Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Opinjoni 20 P ier Paolo Pasolini kien poeta, reġista, militant Komunista mkeċċi mill-partit, omosesswali fi żmien fejn ma kienx moda li wieћed ikun hekk bil-miftuћ, bniedem kontroversali u ћassieb xellugi ewlieni. Madankollu, kien xettiku ћafna minn ċerti drittijiet li kien qed jiġu rikonoxxuti fi żmienu; fis- soċjetà konsumista li kienet qed titwieled fl-Italja fis-snin sittin u sebgћin. Pasolini kien jaћseb li dak li kien ser jiġri kien li mhux vera ser ikun rikonuxxut dritt; xi ћaġa li titlob ir-rikonoxximent tad- dinjità tal-persuna li tagћha hu d-dritt. Hu kien jara li dawn id-drittijiet ser jisfaw maћkuma mill-Ħedoniżmu egoista, mit- tendenza li wieћed iqis biss il-kumdità u/jew il-pjaċir tiegћu nnifsu bћala l-kejl tal-valur ta' kollox. Dan it-tip ta' ћsieb kien bil-mod il-mod qed isir dominanti fl-Italja ta' dak iż- żmien, alenija mal-kapitaliżmu konsumista. Pasolini kien imћasseb ukoll, li 'l hinn mit-tћammim u l-filosofizzar (li kien isir, u kien isir b'mod profond), id-dritt inkwestjoni ser jispiċċa trattat b'mod ћafif u ibbanalizzat. Ir- realtajiet marbutin ma' affarijiet bћall-problemi familjari, oћrajn tan-nisa u oћrajn psikoloġiċi, ser jispiċċaw banalizzati, b'dan jew dak id-dritt jiġi ppreżentat bћala aspirina li ssolvi kollox. Dan kien ser iwassal gћal soċjetà li fiha d-dinjità tal- persuna u l-hena ta' vera mhux ser jissedqu imma aktarx imorru lura. Fuq bosta minn dan iż- żmien tah raġun bil-kbir. Ovvjament dan m'gћandux jiġi meћud bћala raġuni biex ma jinbidel xejn. Sempliċement imma, jkun tbeżbiża kontra l-banalizzazzjoni. Proposti Ftit ilu smajna bil-każ ta' mara ta' 34 sena li ġiet ikkundannata tmien xhur ћabs fuq tlajjar. Persuna li min jaf x'kienu ċ-ċirkustanzi wassluha biex tispiċċa f 'din il-qagћda, minflok sabet gћajnuna, qalet daqqa oћra mill-istat. Każ ieћor mal-ћafna fejn il-liġi niżlet b'aktar saћћa fuq il-vittma. Hu ovvju li affarijiet bћal dawn gћandhom jieqfu. Hu ovvju li persuna bћal din m'gћandha qatt tispiċċa taqla' daqqa oћra sempliċement minћabba li dak li kienet gћamlet kien illegali. Hu ovvju li t-tlajjar m'gћandux jibqa' kriminalizzat (ovvjament, hemm ћinijiet u postijiet). Madankollu, inkun ftit imћasseb meta nara l-mod 'ћafif ' u banali li bih kwestjonijiet bћal dawn qed jispiċċaw itrattati minn uћud li suppost jafu aktar (jew minn min, jaf jew ma jafx, gћandu xi forma ta' setgћa jiddeċiedu). Ibda biex min irid ikun hemm gћarfien li mhux kull min jagћmel dan ix-xogћol jagћmlu bl-istess mod, taћt l-istess kundizzjoniet u imbuttat mill- istess raġunijiet u ċirkustanzi. Triq tkun mixtarra sew it-triq 'il quddiem. Kien hemm min isuġġerixxa proposta ispirtà mill-pajjiżi Nordiċi fejn jibqa` element ta' illegalita marbut mal-attività, imma l-piż tal- kundanna jaqa' fuq min juża s-servizzi (kategorija li wkoll ma tistax tiġi simplifikata taћt tifsira waћda, ngћidu aћna 'xi ћadd li sempliċement irid skapatella') aktar milli fuq min jipprovdihom. Hi proposta li wieћed gћandu jaћseb fuqha. Kien hemm min issuġerixxa li t-tlajjar jibqa' illegali u jiżdiedu l-pieni. Kien hemm min bil-kontra issuġerixxa legalizazzjoni totali Kien hemm min issuġġerixxa affarijiet oћra. Importanti li kull proposta tiqies b'mod xieraq u li, ukoll, barra minn liema proposta tiġi mћaddna, naћsbu ftit fuq xi nhuma l-kaġunijiet li jwasslu persuna gћal dan ix-xogћol u fil-każ ta' dawk li jiġu sfurzati miċ-ċirkustanzi, x'gћandu jsir biex dawn iċ-ċirkustanzi jinbidlu. Din hi fundmanetali. Importanti issir diskussjoni mituћa, serena u mingћajr banalizzazzjonijiet. Nibża' imma, li dan mhux ser/qed iseћћ. Banalizzazzjoni …tan-nisa min-nisa L-Italja, il-briedel kienu gћal żmien twil jeżistu b'mod legali. Kienu aċettati mill-gvernijiet u tollerrati, anke minn bosta Kattoliċi u ekkleżjastiċi. Kienet id-deputata Soċjalista Lina Merlin li fl-1958 imbuttat il-liġi li gћalqet dawn il-briedel, u introduċiet fil-kodiċi legali Taljan ir-reati ta' sfruttament ta' u tћajjir gћall-prostituzzjoni. Il-prostituzzjoni volontarja baqgћet legali (kif inhi Malta wara kollox; hu t-tlajjar li hu reat). Hi mxiet fuq dak li kienet gћamlet fi Franza gћaxar snin qabel id-deputata u eks prostituta Marthe Richard. Merlin kienet kuntrasta kemm minn uћud fuq il- lemin (il-partit Neo-Faxxista u dak Monarkiku vvutaw kontra) bћall-ġurnalist Indro Montanelli u kemm minn liberali bћal Benedetto Croce. Ir-raġunar ta' bosta soċjalisti li appoġġaw lil Merlin kien li ġa hu ћażin li f 'sistema kapitalista wieћed ibigћ xogћlu biex jgћix. Il-briedel u l-prostituzzjoni li tkun sfurzata miċ-ċirkustanzi huma l-qofol ta' dan il-ћażin, u jisfruttaw faxex ta' persuni l-aktar vulnerabbli, il-biċċa l-kbira tagћhom nisa. Illum, anke fost bosta nisa u fuq ix- xellug, hemm min iћammem jekk il-liġi gћandhiex tiġi aġġornata jew jekk xi affarijiet li din aboliet gћandhomx jerġgћu jiġu meqjusa mill-ġdid. Kien gћalhekk tal-iskantament li, kif innotta ћabib tiegћi, tliet nisa żgћażagћ involuti fil-politka f 'partiti differenti (waћda minnhom illum spiċċat fil-parlament), bdew jitkellmu fuq il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni u l-briedel bћallikieku qed jitkellmu fuq gћandniex nidћlu fil- Eurovision jew le. Bћallikieku billi titkellem fuq is-sanità, ir-regolamentazzjoni u l-fatt li 'dawn' jibdew jiġu intaxxati, tista' taћbi t-traġedji li spiss ikun hemm. Bћallikieku n-nisa kollha kollhom privileġġjati bћalhom li l-bżonn li jaћsbu li jagћmlu ċertu affarijiet mhu ser ikollhom qatt. Bћallikieku tista' tirriduċi kwestjoni bћal din gћal taqtigћa bejn dawk ta' moћћhom miftuh u dawk le. U wisq nibża' li meta tqum il-kwestjoni tas-surrogacy, fejn mara tista' tispiċċa tikri ġufa (ћaġa li barra minn xtutnta ukoll bosta femministi barra qed jopponu), ser ikollna banalizzazzjoni simili. "Kien galhekk tal-iskantament li tliet nisa żgażag involuti fil-politka f 'partiti differenti, bdew jitkellmu fuq il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni u l-briedel ballikieku qed jitkellmu fuq gandniex nidlu fil-Eurovision jew le" MICHAEL GRECH Prostituzzjoni, femminiżmu u banalizzazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017