Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Opinjoni 19 J ekk hemm frażi li qiegħda fuq fomm kulħadd bħalissa hija: kemm għandu talent il-Partit Laburista. In-nies għandha għajnejn biex tara u moħħ biex tagħrbel u qed tqabbel dak li qed jiġri f 'partit wieħed u dak li qed jiġri f 'partit ieħor. F'partit wieħed għandna tellieqa bejn tliet Ministri tajbin immens biex minnhom jingħtażel wieħed biex ikun deputat Mexxej u allura, ukoll, deputat Prim Ministru. Fil-ħin li qed nikteb dan l-artiklu, ma nafx min rebaħ it-tieni rawnd bejn Chris Fearne u Edward Scicluna. Li naf però hu li sew jekk jilħaq Chris u sew jekk jilħaq Edward, fil-kariga ta' Deputat Prim Ministru se jkun hemm persuna denja li tokkupa din il-kariga u li se tagħmel ġieħ lill-partit u, iktar importanti, lill-pajjiż. Naturalment kulħadd ikollu l-preferenzi tiegħu iżda żgur li ħadd ma jista' jgħid li fit-tellieqa għal deputat Mexxej ma kienx hemm persuni validi, kapaċi u ta' impenn. Nirringrazzja minn qalbi lit-tliet parteċipanti talli taw għażla daqshekk rikka u wiesa' lid-delegati. F'partit ieħor għandna tellieqa li qed tinħema għall- karigi kollha fil-Partit li kultant waqgħet fir-redikolu. Jien għandi kull rispett lejn il- familja Thake, b'mod speċjali lejn l-Avukat Stephen Thake li hu awtorità fejn tidħol il- liġi Ċivili, b'mod partikolari dik matrimonjali. Iżda li jiġi David Thake jiddikjara li jekk għat-tellieqa tal- leadership tal-PN jibqgħu biss Adrian Delia u Chris Said hu jikkontesta, naħseb verament il-Partit Nazzjonalista qed imiss il-qiegħ. Hawnhekk irrid nagħmel parentesi. David Thake għamel erba' snin ixandar fuq ir-radju kritika mill-iktar qawwija kontra l-Gvern Laburista kif għandu kull dritt. Il-kritika hi importanti u allaħares ma ssirx, speċjalment fejn tkun ġustifikata. Iżda dan kellu ħabta jżeblagħ u jwaqqa' għar- redikolu lil min ma jaqbilx miegħu. Agħar minn hekk, ma kien jiddejjaq xejn jaqbad u jċempel on air lill-qraba ta' politiċi u jsaqsihom domandi dwar issues relatati mal- politiċi. Qisni jien naqbad u nċempel on air fuq il-mobile lil Kristina Chetcuti biex insaqsiha dwar xi ħaġa li jkun qal Simon Busuttil. Ma naħsibx li etikament huwa sewwa li jsir hekk. Il-poplu għadda ġudizzju fuq dan it-tip ta' komportament u David Thake nnifsu litteralment ma nġabarx fl- elezzjoni. Kif issa dan Thake, wara li lanqas biss inġabar fl-elezzjoni u wara li l-poplu qal le għal dan it-tip ta' aġir, qed jaspira li jilħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista ma nistax nifhem. Verament qed imiss il-qiegħ. Il-punt jibqa' li n-nies qed tara t-talent minn naħa l-waħda u l-pateticità min-naħa l-oħra. Bidla kbira Il-Partit Laburista għadda minn bidla qawwija taħt Joseph Muscat. Biżżejjed tara l-Grupp Parlamentari tal-lum u tqabblu ma' dak tal-2008, fl-istess sena meta Joseph laħaq Mexxej tal-Partit. Bidla tremenda. Jien m'iniex fost il-membri parlamentari li l-iktar li ilhom fil-Parlament iżda lanqas jien wieħed minn dawk appena eletti. Qisni qiegħed fin-nofs. Mal-grupp li la għadhom kemm telgħu u lanqas li laħqu Gvernijiet Laburisti oħra. Meta kont kandidat jiena, kienet liability enormi li tkun żagħżugħ. Li tkun żagħżugħ kienet tiġi meqjusa bħala żvantaġg u l-età medja tal- Grupp Parlamentari kienet għolja mmens. Meta ġejt elett għall-ewwel darba fl-età ta' 27 sena ħassejt li ġejt elett minkejja l-età tiegħi. Illum, bis-saħħa ta' Joseph Muscat, dan kollu nbidel. Li tkun żagħżugħ m'għadux meqjus żvantaġg. Bilkemm ma ngħidlekx li hu vantaġġ. Ħares ħarsa fil-Grupp Parlamentari u tilmaħ ħemel żgħażagħ u tieħu pjaċir. Tgħid: il-Partit Laburista qatt ma kien b'saħħtu daqs kemm hu llum. Kemm fejn jidħol il-preżent u kemm fejn jidħol il-futur. Bidla oħra Fadal però bidla oħra kruċjali li Joseph Muscat bdiha b'konvinzjoni u saħħa kbira. Dik li jkun hemm iktar nisa fil-Parlament biex in-nisa jkunu rappreżentati aħjar. Jien ngħodd ruħi bħala femminista konvint u l-fatt li jiena raġel ma jnaqqas xejn fil-konvinċiment tiegħi. Daqskemm kien ħażin li fil- grupp parlamentari ma kienx ikun hemm żgħażagħ hekk ukoll hu ħażin li fil-Grupp Parlamentari m'hemmx iktar nisa. Din trid tinbidel akkost ta' kollox. Fiċ-ċokon tiegħi provajt immexxi 'l quddiem dan it-twemmin femminista. Pereżempju, fejn jidħlu l-membri tal-Ġudikatura splodejt in-numru ta' nisa tant li ġejna l-ewwel fl-Ewropa fl-ammont ta' żieda ta' nisa. Irrid li niġu f 'punt (m'aħniex 'il bogħod) fejn in-numru ta' nisa u rġiel ikun bejn wieħed u ieħor l-istess. Għax ikun riflessjoni korretta tal-poplu. Anke ċentru għażliet li għamilt – ibda miċ-Chief of Staff tiegħi u kompli bis-CEO tat-Teatru Manoel huma nisa. Għamilt hekk b'konvinzjoni u nemmen li rrid nagħmel iktar ibda minni l-ewwel wieħed. Għalhekk ninsab eċċitat ħafna bil-pjan LEAD li ħabbret l-Ewroparlamentari brava Miriam Dalli. Lead Il-miri tal-programm LEAD huma tajbin u ambizzjużi. Bla tlaqliq l-għan hu li f 'temp ta' għaxar snin jisplodi l-ammont ta' nisa li jikkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali. Jidher li l-ammont fjakk ta' nisa fil-Parlament mhuwiex ġej mill-fatt li n-nies ma jivvotawx lin-nisa iżda ġej mill-fatt li ftit huma n-nisa li jikkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali u allura, per konsegwenza, huma inqas l-ammont ta' nisa li jiġu eletti. Għalhekk jekk jiżdied l-ammont ta' nisa kandidati jien nemmen li l-ammont ta' nisa fil-Parlament jisplodi f 'livelli bla preċedent. Għoġobni ħafna l-aċċenn fuq mentoring, għajnuniet u taħriġ lil kandidati nisa prospettivi. Is-sejħa hi għal kull min għandu 16-il sena 'l fuq għaliex ħames snin oħra, min illum għandu 16-il sena, ikollu 21 sena. Hu unur li tkun parti minn dan il-grupp taħt it-tmexxija ta' MEP eċċezzjonali bħal Miriam Dalli. Inħeġġeġ lin-nisa, speċjalment dawk ta' età żgħira, biex jidħlu u jieħdu sehem ħalli jagħmlu d-differenza. Appell żgħir lill-irġiel. Jekk irridu dan il-programm ifalli, allura ejja nagħmlu l-programm wieħed min-nisa għan-nisa. Dak hu r-riċetta ta' falliment. Dan il-programm irid ikun favur iktar nisa fil-politika mingħand kemm l-irġiel u kemm in-nisa. Biex dan il-programm ikun suċċess kruċjali li ż-żewġ sessi jkunu jemmnu fih u jimbuttawh 'il quddiem. Dan hu li l-pajjiż għandu bżonn u bħalma kont fuq quddiem biex lil pajjiżna tajnieh li għandu bżonn, hekk irrid – ngħid għalija i– nkun din id-darba. Anke għall-avvanz tan-nisa dan se jkun l-aqwa żmien. OWEN BONNICI Irrid li niġu f 'punt (m'aħniex 'il bogħod) fejn in-numru ta' nisa u rġiel fil-politika jkun bejn wieħed u ieħor l-istess. Għax ikun riflessjoni korretta tal-poplu Kif issa dan Thake, wara li lanqas biss inġabar fl-elezzjoni u wara li l-poplu qal le għal dan it-tip ta' aġir, qed jaspira li jilħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista ma nistax nifhem Talent

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017