Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Sports 29 Sandro Micallef elett President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports SANDRO Micallef huwa r-raba' President tal- Għaqda Ġurnalisti Sports. Minkejja li hu kien l-unika kandidat għal din il-kariga ttieħed vot sigriet ta' fiduċja bejn il-membri preżenti fejn Micallef ġab 30 vot favur, vot kontra u astensjoni waħda. Micallef li ilu jaħdem fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv sa mill-1996 laħaq flok Charles Camenzuli li kien ilu President għal dawn l-aħħar erbatax –il sena u li xagħrejn ilu ġie elett bħala President tal-AIPS Europe u Vici President tal-AIPS. Qabel Camenzuli, l-Għaqda Ġurnalisti Sports li qabel kienet magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport mis-sena tat-twaqqif fl-1970 kellha wkoll lil Fr.Hilary sal-1987 u warajħ sal-2003 lil Henry Calleja. L-istess Laqgħa Generali Annwali approvat ir- rapporti Amministrattivi u Finanzjarji imħejjija minn Sandro Micallef u Antoine Dalli , Segretarju u Teżorier rispettivament. Apparti Sandro Micallef li minn Segretarju Ġenerali laħaq President hemm tibdil sostanzjali fit-tmexxija fejn bħala Segretarju Ġenerali issa ġie elett Mark Mizzi filwaqt li Teżorier flok Antoine Dalli ġie elett Mark Muscat. Mario Bonnici li kien Viċi President, Antoine Dalli li kien Teżorier kif wkoll il-membri Henry Brincat u Nigel Mifsud ma kkontestawx għat-terminu 2017-2021. Ġew eletti wkoll sitt membri fil-Kumitat Eżekuttiv: Stephen Azzopardi, Clinton Buhagiar, Joanna Camilleri, Lorraine Cunningham, Antvin Monsigneur u Stewart Said filwaqt li Cristian Muscat se jintalab sabiex ikun co-opted fil-Kumitat Eżekuttivwara l-ewwel laqgħa. Charles Camenzuli fl- aħħar indirizz tiegħu bħala President filwaqt li ta rendikont dwar kif żviluppat l-Għaqda Ġurnalisti Sports matul dawn l-aħħar 47 sena irrefera għal dan l-iżvilupp bħala wieħed kostanti għal mod kif żviluppat il-media tal-isport f 'pajjiżna. Huwa għamel wkoll riferenza dwar l-imġieba ta' ċerti ġurnalisti membri fl-użu tal-media soċjali fejn jekk ma jkunx użat tajjeb dan il-fattur jista' jkun element ta' kritika kontra l-istess media tal- isport. Camenzuli ma naqsx milli jgħamel appell għal aktar responsabilta' mill- ġurnalisti fl-Għazliet Sportivi Nazzjonali. Huwa ndirizza wkoll lil membri fil-kapacita' tiegħu bħala President tal-AIPS Europe fejn ta dehra ġenerali dwar x'tiġbor fiha din il-kariga li tirrappreżenta 49 pajjiż Ewropew u 6000 ġunalist membru. Camenzuli wiegħed li ser ikompli jgħati kull appoġġ possibbli lill- Għaqda Ġurnalisti Sports. Camenzuli fi tmiem il-laqgħa inħatar wkoll bħala President Onorarju għal għomru liema titlu ġie estiż wkoll għall-eks Presidenti l-oħra Fr.Hilary u Henry Calleja. Il-membru veteran u eks Viċi-President Simon Bonello iddaħħal fil-Hall of Fame tal-Għaqda għas-sena 2016. Għal din il-Laqgħa Ġenerali attendew wkoll bħala osservaturi uffiċjali ta' assocjazzjonijiet tal-isport li magħhom l-GħĠS għandha relazzjoni bilaterali kif wkoll uffiċjali minn Sport Malta u mill-Kumitat Olimpiku Malti. Il-president il-ġdid tal-GĦGS Sandro Micallef imkien ma' dak uxxenti Charles Camenzuli. Sena 2017 b'differenza għal Gianluca Dingli FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet Gianluca Dingli ħa sehem fit-Trofeo D'Estate fis-South Garda Karting f 'Lonato fl-Italja fil-Klassi Super/Senior Rok mal-KGT Racing Team. F'din il-klassi ħadu sehem 35 xufier. Gianluca rreġistra l-aħjar ħin ta' 1,0376 sekondi fil- pole position tal-klassi li sar is-Sibt f 'temp bix-xita. B'hekk huwa rebaħ il-pole position tal-klassi. Fit-tellieqa innifisha sfortunatament huwa kellu problemi tekniċi imma xorta rnexxielu jidħol fir-raba' post fejn irreġistra ħin ta' 48 sekonda. Din kienet it-tmien tiġrija internazzjonai għal Gianluca għal din is-sena. Fost it-tlielaq li pparteċipa fihom din-is-sena kien hemm dik ta' Ispica fejn ġie fl-ewwel post, Melilli u Viterbo fejn klassifika wkoll fl-ewwel post, Lonato fejn spiċċa fit- tmien post, Adria fejn temm fid-disa' post, għal darb'oħra Viterbo fejn reġa' temm fl- ewwel post, Melilli fejn spiċċa wkoll fl-ewwel post u din tal- aħħar ta' Lonato fejn temm fir-raba' post. Dawn kollha kienu tlielaq ta' prestigju kbir fejn il-livell tax-xufiera kien għoli ħafna. Din is-sena il-KGT Racing Team qed jibbaża hafna fuq l-esperjenza ta' Gianluca. Huwa qed jiġi mgħejjun minn Riccardo Cinti li huwa ċ-champion renjanti tad-dinja li wkoll jifforma parti mit-tim flimkien mat-team manager Stefano Tredicine. Fil-futur qrib Gianluca se jieħu sehem fi tlielaq oħra internazzjonali fosthom ir-Rok Cup fl- Italja ġewwa Adria u r-Rok Cup International World Finals ġewwa Lonato fl- Italja flimkien ma' diversi training camps mat-tim. Huwa xtaq jirringrazzja lill-Onorevoli Chris Agius u lill-Onorevoli Clifton Grima għall-għajnuna finanzjarja li huwa qed jirċievi biex ikun possibbli li jagħmel dawn it-tlielaq. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-Badger Raceway tal-faċilità tat-taħriġ, lill- KGT/EVG u lill-Burmarrad Commercials. Gianluca Dingli -azzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017