Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415
illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Opinjoni 16 I l-Baħrija huwa raħal tfuliti - huma ħafna l-memorji sbieħ nilgħab fil-wied ta' Namura u l-involviment fil- komunità adoloxxenti u fuq il-medda tas-snin rajt ukoll il-Baħrija tinbidel. Għalkemm wieħed mill-iktar villaġġi hu li l-post maqtugħ għalih fil-pajsaġġ Malti, il- Baħrija ma kenitx eċċezzjoni mill-iżvilupp – infatti l-popolazzjoni tal-villaġġ kibret b'rata mgħaġġla hekk kif ħafna koppji żgħar minn madwar Malta qed jgħażlu li joqogħdu l-Baħrija. Il-prospett ta' kwiet li joffri l-villaġġ huwa ideali fejn kopppji żgħar irabbu t-tfal tagħhom. Però waqt li l-popolazzjoni qed tikber b'rata mgħaġġla għandi dubju kemm l-investiment fil-bżonnijiet tal- Baħrija sar bl-istess rata. Is-sena l-oħra ġie konkluż il-proġett tal-konessjoni tad-drenaġġ bejn il-Baħrija u r-Rabat. Proġett li kien ferm bżonjuż però sfortunatament dam tul ta' żmien esaġerat biex isir u kkawża inkonvenjenza enormi għar-residenti. Saħansitra f 'Lulju 2016, residenti tal-Baħrija pprotestaw kontra dewmien u nuqqas ta' informazzjoni komunikata. Għall-grazzja t'Alla dan il-proġett tlesta u hekk waqfet l-inkonvenjenza speċjalment lir-residenti ta' Triq tan-Niqra min fejn il- bowser kien jagħmel vjaġġi kuljum. Però wħud minn dawn l-istess residenti stennew ukoll li ladarba l-proġett wasal lejn tmiemu, isir xogħol ta' asfaltar f 'din l-istess triq li tinsab f 'kundizzjoni pjuttost ħazina. Madanakollu dan ma sarx. Fuq nota pożittiva, ġew installati arbli tad-dawl fi Triq San Martin sabiex itejjeb is-sewqan fil-ħinijet ta' billejl għal dawn l-istess residenti. U saħansitra wkoll tneħħew numru ta' arbli antiki u mingħajr użu li xi darba kienu jiffurmaw parti mis-sistema ta' telekomunikazzjoni. Però għad fadal numru ta' bżonnijiet bażiċi fil-Baħrija li għadhom mhux indirizzati. Wieħed mill-aktar bżonnijiet urġenti huwa dak ta' parkeġġ. Fix-xhur tax-xitwa u rebbiegħa huma ħafna li jerħulha għal fenkata f 'wieħed mir- restaurants tal-villaġġ. Però saħħa għan-nuqqas ta' parkeġġ fil-Baħrija, viżitaturi ma jkollhom ebda għażla oħra ħlief li jipparkjaw il-vetturi tagħhom f 'nofs il-pjazza. Mhux talli dan jikkawża element ta' periklu għas- sewwieqa li jkunu għaddejin mill-pjazza iżda anke jkerrah id-dehra tal-pjazza u l-kumplament tal-villaġġ. Ħafna residenti tal- villaġġ iħossu li għandu jsir investiment fil-pjazza tal- Baħrija. Hemm bżonn li tiġi installata roundabout fiċ- ċentru ta' din il-pjazza sabiex isservi kemm il-funzjoni tagħha li tidderieġi t-traffiku ġej minn bnadi differenti kif ukoll tgħati xgħira isbaħ minn dik preżenti. Ma nimmaġinax li hemm bżonn investiment ta' miljuni kbar ta' ewro biex tiġi nstallata roundabout zgħira b'xi statwa li tfakkarna fl- okkupanti originali tal-Baħrija bħala ħaddiema tal-għelieqi Maltin. Bżonnijiet oħra tal-villaġġ jinkludu ATM, it-tindif u manutenzjoni tal-bandli ssir fil-pront kif ukoll bdil tal-bus stop fl-istess pjazza. Forsi waħda mir-raġunijiet għalfejn dawn il-bżonnijiet jingħataw prijorità minima huwa l-fatt li l-baġit allokkat għal-Baħrija huwa ftit min dak tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Għalhekk wasal żmien illi l-Baħrija tiġi kkunsidrata bħala villaġġ separat mir-Rabat, jinħoloq il-Kunsill Lokali tiegħu u jingħata baġit separat. Iż-żona ta' Fomm ir-Riħ ukoll tistħoqqilha attenzjoni – ta' spiss ikun hemm skart eċċessiv fil-parkeġġ li jkerrah id-dehra tal-akwati u jgħati impressjoni ħażina lill-viżitaturi speċjalment lit-turisti. Għaldaqstant nittama li l-awtoritajiet jikkonsidraw din is-sejħa biex jiġu indirrizzati dawn il-bżonnijiet. Naħseb li wasal żmien li jiġi investit iktar fil-Baħrija biex tissebbaħ għall- ġid tar-residenti u viżitaturi. Lee Borg Bugeja huwa resident tal-Baħrija u eks kandidat tal-PD LEE BORG BUGEJA M hux soltu tiegħi li nwieġeb kitba li jkun fiha kritika li jkollha riħa ta' fanatiżmu. Imma Joseph Camilleri li żeffen ismi fil-kitba tiegħu, li dehret fil-ħarġa tal-ILLUM tas- 16 ta' Lulju 2017 huwa gradwat fit-teoloġija u għalhekk nistenna li jkun responsabbli meta fil-kitba tiegħu jirreferi għal xi ħadd ieħor. Dan Joseph Camilleri kiteb kritika fil-gazzetta ILLUM fuq il-liġi favur l-ugwaljanza fiż-żwieġ bejn raġel u mara u dak bejn persuni tal-istess sess. U temm l-artiklu tiegħu b'din is-sentenza: "Ma nistax nifhem kif nies bħal Dun Anġ Seychell u Dun Colin Apap jiddefendu gvern li l-mira tiegħu hi li jdgħajjef il-valuri li għamluna nies." Għalaq l-artiklu tiegħu b'din it-togħma bla ma ġab silta waħda minn kitbieti li tixhed l-akkuża li għamilli. Tixhed bil-maqlub Il-kitba tiegħi wara l-aħħar elezzjoni tixhed bil-maqlub. Fil-ħarġa tal-11 ta' Ġunju li għadda fil-gazzetta IL-LEĦEN kont ktibt kummentarju dwar ir-riżultat tal-elezzjoni. Ktibt l-ewwel nett dak li kien jafu kulħadd. Kulħadd kien jaf min rebaħ l-elezzjoni u min tilifha. Tajt importanza f 'dan l-artiklu lill-istedina li għamel il-Prim Ministru lill-folla li kellu quddiemu fil-Ħamrun biex tgħinu ħalli jgħaqqad lill-poplu Malti wara l-firda diżastruża li għadda minnha l-poplu fil-kampanja elettorali. U hawn żidt nota: "Dan jaqbel ħafna ma' dak li stqarr kemm-il darba Joseph Muscat meta mhux biss ammetta li saru żbalji – żbalji ħoxnin – imma wkoll tgħallem minnhom. Malta tkun ħadet in-nifs jekk hu jindirizza dawn l-iżbalji fl-għażliet li jagħmel fil-Gvern il-ġdid." Mistoqsija Imma iżjed l-isfel fil-kitba tiegħi ħassejt li għandi nagħmel mistoqsija li turi li kont imħasseb: Ridt nuri x'għandi f 'moħħi:- "Joseph Muscat talab l-għajnuna biex jgħaqqad il- poplu Malti. Wiegħed li jkun iżjed liberali. F'liema sens se jkun liberali? Se jkun liberali fil-qasam tal-prostituzzjoni kif għamlu l-pajjiżi Nordiċi li qed jirnexxilhom inaqqsu l-pjaga tal-prostituzzjoni billi jintaxxaw lill-irġiel li jfittxu n-nisa f 'dan it-traffiku? Se jkun liberali billi dak li sejjaħ Unjoni Ċivili issa jsejjaħlu żwieġ bejn raġel u raġel u mara u mara? Jaħseb li b'dawn il-bidliet se jgħaqqad il-poplu Malti jew se jkompli jifirdu?" Illum dawn il-mistoqsijiet bdew jisfaw imwieġba. Il-poplu Malti bil-liġi l-ġdida msejħa Ugwaljanza fiż-Żwieġ qasmet il-poplu fi tnejn – dawk li baqgħu jemmnu li ż-żwieġ hu bejn raġel u mara, u dawk li b'għajnejhom miftuha bdew joħolmu bi żwieġ bejn mara u mara u bejn raġel u raġel għax hekk ordnat il-frosta fil-parlament. Fi ħdan il-partit fl-oppożizzjoni kien hemm min ta xhieda favur il-primat tal-kuxjenza jew billi ivvota LE jew billi ma marx jivvota għax ried il-vot ħieles. Lil Joseph Camilleri nixtiequ jweġibni billi jgħidli f 'liema okkażjoni iddefendejt il-gvern bil-kitba tiegħi "fil-mira tiegħu li jdgħajjef il-valuri li għamluna nies". Ir-raġuni u l-irġulija jitolbu li jagħtini tweġiba. Dun Anġ Seychell se jibda jikteb fuq il-gazzetta ILLUM kull ħmistax Joseph Muscat talab l-għajnuna biex jgħaqqad il-poplu Malti. Wiegħed li jkun iżjed liberali. F'liema sens se jkun liberali? Żeffen ismi fin-nofs Il-bżonnijiet tal-Baħrija DUN ANG SEYCHELL