Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017| illum Aħbarijiet Jitneħħew ħames trakkijiet deckchairs mill-Armier Azzjoni mill-MTA u l-Lands wara li l-operaturi kisru t-termini tal-permessi KMIENI filgħodu matul il- ġurnata tal-bieraħ, il-Pulizija niżlet fil-bajjiet tal-Armier fejn neħħiet numru kbir ta' deckchairs li huma proprjetà ta' operaturi ta' stabbilimenti partikolari fil-bajja, b'total ta' ħames trakkijiet. Persuni li kienu fuq il-post spjegaw lil din il-gazzetta kif il-Pulizija ġabru numru sostanzjali ta' deckchairs u umbrelel u poġġewhom fuq trakkijiet apposta. Din l-operazzjoni ta' żbarazzar fil- bajja saret madwar il-bajjiet tal- Armier kollha, waqt li tneħħew deckchairs u umbrelel, minn tliet stabbilimenti: Palm Beach u Victoria fl-Armier u Ray's Lido f 'Little Armier. Iktar tard irriżulta li din l-operazzjoni kienet azzjoni konġunta bejn l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Lands, li fiha tneħħew mal-5 trakkijiet mimlija b'deckchairs u umbrelel. L-istabbilimenti fl-Armier instabu li kienu qed jiksru t-termini u l-kundizzjonijiet tal-permessi li kellhom. Fi stqarrija, l-MTA sostniet li qabel l-azzjonijiet tal- lum, l-operaturi ta' dawn l-istabbilimenti kienu infurmati li ma kinux qegħdin joperaw skont it-termini tal- permessi li kellhom. Kienu ġew avżati wkoll li se tittieħed azzjoni jekk dawn kienu se jkomplu jiksru t-termini. "Din l-azzjoni konġunta hi parti minn azzjoni mmirata sabiex jiġi żgurat li r-regolamenti jiġu rispettati kollha. Dan għandu jibgħat sinjal ċar li l-awtoritajiet qed jieħdu din il- kwistjoni b'serjetà u li mhux se jkun qed jiġi ttollerat l-abbuż," kompliet tgħid l-istqarrija. 'Azzjoni diretta miċ-ċittadini jekk id-dritt li ngawdu l-bajjiet mhux se jiġi mħares' Intant aktar kmieni lbieraħ, attivisti fil-Kamp Emerġenza Ambjent innutaw li bosta bajjiet madwar Malta u Għawdex ġew meħuda minn entitajiet kummerċjali li qed jimlewhom b'deckchairs u umbrelel minn filgħodu kmieni. "Fil-prattika, dan qed iwassal sabiex bajjiet pubbliċi, postijiet li qegħdin hemm għat- tgawdija ta' kulħadd, jinbidlu fi spazji privati għall-qligħ tal-ftit. Għalhekk in-nies qed ikunu mġiegħla jagħżlu bejn li joqogħdu fil-ftit spazji ffullati li jkun fadal jew iħallsu sabiex jikru umbrella u deckchair. Ħafna drabi n-nies mhux qed jirnexxilhom isibu post fejn jifirxu x-xugamani u jpoġġu l-umbrelel tagħhom, u mhux qed ikun hemm spazju biżżejjed fejn jilagħbu t-tfal. Huwa kompletament inġust li ftit kumpaniji privati jagħmlu profitti kbar għas-skapitu tal-bqija tan-nies, minn fuq postijiet li suppost qegħdin hemm biex ikunu aċċessati u mgawdija minn kulħadd." L-attivisti fil-Kamp Emerġenza Ambjent qed jisħqu li l-kumpaniji għandhom iwaqqfu immedjatament dawn il- prattiċi tar-regħba li qed joħonqu l-bajjiet pubbliċi, u li l-awtoritajiet ikkonċernati jiżguraw li d-dritt tan-nies li jgawdu dawn il-bajjiet ikun imħares. Is-sitwazzjoni preżenti hija inaċċettabbli. Jekk mhux se tieqaf, l-attivisti fil-Kamp Emerġenza Ambjent qed jimpenjaw ruħhom li jorganizzaw azzjonijiet diretti miċ-ċittadini sabiex jittieħdu lura l-bajjiet tagħna. Ara wkoll paġni 20-21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017