Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Sports 31 Yachting Malta tilqa' l-otta tat-Trophée Bailli de Suren f 'Malta F'KONFERENZA stampa, li saret fl-Imġarr Marina f 'Għawdex, Yachting Malta, laqgħet uffiċjalment il-flotta tat-Trophée Bailli de Suffren. Magħrufa bħala waħda mill-aqwa tlielaq tal-jottijiet klassiċi fil- Mediterran, is-16-il edizzjoni waslet fi tmiemha meta għaxar jottijiet ħadu sehem fit-tellieqa ta' 580 mil nawtiku, li bdiet f 'San Tropez b'waqfiet f 'Porto Rotondo, u Trapani biex spiċċat fil-Gżejjer Maltin. Għall-ewwel darba fl-istorja ta' din it-tellieqa, l-aħħar tappa saret f 'Għawdex fejn l-ekwipaġġi ġew ospitati mill-iMġarr Marina flimkien mal-Ministeru għal Għawdex. Matul il-waqfa f 'Ghawdex, l-ekwipaġġi setgħu jduqu il-karattru uniku, l-istorja u l-gastronomija li toffri l-gżira Għawdxija. Il-Kap Eżekuttiv ta'Yachting Malta, Wilfrid Buttigieg wera s-soddifazzjon tiegħu li Yachting Malta kienet parti minn din l-avveniment. Hu spjega li wieħed mir-rwoli ta' Yachting Malta hu li jtejjeb l-isem u t-tradizzjoni ta'Malta bħala destinazzjoni tal- ibburdjar fil-Mediterran. "Yachting Malta tinsab kburija li hi parti minn dan l-avveniment prestiġjuż, aħna ninsabu kunfidenti li l-ospitalità Maltija flimkien mal-umoriżmu u l-eleganza tal-Franċiżi serjaċċertaw mhux biss ir-ritorn tal-ekwipaġġi imma wkoll ser ikunu ta' attrazzjoni għall-parteċipanti ġodda f 'edizzjonijiet futuri." "Din hija l-ewwel sena li l-Yachting Malta hija involuta; Il-pjan tagħna huwa li nkomplu nkabbru il-potenzjal ta' din it-tellieqa. "L-innovazzjoni bla heda hija l-pilastru ewlieni għas- suċċess f 'avvenimenti bħal dawn. Għaldaqstant huwa kruċjali li postijiet bħal Malta, li jospitaw dan it-tip ta' avvenimenti jinvestu sabiex sena wara sena il-programm offrut ikun dejjem mżewwaq b'karatteristiċi ġodda għall-parteċipanti. " Pierre Balzan, Direttur Maniġerjali tal-Mġarr Marina, fi ħdan il-Melita Marine Group, laqa' l-flotta w esprima is-sodisfazzjon tiegħu għall-opportunità li jilqa din il- flotta. Huwa kompla jispjega r-rwol tal-Marina fl-iżvilupp ta' żona turistika oħra f 'Għawdex. Is-Sur Balzan tkellem ukoll dwar l-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-Marina fiż-żona tal-kosta, li kien jinvolvi l-ħolqien ta' pedestrian zones u pjazez fejn il-pubbliku jista' jgawdi veduti mill- isbaħ tal-baħar li taf toffri il-gżira Għawdxija. Il-fundatur tat-tellieqa, Henri- Christian Schroeder spjega kif twieldet din it-tellieqa. L-ideja tat-Trophée Baillidu Suffren kienet idea tiegħu, u kien grazzi għall- appoġġ tal-ħabib tiegħu Christian Benoit, li hu magħruf sewwa ġewwa Saint Tropez li setgħat titella din it-tellieqa. Fl-2001 l-avveniment ġie mniedi biex tinħoloq dik li kienet magħrufa bħala "l-itwal tellieqa għall-jottijiet klassiċi fil-Mediterran - laqgħa ta' ħbieb antiki u ġodda." Imsemmija wara Pierre Andre de Suffren li kien Viċi Ammirall tal- flotta Franċiża u Kavallier ta'Malta, it-titlu ta' Bailli ngħata mill-Ordni ta'Malta. De Suffren kien magħruf mill-baħħara u l-għedewwa tiegħu (partikolarment dawk Ingliżi) bħala 'L-Ammirall Satana'. Sal-lum, b'kollox seba bastimenti tal-flotta Franċiża ħadu l-isem ta' Suffren fl-unur tiegħu. L-istatwa tiegħu tiddomina l-moll f 'Saint Tropez. Din it-tellieqa, "cruising" hija miftuħa għal jottijiet klassiċi ta'aktar minn ħdax-il metru. Hija maghrufa bħala 'tellieqa tal- ġentlomi', u hi kkaratterizzata minn spirtu ta' kompetizzjoni amikevoli, u kuraġġ bejn il-jottijiet li jieħdu sehem," spjega Henri Christian Schroeder. Il-jottijiet kompetittivi ġew mqassma fi tliet kategoriji –"Vintage", "Classic" u "Spirit of Tradition". Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm il-Ministru għal Għawdex, l-Onorevoli Justyne Caruana, li esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li l-organizzaturi, flimkien ma' Yachting Malta għażlu lil Għawdex bħala id-destinazzjoni finali. "Il-karatteristiċi idilliċi ta'Għawdex huma parti integrali mil-prestiġju ġenerali ta' Malta għall-ibburdjar." L-Onor. Caruana spjegat li l-istrateġija tal-Gvern hija li tiżgura li avvenimenti oħra ta' 'livell għoli, bħall-Bailli de Suffren jagħżlu l-gżejjer Maltin bħala parti mir-rotta tagħhom. L-Onorevoli Caruana ferħet lill-kontestanti kollha matul it-tellieqa ta' din is-sena u l-organizzaturi nvoluti nkluż il- Yachting Malta għall-professjonalità tagħhom fit-tħejjija ta' waħda mill- aqwa kompetizzjonijiet f 'Malta u Għawdex. Il-Trophée Bailli de Suffren ħalla lil Għawdex wara li saret il-"Parade of Sail" kmieni wara nofsinhar, fejn il- flotta marret lejn il-Royal Malta Yacht Club, il-post magħżul għas-serata tal-għoti tal-premijiet fil-preżenza ta' ekwipaġġi, dinjitarji u mistednin. Dan l-avveniment kien appoġġjat minn Yachting Malta, Mġarr Marina Gozo, il-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal Għawdex, L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal Franza, il-Ministeru għat- Turiżmu, Camper and Nicholsons Marinas, Charles Grech Wines and Spirits u r-Royal Malta Yacht Club. L-Onorevoli Ministru għal Għawdex Justyne Caruana imkien ma' rappreżentanti ta' Yachting Malta. Ritratt - MGOZ Garbine Muguruza taħsad lil Venus Williams u tirbaħ l-ewwel titlu ta' Wimbledon Cristian Antony Muscat ITTENNISTA Spanjola Garbine Muguruza rebħet l-ewwel titlu tagħha ta' Wimbledon meta għelbet lil ħames darbiet champioon Venus Williams. Din it-tennista li għad għandha biss 23 sena rebħet żewġ set points fl-ewwel set fil-mixja tagħha għar-rebħa ta' 7-5 u 6-0 fis-Centre Court. Muguruza caħdet lil Venus Williams li llum tgħodd is-37 sena l-ewwel titlu maġġuri tagħha f 'disa' snin, li kien jagħmilha l-iktar tennista mara kbira fl-età li tirbaħ titlu Grand Slam. Dan kien it-tieni titlu għal Muguruza li tinsab fl-14-il post fir-rankings mondjali tan-nisa wara li rebħet il-French Open meta għelbet lil Serena Williams lura fl- 2016. Garbine Muguruza tifraħ wara li għelbet lil Venus Williams l-nali ta' Wimbledon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017