Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589
illum Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Sports 30 Mibjugħa l-biljetti kollha għall-partita kontra l-Ingilterra ILBILJETTI kollha fis-setturi allokati lill- partitarji Maltin għal- Logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 kontra l-Ingilterra fl-Istadium Nazzjonali ġew mibjugħa. L-aħħar ftit biljetti disonibbli għall-partitarji Maltin inkisbu fil-jiem li għaddew, għaxart ijiem biss wara li l-biljetti għal din il-logħba tant mistennija ta' nhar l-1 ta' Settembru bdew jinbiegħu. Fl-ewwel kummenti li għadda is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr Angelo Chetcuti qal li l-MFA tilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-biljetti kollha għall-partitarji Maltin għall- partita kontra l-Ingilterra nbiegħu kollha. Huwa kompla li l-pjanijiet għal din il-partita mill-MFA ilhom li bdew ix-xhur hekk kif partita ta' din l-iskala tippossjedi sfida loġistika għall-MFA iżda grazzi għall- isforzi u d-dedikazzjoni ta' dawk involuti, il- preparazzjonijiet jinsabu fl- aqwa tagħom. Dan japplika wkoll għall-iproċessar tal-biljetti li qed jipprogressa b'mod tajjeb ħafna. Dr Chetcuti afferma li waqt li l-MFA tirringrazzja lill-partitarji kollha li xtraw il-biljetti tagħhom għal din il-partita, l-MFA qed tappella lill-partitarji lokali kollha biex jissapportjaw lit-team nazzjonali għal din l-okkażjoni speċjali. L-MFA qed toffri wkoll biljetti kumplimentari għal tfal li huma membri ta' nurseries bħala parti minn inizjattivi marbuta mal-Football Social Responsibility. Dr Chetcuti qal ukoll li iktar minn 1,900 tifel u tifla min-nurseries tal- football lokali se jkunu qed jirċievu biljetti b'xejn għal din il-partita u dan jammonta għal iktar minn 11% tal-kapaċità kollha tal-istadium. Il-fatt li numru sabiħ tat-tfal li qed jaspiraw li jkunu footballers se jkunu qed jidħlu fl-istadium mingħajr ħlas għall-partita ta' dan it-tip huwa testment għall-commitment li għandha l-MFA għall- programm 'Football for Life'. L-MFA se tkun qed tagħti wkoll madwar 250 biljett kumplimentari għall-partita bejn Malta u l-Ingilterra għall-organizzazzjonijiet filantropiċi, waqt li numru ta' żoni aċċessibli se jknu disponibbli għall-persuni b'diżabilità. Biljetti fis-South Stand għal tfal ta' 12-il sena jew inqas se jkunu qed jiswew nofs il-prezz oriġinali. Huwa estimat li 5% tal-bijetti mibjugħa f 'dan is-settur ittieħdu mit-tfal. Skont l-aħħar żviluppi mill-FA Ingliża, iktar minn 3,700 biljett fin-North Stand ġew mibjugħin. In-North Stand li ġiet allokata għall-partitarji Ingliżi għadha 4,039 siġġu waqt li l-kapaċità kollha tal- Istadium Nazzjonali hija dik ta' 16,997. Partitarji Maltin isegwu waħda mil-logħbiet tat-tim nazzjonali mas-South End Core. IRREFERIS Maltin Shaun Calleja, Raymond Tabone u Emanuel Calleja, fil-ġimgħat li għaddew, ħadu sehem fl-34 Edizzjoni tal- Whitsuntide International Football Tournament li sar fil- Municipalità ta' Malgrat De Mar, Provinċja ta' Barċellona, fi Spanja. 130 tim ta' subien u bniet ġejjin minn għaxar pajjiżi Ewropej ipparteċipaw f 'ħames kategoriji: Under-11, Under-13, Under-15, Under-17 u Under-19. It-tliet uffiċjali ħallew impressjoni pożittiva ħafna, tant li ġew appuntati għal-logħbiet fl-ogħla livell: • Shaun Calleja, wieħed mir-referees promettenti lokali, minn fost 23 referee preżenti kien appuntat maż- żewġ assistenti referis Norveġiż u Spanjol, għall-Finali Under-19, u wara mfaħħar għall-kontroll eċċellenti tiegħu. • Iż-żewġ uffiċjali l-oħra Maltin Emanuel Calleja u Raymond Tabone marru tajjeb ukoll, u kienu nvoluti sas-semi-finali tal-kategoriji Under-15 u Under-17. It-terna arbitrali kienet akkumpanjata mill-osservatur tar-referis Tony Briguglio, li kien wieħed mill-uffiċjali tat-tornew. Referis Maltin jipparteċipaw b'suċċess fl -34 edizzjoni tal-Whitsuntide International Football Tournament Municipalità ta' Malgrat De Mar, Spanjol, Referis Maltin jipparteċipaw b'suċċess -34 edizzjoni tal-Whitsuntide International Football Tournament Maria Coppola tinħatar kowċ tat-tim ta' taħt is- 17-il sena ta' Sirens FC MARIA Coppola inħatret kowċ tat-tim ta' taħt is-17-il senata' Sirens FC. Hija se tkun ukoll il-kowċtat-tim tan-nisa tal-istess Sirens FC. Maria Coppola kienet ingaġġata fil-passat ma' klabbs kbar bħal Balzan, Birkirkara, Mosta u oħrajn bħal Zejtun. Dan filwaqt li matul -l-istaġun li għadda kellha suċċess kbir bħala kowċ mal-minors ta' Siggiewi. Maria Coppola imkien ma' żewġ amministraturi ta' Sirens FC.