Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Sports 28 Karl Micallef u Deane Farrugia jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali ASMK Autocross LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi temmet l-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017 nhar is-Sibt 15 ta' Lulju 2017 bil-parteċipazzjoni tas-Sezzjoni Autocross. Minkejja n-numru żgħir ta' parteċipanti, xorta waħda kellna stennija rigward min kellhom ikunu ċ-Champions fil-Klassi Autocross Modified u Autocross Standard. Fil-Klassi Modified matul il-Heats tal-ġurnata rajna lil Philip Joe Vella fuq Opel Corsa jirbaħ il-Heats kollha biex mill-ewwel assigura postu fil-finali ta' Klassi A. Miegħu ikkwalifikaw Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Mat-tluq ta' din il-finali rajna l-finalisti kollha jieħdu posthom wara l-ewwel kantuniera bi Grech jieħu l-ewwel pożizzjoni segwit minn Vella u Pisani. L-ordni kompliet b'Micallef jieħu r-raba' post segwit minn Zammit u Vassallo. Fl-ewwel nofs ta' din il-finali ma kellna l-ebda tibdil fil-pożizzjoni sakemm fil-ħames dawra Vella żviluppatlu ħsara mekkanika fil-magna u spiċċa jirtira qabel it-tmiem tat- tiġrija. Ir-riżultat finali spiċċa bi Grech jirbaħ il-finali tal- ġurnata segwit minn Pisani u minn Micallef. Zammit u Vassallo daħlu fir-raba' u l-ħames post rispettivament. Fil-Finali Klassi B ikkwalifika sewwieq wieħed biss. Għal Kurt Aquilina fuq Opel Corsa kienet l-ewwel esperjenza tiegħu f 'dan l-isport fejn awtomatikament rebaħ din il-Finali Autocross Klassi B. Mill-Klassi Autocross Standard kellna ġurnata taħraq ħafna għar-raguni li f 'din is-sezzjoni kien kollox għadu indeċiż min kellu jgħolli t-tazza tal-kampjonat ta' dan l-istaġun. It-taqtiegħa kienet bejn Johann Vella u Deane Farrugia. Matul il-ġurnata rajna lil Johann Vella fuq Opel Nova u Quinn Camilleri fuq Peugeot 106 iġibu l-ogħla punteġġ tal- ġurnata iżda minkejja dan kien kollox mitmum għal Vella meta matul it-tielet heat tal-ġurnata għamel azzjoni anti-sportiva u waqqaf lil Farrugia mit-tiġrija bil- konsegwenza li dan tal-aħħar ma kompliex it-tiġrija. Ir-referi tal-ġurnata ħareġ il- bandiera sewda lil Vella skont kif mitlub mir-regolamenti u dan Vella kellu jippakkja u jmur lejn id-dar. Din id- deċiżjoni kienet ikkonfermata wkoll mill-filmati pprovduti u wkoll mill-kumitat ftit tal- ħin wara li ġew esebiti dawn il-filmati. L-Assoċjazzjoni skużat ruħha mal-pubbliku preżenti ta' dakinhar u tikkundanna x-xeni anti-sportivi li saru minn sapporters ta' Vella wara li ttieħdet din id-deċiżjoni tal-Black Flag. Fil-jiem li ġejjin l-ASMK mistennija tieħu aktar passi dixxiplinarji kontra l-membri nvoluti f 'dan il-każ kif ukoll mistenni tressaq il-qorti xi membri mis-sapporters li kienu attivi f 'dawn ix-xeni. Intant, ftit tal-ħin wara ġiet ikkontrollata s-sitwazzjoni u l-progamm tkompla b'mod normali kif kien ippjanat bl-ewwel finali tal-Autocross Klassi Standard. Hawn l-iStart Line kien kompost minn Quinn Camilleri fuq Peugeot 106, Deane Farrugia fuq Citroen AX, Kyle Agius fuq Renualt 5, Jerome Peplow fuq Kia Avella, u Karl Curmi fuq Opel Corsa. Kyle Agius ma resaqx fuq l-iStart ta' din il-finali. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Farrugia u lil Camilleri jagħmlu ħruġ tajjeb b'Farrugia jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Camilleri. L-ordni kompliet b'Curmi fit-tielet post segwit minn Peplow fir-raba' post. Matul id-disa' dawriet l-erba' kompetituri iddefendew posthom sal- aħħar bir-riżultat finali jispiċċa b'Farrugia jirbaħ il- finali segwit minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Curmi. Fl-aħħar tal-ġurnata saret iċ- ċerimonja uffiċjali ta' tmiem il-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2016/2017 fejn għall-ewwel darba Karl Micallef fuq Karozza Ford Fiesta rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Modified 2016/2017. Micallef matul dan l-istaġun kellu rebħa waħda biss iżda fl- attivitajiet l-oħra spiċċa f 'diversi pożizzjonijiet għolja tant li rnexxielu jirbaħ dan il-kamjonat b'226 punt segwit minn Gordon Johnson fuq Opel Corsa li għalaq il- kampjonat bħala runner-up b'189 punt. Il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Standard 2016/2017 intrebaħ għat- tielet darba konsekuttiva minn Deane Farrugia fuq Citroen AX. Farrugia kien wieħed minn tal-ewwel li beda jipparteċipa f 'din il-klassi minn meta twieldet u sal-lum rnexxielu jirbaħ tliet titli wara xulxin. Farrugia rebaħ dan it-titlu b'59 punt segwit minn Johann Vella fuq Opel Nova b'47 punt. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt ukoll bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@asmk.org. mt. Deane Farrugia fuq Citroen AX imkien ma' Johann Vella fuq Opel Nova Deane Farrugia - rebbieħ tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross. Karl Micallef fuq Ford Fiesta Karl Micallef - rebbieħ tal-Kamp- jonat Nazzjonali Autocross Modied

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017