Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet minn kelma u karta għal ħafna nies ma' persuni diff erenti dwar il-Liġi għal Żwieġ Ugwali 'Inħoss li permezz ta' din il-liġi ta' żwieġ ugwali mhux biss qed tingħata l-possibbiltà sħiħa lil min jixtieq iwettaq dan il-pass importanti fil-ħajja romantika tiegħu, iżda saħansitra qed iġġib fix-xejn il-biżgħat mill-babaw li tlajna ngħixu fihom il-ġenerazzjoni tagħna u ta' qabilna. Grazzi għall- PM Muscat u l-Ministru Dalli, il-ġenerazzjonijiet li telgħin u ta' warajhom se jgħixu f 'Malta aktar pożittiva, progressiva u liberali.' Deo Grech 'L-imħabba tal-persuni LGBTIQ, Malta qed tagħrafha bħala parti mis-soċjetà tagħha u għalhekk inħoss li saret ukoll parti mill- identità tagħha.' Christian Attard 'Din il-ġimgħa ċċelebrajna d-diversità, li tant hi sabiħa meta kulħadd ikollu l- istess drittijiet. Kuntenta li għixt din il-ġurnata importanti fl-istorja ta' Malta permezz ta' ċelebrazzjoni kbira ta' mħabba.' Angie Laus 'Xħin inħares lura fejn konna ftit tas-snin ilu, nirrealizza kemm aħna pajjiż meraviljuż' Joseph Bruno Vella 'Bħala Malti, inħossni kburi mmens illi, grazzi għal dan il-Gvern, ħafna Maltin bħali jistgħu, bħal kull Malti ieħor, tassew isejħu lil Malta darhom, irrelevanti minn min huma u lil min iħobbu.' James Naudi 'Din il-liġi tkompli tagħti dinjità lill-koppji kollha f 'Malta u Għawdex u tiċċelebra d-diversità tal- familji preżenti fis- soċjetà. Inħossni li sa fl-aħħar għandi l-possibbilità li nkun ugwali ma' kulħadd. Id-diviżjoni ta' aħna u huma tispiċċa hawn fuq livell legali, però din trid tiġi riflessa fil-mentalità tan-nies ukoll.' Colette Farrugia Bennett 'Ninsab kburija li għal darba oħra kellu jkun Gvern Laburista li jnaqqax fl-istorja aktar drittijiet ċivili f 'Malta. Drittijiet li kienu qed jiġu mċaħħda lil għexieren ta' persun abbażi ta' x'wieħed qies li hu normali jew le. Fid-dinja hemm bżonn nitgħallmu nsegwu l-qawl Ingliż 'live and let live'. Ejjew niċċelebraw li llum f 'Malta m'hawnx nies tat-tieni klassi minħabba l-ġeneru tagħhom jew li jiġu diskriminati minħabba lil min iħobbu. Nifraħ bil-progress li ksibna fil-qasam tad- drittjiet ċivili li bdiet fl-2011 bil-kampanja tad-divorzju. Nittama li issa nqajmu kuxjenza dwar aktar rappreżentazzjoni tan-nisa f 'kull qasam tas-soċjetà.' Nikita Zammit Alamango 'L-ugwaljanza fiż- żwieġ mhix xi ħaġa taċ-ċajt, imma dritt fundamentali tal- bniedem li jġib ħafna indiwidwi, kollha fuq l-istess livell u jneħħi kull tip ta' diskriminazzjoni.' Alex Mangion 'Din il-ġimgħa seddaqna l-għaqda u s-sliem fil- pajjiż. Lil hinn mill-partiti u l-partiġġjanizmu, Malta ngħaqdet u għamlet pass storiku li għandu jservi ta' ispirazzjoni għal pajjiżi oħrajn. It-12 ta' Lulju 2017 se jibqa' mmarkat bħala jum li fih Malta rat lil kulħadd indaqs, rat lil kulħadd ugwali, rat lil kulħadd uman! Dan kien jum li dwaru nkantaw fl-innu Malti. Aħna tassew seddaqna l-għaqda u s-sliem fil-Maltin.' Jean Pierre Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017