Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Tlieta, tnejn, wieħed...u Il-lista issa hija finali....se tkun tiġrija bejn erbgħa minn nies...tiġrija li se twassal għall-aktar mument kritiku tal-Partit Nazzjonalista probabbilment mill-eżistenza tiegħu...l-ILLUM tħares lejn l-ewwel messaġġi ta' Adrian Delia u Alex Perici Calascione ILPARTIT Nazzjonalista jinsab f 'punt kruċjali ħafna. Punt partikolari ħafna fl-istorja tiegħu għaliex ħiereġ minn erba' telfiet fuq skala nazzjonali li ebda partit ma ġarrab fl-aħħar 53 sena. Kif, fil-fatt kien indika l-editorjal ta' din il- gazzetta nhar il-Ħadd 11 ta' Ġunju, iktar minn kriżi numerika l-PN qed jiffaċċja kriżi eżistenzjali. Ta' fejn jinsab illum u fejn irid imur, tal- valuri li huwa jgħożż u tal-viżjoni li jista' joffri. It-telfa mhux mistennija (f 'termini ta' daqs) tefgħet lill-PN f 'mument ta' bżonn urġenti ta' ħsieb profond ta' għalfejn u għal min jeżisti llum. U ladarba l-ġurnata minn filgħodu turik l-ILLUM analizzat wieħed mill- ewwel diskorsi ta' kull kandidat għal din il-kariga, li tagħmel lill-persuna Prim Ministru prospettiv. Din il-ġimgħa se nħarsu lejn l-ewwel diskors ta' Adrian Delia u Alex Perici Calascione. Delia: Bidu tajjeb... imma għadna nafu ftit Delia huwa wiċċ ġdid, fis-sens illi qatt ma kien parti mill-istrutturi tal- partit, għajr li hu tesserat u Kunsillier. Imma qatt ma okkupa pożizzjoni importanti fil-partit, bħalma kien jokkupa Chris Said (Segretarju Ġenerali) u Frank Portelli (President). Din hija xi ħaġa li l-kritiċi tiegħu l-aktar li jsemmu u xi ħaġa wkoll illi fl-ewwel diskors tiegħu quddiem id- Dar Ċentrali tal-PN huwa deher entużjast li jindirizza. Delia rraġuna illi l-fatt li huwa pjuttost ġdid għandha taħdem favurih għax dan ifisser li jista' jwassal dak li jaħsbu 'n-nies fit-triq' iktar għand il- partit. Delia juża l-frażi 'nies fit-triq' iktar minn darba, fil-fatt kien pjuttost interessanti illi għall-mistoqsija tal- ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri, Delia staqsa hekk dwar il-battibekki bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-kwistjoni tal-Panama; 'In-nies fit- triq x'qed jieħdu?' Il-Panama; 'Ma ninħlewx fuq suġġett wieħed biss' Naturalment din hija mistoqsija rettorika li Delia ma weġibx, imma tgħid ħafna. Tgħid illi Delia qed jilgħab il-karta li lagħab il-Partit Laburista u Joseph Muscat, b'suċċess kbir, illi l-allegazzjonijiet/akkużi fil-konfront taċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, filwaqt li serjissimi, huma xi ħaġa li mhux relatata mal-ħajja tan- nies. Li l-battalja politika li donna ma riedet tispiċċa qatt u li dwarha nfetħu diversi inkjesti, inkluż waħda fuq Muscat innifsu, mhumiex ħobż għal snien il-votant. Delia jista' jkun illi fehem dan is-sentiment popolari u ried jibni fuqu. Induna li l-poplu, jew parti kbira minnu, kien xeba' sal-ponta ta' mnieħru bl-istess diska dwar korruzzjoni u fl-aħħar ivvota fuq il-but, l-ekonomija, in-negozju tiegħu, l-edukazzjoni,is-saħħa u diversi kwistjonijiet aktar bażiċi. Il-problema, u kien hawn illi ma kienx konvinċenti għall- mistoqsijiet ta' Camilleri, huwa li ma offriex alternattiva kredibbli biżżejjed għall-mod kif il- Kap uxxenti Simon Busuttil tratta din il-kwistjoni. Kieku Delia kien qed imexxi lill-PN u toħroġ l-istorja dwar Ministru li għandu kontijiet mhux iddikjarati fil-Panama, hu x'kien jagħmel? Ma kienx jitkellem dwarha? Kien jitkellem inqas dwarha? Ma kienx jorganizza protesti fit- toroq, biex ma jidhirx wisq militanti? F'liema punt kien joħroġ lin-nies fit-toroq? Kien iniżżel lin-nies fit-toroq ftit sigħat wara l-allegazzjonijiet ta' Egrant li saru minn Daphne Caruana Galizia, kif għamel Busuttil? Jew kien iniżżel in-nies fit-toroq mal-allegazzjonijiet dwar Keith Schembri li dwarhom il-PN għandu, jew jisħaq li għandu, il-provi? Fil-politika l-mument (timing), huwa kruċjali ħafna u jista' jkun li Busuttil l-aktar li tilef ma kienx meta tkellem dwar il-kwistjoni 'Panama', fil-fatt rebaħ meta għamel hekk. Tilef, jew aħjar għaqqad iktar lill-avversarju kontrih, meta fajjar l-ikbar kanun wara l-allegazzjonijiet ta' Egrant, anke jekk mingħajr provi ċari. Dan kien riskju li ħadem kontrih. Biex inkunu ġusti u leali lejn dak kollu li qal, Delia fil-fatt saħaq illi kieku hu kien imur il-Qorti Kostituzzjonali, fejn hemmhekk kien jisfida lill-Gvern (jekk dan ma jkunx lest li jidħol f 'diskussjonijiet miegħu) dwar ir-responsabilitajiet ta' min kellu u għandu jinvestiga allegazzjonijiet bħal tal-'Panama'. Huwa jaqbel ukoll mal-ġurnalist illi 'mhux qed ngħixu f 'pajjiż normali' għalkemm ikun pront ifakkar li 'fuq din il-kwistjoni, fuq ħafna affarijiet oħrajn aħna pajjiż normali' u jtemm iħeġġeġ biex isiru mistoqsijiet fuq materja oħra lil hinn mill-'Panama' 'biex ma ninħlewx fuq suġġett wieħed.' Dan jista' jindika illi l-korruzzjoni mhux se tkun il-cavallo di battaglia ta' Delia u allura fuq dan il-front jidher li se jkun differenti minn Busuttil. Jeħtieġ joqgħod attent iżda. Għax l-iżball ta' Busuttil kien iktar strateġiku milli fuq il-validità tal-istess argumenti miġjubin 'il quddiem. Iżomm l-idjoma ċentru xellugija ta' Busuttil Delia iżda jidher, għallinqas mill- ewwel diskors tiegħu, li se jżomm l-idjoma favur il-'vulnerabbli' u kontra 'l-faqar' u jitkellem kontinwament dwar 'in-nies fit- triq'. Bla dubju din hija riżultat ta' żewġ affarijiet; l-isfond soċjali li ġej minnu Delia bħala President ta' klabb tal-futbol u li jippożizzjonah ħafna eqreb lejn 'in-nies fit-triq' minn Busuttil u t-tieni, frott l-għajta fi ħdan l-istess PN illi l-partit inqata' mir-realtajiet tan-nies. Hu fil-fatt jagħmel agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Dan jista' jindika illi l-korruzzjoni mhux se tkun il-cavallo di battaglia ta' Delia u allura fuq dan il-front jidher li se jkun differenti minn Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017