Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Sports 28 Jinħatar Kumitat Ġdid għall-Inter Club Pupi Zanetti Malta L-INTER Club Pupi Zanetti Malta ilu mwaqqaf minn nhar it-22 ta' Mejju 2014; ġurnata li fiha l-Interisti minn madwar id-dinja jfakkru r-rebħa storika tat-tripletta, fl-2010. Minn din il-ġurnata 'l quddiem il- kumitat ħadem u stinka sabiex joffri servizz lill-membri fi ħdan il-klabb, kif ukoll joffri opportunitajiet uniċi. Ġew organizzati attivitajiet diversi, saħansitra attenda għal bosta drabi l-eks Captain u Viċi- President tal-Inter, Javier Zanetti. Tliet snin wara, skont l-istatut tal-klabb, kien imiss li jinħatar kumitat ġdid u li dan ġie mħabbar uffiċjalment f 'laqgħa ta' kumitat li saret bejn il-membri nhar il-Ġimgha 7 ta' Lulju. Il- membri tal-kumitat u l-kariga rispettiva tagħhom ġiet deċiża hekk kif imsemmi: • Paul Fenech – President tal- Klabb • Kevin Coleiro – Viċi President • Claudine Muscat – Segretarja Ġenerali • Jan Andre Sciberras – Segretarju Internazzjonali • Steven Chetcuti – Assistent Segretarju • Sergio Mallia – Teżorier • Diandra Ellul Fenech – Assistenta Teżorier • Lorry Calleja – Direttur tal- Klabb • Ryan Spiteri – Assistent Direttur • Joel Cassar – Public Relations Officer • Christian Buttiġieġ – Attivitajiet Soċjali Il-klabb iħeġġeġ lill-Interisti Maltin sabiex iżommu kuntatt dirett mall-membri tal- kumitat u jissieħbu fih. Għal iżjed informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit uffiċjali www. icpupizanettimalta.com jew il-paġna ta' facebook: www.facebook.com/ icpupizanettimalta. Il-Kumitat il-ġdid tal-Inter Cub Pupi Zanetti Malta Lewis Hamilton jikseb it-tielet pole konsekuttiva fl-Ingilterra u jilħaq lil Jeff Clark IS-SEWWIEQ ta' Mercedes Lewis Hamilton u bla dubju wieħed mill-aqwa sewwieqa ta' kull żmien Lewis Hamilton iddomina l-pole tal-Inglterra fiċ-ċirkwit ta' Silverstone u rebaħ il-pole fuq dan iċ- ċirkwit. B'hekk huwa laħaq lis-sewwieq leġġendarju tal-F1, Jeff Clark f 'dak li għandu x'jaqsam ma' rebħ ta' pole positions. Dan hekk kif għadda bi ftit iktar minn nofs sekonda lill-Finlandiż Kimi Raikkonen li se jkun qed jibda fit-tieni post. Din il-pole fissret li Hamilton kiseb is-67 pole fil-karriera tiegħu- waħda biss inqas minn Michael Schumacher li rebaħ 68 pole tul il-karriera brillanti tiegħu fl-F1. Dan is-sewwieq Brittaniku kiseb l-aħjar ħin fuq dan iċ-ċirkwit sa mill-2011. M'hemmx dubju li Hamilton se jkun qed jisfida lis-sewwiwq ta' Ferrrari, Sebadtuan Vettel, għar-reabħ tal-Kampjonat, liema sewwieq bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-F1 b'171 punt b'Lewis Hamilton għandu total ta'151 punt jiġifieri 20 punt warajh. Lewis Hamilton jiċċelebra wara li rebaħ il-pole ta' Silverstone fl-Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017