Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol IVAN PERISIC - Manchester United jinsabu kunfidenti li jistgħu jiffinalizzaw it-trasferiment ta' Ivan Perisic mingħand Inter għas-somma ta' madwar £50 miljun sal-ġimgħa d-dieħla. Ir-Red Devils kienu għamlu offerta ta' £30 miljun għal dan il-plejer interazzjonali Kroat li iżda kienet rifjutata min-Neroazzurri, u Manchester United issa huma mistennija li joffru s-somma ta' bejn il-£45 miljun u l-£50 miljun, liema somma qed tintalaab minn Inter għal Perisic. ALVARO MORATA - Chelsea jinsabu lesti li joffru s-somma ta' €80 miljun għall-attakkant ta' Real Madrid Alvaro Morata wara li fallielhom it-tragward ta' Romelu Lukaku. Morata deher li seta' jingħaqad ma' Manchester United, b'Chelsea kienu favoriti li jiffirmaw lil Lukaku, iżda issa s-sitwazzjoni tidher li nbidlet kompletament. WILLIAM CARVALHO - Il-midfielder ta' Sporting Lisbon, William Carvalho, huwa mistenni li matul dan is- sajf imur jilgħab fil-Premier League fl-Ingilterra bl-atar favoriti li jakkwistawh ikunu Manchester City. Carvalho regolarment kien qed jissemma' li jista' jmur jilgħab fl-Ingilterra, u Sporting Lisbon jinsabu ppreparati li jbiegħu lil dan il-plejer ta' 25 sena wara li diġà saħħew l-iskwadra tagħhom. RADJA NAINGGOLAN - Inter jinsabu lesti li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Roma Radja Nainggolan u jinsabu lesti l jħallsu s-somma ta' €60 miljun għas-servizzi tiegħu. Il-coach tan- Neroazzurri Luciano Spalletti faħħar lil dan il-plejer internazzjonali Belġjan f 'konferenza stampa li ndirizza nhar il-Ħadd li għadda u b'hekk huwa rrapurtat li huwa jixtieq jerġa' jikkowċjah din id-darba ma' Inter. JAMES RODRIGUEZ - Il-playmaker ta' Real Madrid, James Rodriguez, issa jinsab iktar viċin li jingħaqad ma' Bayern Munich milli ma' PSG. Dan il-player issemma' li seta' jingħaqad kemm ma' Manchester United kif ukoll ma' PSG. Madankollu, l-aħħar rapporti qed jindikaw li Bayern Munich jinsabu lesti li jagħmlu offerta għal dan il-plejer internazzjonali Kolumbjan, li ddebutta mal-Madrileni matul l-istaġun 2014/15 taħt il-gwida ta' Carlo Ancelotti. TIEMOUE BAKAYOKO -Wara li diġà rnexxielhom jegħlbu lil Chelsea għall-akkwist ta' Romelu Lukaku, Manchester United jinsabu mistennija li jiksbu suċċess fi trasferiment ieħor dejjem għas-spejjeż tal-Blues. Dan hekk kif huma mistennija jakkwistaw lill-plejer ta' Monaco, Tiemoue Bakayoko. Il-Franċiżi jinsabu frustrati bil-fatt li Chelsea dehru mexjin b'pass kajmam f 'dak li għandu x'jaqsam mal-akkwist ta' dan il-plejer u jridu jbigħu lil dan il-midfielder kemm jista' jkun malajr. MOUSSA DEMBELE - Marseille għamlu lill-attakkant ta' Celtic, Moussa Dembele bħala t-tragward numru 1 għal matul dan is-sajf. Dembele mpressjona ferm fl-ewwel staġun tiegħu ma' Celtic u kien mixtieq minn Chelsea fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar li għadda. Arsenal, Everton, Liverpool u Manchester United ukoll urew interess f 'Dembele. minn Cristian Antony Muscat ANTHONY MARTIAL - Roma għamlu kuntatt ma' Manchester United biex jitolbu informazzjoni rigward jistgħux jakkwistaw lil Anthony Martial b'self matul l-istaġun li ġej. Dan il-plejer ma rnexxielux jikseb post regolari mar-Red Devils taħt il-gwida ta' Jose Mourinho matul l-iskatgun li għadda u ssemma' li seta' jingħaqad mal-Giallorossi matul dan is-sajf. THOMAS LEMAR - Arsenal laħqu ftehim ma' Thomas Lemar fejn se jkun qed jirċievi salaraju ta' £90,000 fil-ġimgħa. Madankollu, il-Gunners għadhom ma laħqux ftehim ma' Monaco għall-akkwist ta' dan il-winger. It-tieni offerta ta' £45 miljun għal Lemar ġiet rifjutata minn Monaco li m'għandhomx pressjoni biex ibigħu lil dan il-plejer ta' 21 sena.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017