Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Fejn l-Ewropej qed imorru jixxemxu Sardenja, Kreta, Korsika u anke f'Malta...il-bajjiet li qed ifi ttxu n-nies Albert Gauci Cunningham XEMX, sħana u baħar. Bħalissa u għall-ġimgħat li ġejjin l-unika ħaġa fuq moħħ miljuni ta' Ewropej, inkluż Maltin u Għawdxin, se jkunu dawn it-tliet affarijiet. Fl-istaġun fejn kollox jimxi bil-mod, fejn is-suġġetti politiċi jmajnaw waħda sew u meta t-tfal ikunu bla skola, ħafna huma dawk li jerħula għall-baħar. Ġranet sħaħ tisma' dik iċ-ċafċifa ħelwa, tiekol u tixrob xi ħaġa kiesħa waqt li titfa' ħarstek lejn ix-xemx f 'ritwal annwali ta' għażż u rilassament. Min ifittex bajja lokali, min isiefer u jibqa' mat-tema tal-baħar u l-ħafna li jżuruna f 'dan l-istaġun biex igawdu wkoll il- baħar Mediterran mill-angolu Malti. L-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn uħud mill-aktar bajjiet popolari fost il-miljuni li marru f 'xi bajja madwar il-Mediterran u li ħallew kummenti fuq Trip Advisor, l-aktar sit imfittex biex persuna tgħaddi l-ġudizzju tagħha dwar prodott, post privat/pubbliku, lukanda u kull atrazzjoni turistika immaġinabbli madwar id- dinja. Fil-fatt din il-gazzetta qabdet sitt bajjiet mill-25 l-aktar bajja popolari tal-2017. RAMEL abjad u baħar kristall f 'Korsika Palombaggia, fuq il-gżira Mediterranja ta' Korsika, hija lokalità li tinsab fil- muniċipalità ta 'Porto Vecchio fil-Corse- du-Sud bejn l-irħula żgħar ta Picovaggia u Bocca Dell'Oro. Il-bajjiet tagħha huma mrammlin b'ramel bajdani u mdawrin mill-blat aħmar, infurrati bis-siġar tal- arżnu. Din il-bajja ngħatat xejn inqas minn 3,100 rivista fuq Trip Advisor u kienet magħżula bħala l-25 l-aktar bajja popolari fost dawk il-miljuni li jużaw Trip Advisor. Fost l-eluf ta' kummenti, bejn l-ilment mistenni u ieħor, hemm diversi aġġettivi ta' bosta għawwiema li jagħtu xi ftit ta' idea aħjar tal-ambjent fuq din il-bajja Korsikana. 'Ġenna tal-art' jiddeskrivieha turist Serb filwaqt li persuna oħra mit- Turkija, pajjiż b'numru ta' bajjiet sbieħ, tfaħħar il-kwiet, il-baħar ċelest, in-natura u anke r-restorant u n-nies li jaħdmu fih, li lkoll idawru lil Palombaggia. Kienu ħafna dawk li kkumentaw dwar il-kulur bajdani tar-ramel u ħajru lil nies oħrajn imorru għax il-bajja ma tantx tkun iffullata. Il-bajja qalgħet ukoll numru ta' voti, b'maġġoranza assoluta (126-il vot) jindikaw illi l-post huwa bejn 'eċċellenti' u 'tajjeb ħafna'. Il-bajja r-roża (jew li kienet roża) fuq Kreta Tfisser 'gżira ċerva' bil-Grieg u hija popolari l-aktar għal kulur roża ta' partijiet mir-ramla tagħha, anke jekk fil-fatt uħud minn dawk li ħallew kumment fuq is-sit Trip Advisor fil-fatt qalu li huma ma rawx dan il-kulur meta kienu preżenti hemm. Qed nirreferu għall-Bajja Elafonisi fi Kreta. Il-kulur huwa riżultat ta' depożiti ta' mareat u mikro-organiżmi pigmentati. Hu x'inhu, din il-bajja xorta hija fost l-aktar popolari mill-bajjiet kollha li jissemmew fuq dan is-sit b'aktar minn 8,000 kumment dwarha, il-maġġor parti tagħhom mill-aktar pożittivi. Naturalment it-tifħir ma waqafx, b'aġġettivi sbieħ bħal 'ġenna' u li huwa post 'li wieħed m'għandux jitlef milli jara'. Bħal dejjem iżda, kien hemm numru ta' lmenti. Interessanti kif minkejja illi hija bajja li tappella lil ħafna u rriklamata bil-qawwi,kienu bosta dawk li lmentaw dwar ir-riħ qawwi wisq li jolqot lil din il-bajja u l-inħawi, b'turist partikolari jqabbel ix-xena fuq il-post meta kien preżenti ma' tempesta tar-ramel. Kien hemm ukoll numru ta' lmenti dwar iffullar fuq il-bajja, waħda mill-konsegwenzi ovvji ta' turiżmu tal-massa. Jidher, għalhekk, illi t-'tbajja'' tal-uman qed tibda tagħmel tagħha fuq din il-bajja Griega. Minkejja kllox iżda minn dawk kollha li ħallew il-vot tagħhom fuq is-sit għal din il-bajja, 93% qalu li din hija 'eċċellenti' jew 'tajba ħafna'. Kienu biss 2% li qalu li l-bajja hija terribbli jew toffri ambjent ikrah. Naqra ġenna fuq gżira Taljana 'Mill-mument illi wasalna mill-ewwel ħassejna li kien hemm konnessjoni mal-post...il-baħar kien sħun u ċar kristall. Il-post huwa l-ħolma ta' kull għaddas...' Hekk iddeskrivew il-Bajja Cala di Mariolu turisti minn Boston, Maschusettes. Din il-bajja, waħda mill-aktar popolari fuq is-sit tinsab fuq il-gżira ta' Sardinja. 'Mariolu' minn Naplitan tfisser 'ħalliel' u hija parti mill-muniċipalità ta' Baunei , fil- provinċja ta 'Nuoro' f 'Sardinja. Fost aktar minn 1,400 kumment li tħalla dwar din il-bajja hemm tifħir kontinwu mhux biss għas-sbuħija tal- post imma wkoll għall-fatt li l-bajja tista' tasal għaliha biss b'dgħajsa u allura mhux iffullata bħal bosta bajjiet oħrajn. 'Inkredibbli', 'l-aħjar', 'eċċellenti', 'l-aqwa bajja fi Sqallija', 'sabiħa..kważi, kważi lanqas tpinġiha', 'post ideali għall-avventurużi' huma biss fost ftit mill-aġġettivi li ntużaw biex jiddeskrivu lil Cala Di Marioulu. Minn dawk li vvutaw 89% qalu li din il-bajja hija, bejn 'eċċellenti' u 'tajjeb ħafna'. Ħadd ma qal li huwa post terribbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017