Wassalt il-leħen ta' Brussell lill-Maltin Min-naħa tiegħi għamilt minn kollox biex inwassal leħen il-Maltin ta' Brussell u anke tal-Presidenza Maltija fi Brussell lill-qarrejja tagħna. Għexieren ta' intervisti ma' nies u personalitajiet fi Brussell wasslu biex ippruvajt nagħti indikazzjoni ta' dak li kien qed isir hawnhekk. Intervistajt ukoll Maltin li ilhom snin jaħdmu fi Brussell bħal David Stellini, Franklin Mamo, Peter Agius, Lorenzo Vella (l-unika vittma Malti f 'attakk terroristiku), Marlene Bonnici, Neil Kerr, Ray Azzopardi, Karmenu Vella, lil xi Membri Parlamentari Ewropej bħal Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia, lil diversi Ministri bħal Ian Borg u Helena Dalli, dak li fetaħ il- Presidenza u dik li għalqitha, lill-Prim Ministru, lill-Kap tal- Oppożizzjoni u ħafna oħrajn. Għalkemm waħda mill-aktar intervisti ta' livell għoli li tibqa' fil-memorja tiegħi kienet dik mas-Segretarju Ġenerali tan- NATO. Wassaltilkom servizzi ta' dak li kien qed jiġri fi Brussell, mill-karnival ta' Binche sal- gay pride parade li kienet esperjenza kbira għaliha li ħadt sehem fiha. Kont preżenti wkoll f 'Malta mat-tim tal-Epsco waqt l-informal meeting tagħhom u stajt nara x-xogħol kbir tagħhom fejn anke wassaltu b'mod mill-aktar ġenwin li stajt. Anke l-konferenza ġenerali tas-CPMR li saret f 'Għawdex kont preżenti għaliha. Attendejt ukoll għall- plenarja fi Strasburgu meta l-Prim Ministru kien 'iggrilljat' wara r-rebħa kbira elettorali bl-ispettru tal-Panama li nerġa' ntenni ftit li xejn jidher li tagħmel daqshekk impatt fl-Ewropa. Insomma kienet esperjenza mill-isbaħ u bħal kull ħaġa oħra kull bidu fih it-tmiem u hekk ukoll intemmet din l-esperejnza tiegħi fi Brussell kif ukoll l-esperjenza Maltija fil-Presidenza. F'din l-esperjenza iltqajt ma' ħafna personalitajiet politiċi u mhumiex. Iltqajt ma' sitwazzjonijiet li qatt ma kont esperjenzajthom f 'sittin sena ta' ħajja. Iltqajt ma' realtajiet li fi gżira bħal Malta ma tista' teseprjenzahom qatt. Għext il-kesħa, f 'temp griż u tedjanti u anke rnexxieli ndur kemm nista' l-Belġju l-Ewropa ċentrali bit-tren, xi ħaġa li minn Malta ma tista' tagħmilha qatt. Skoprejt ukoll li l-Belġju mhux Brussell biss u għandu ħafna x'joffri, għalkemm nibqa' nippreferi l-ikel Malti aktar minn dak Belġjan u anke x-xemx. Insomma issa nħarsu għal avventura oħra wara li ddeċidejt li nagħlaq il-Presidenza b'mawra fil- Ġappun, inżur il-ibni u l-wild ġdid tiegħu. au revoir Il-grupp EPSCO jieħu ritratt tal- okkażżjoni – l-Unsung heroes Ian Borg fetaħha hu flimkien ma' Louis Grech iżda għalqitha Helena Dalli