Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 22 Kummerċjali Erbat ijiem ta' festa tal-inbid fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq IL'WINE coins' ser ikunu l-munita li permezz tagħhom dawk li jżuru id-Delicata Classic Wine Festival jistgħu jduqu inbid Malti tal-ifjen kwalità. L-erba' serati li matulhom hu mifrux il-festival mistennija li jkunu isbaħ minn qatt qabel b'għażla tajba ferm ta' inbejjed, ikel u mużika. Organizzat minn Emmanuel Delicata Winemaker, l-ikbar avveniment tal-inbid tas-sena f 'Malta issa wasal bis-16-il edizzjoni konsekuttiva tiegħu. Bħal dejjem, dan l-avveniment iseħħ fuq erbat iljieli fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq fil-Belt Valletta. Id-dati huma mill- Ħamis 10 sal-Ħadd 13 ta 'Awwissu 2017, kull filgħaxija mis-7 pm sa nofsillejl. Id-Delicata Classic Wine Festival jipprovdi varjetà festiva f 'iljieli sajfin b'atmosfera pjaċevoli u rilassanti, inbejjed fini, mużika u ospitalità mill- aqwa. B'kollox hemm iktar minn 20 tip ta' inbid differenti x'wieħed jista' jduq. Minn bankarelli mifruxa madwar il-ġnien se jkunu servuti nbejjed minn disa' vintages ta' Delicata li rebħu bosta unuri. Fost dawn hemm il-Frizzante, inbejjed semi-sparkling magħmulin mid-dwieli indiġeni Girgentina u Ġellewża, għażla ta' inbejjed boutique bojod, ħomor u rosé DOK Malta Medina u DOK Gozo Victoria Heights, kif ukoll l-inbejjed emblematiċi bħal Gran Cavalier u l-Grand Vin de Hauteville, li hu l-iktar inbid Malti li kiseb rikonoxximenti internazzjonalment. Minbarra l-inbid ħelu Dolcino u l-inbejjed esklussivi Maltese Falcon, wieħed ser jsib il-Casella Moscato, u varjetajiet ta' inbid mill-Classic Collection u Pjazza Reġina. Biex wieħed iduq l-inbejjed, kulma jrid jagħmel hu li, fid- daħla tal-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq, jixtri borża li fiha jkun hemm 24 munita (wine coins) kif ukoll tazza ċelebrattiva għal prezz ta' €15. Dawn il-muniti mbagħad jissarfu fil-bankarelli differenti fejnstewards iferrgħu l-inbid fit-tazza ċelebrattiva tal-festival. Bħala parti mill-impenn tal-winery li tħaddan prattiċi sostenibbli tal-vitikultura, Delicata qed tipprovdi muniti li ma jagħmlux ħsara lill- ambjent. Dan peress li huma magħmulin minn materjal ibbażat fuq il-lamtu (starch) meħud mill-qoxra tal-patata u li jekk dan jitħalla espost għall- elementi naturali, jiddegrada ruħu kompletament mill-ġdid fil-ħamrija. Inbejjed differenti għandhom valur monetarju differenti: it-tariffa tvarja minn sitt muniti għal tazza inbid tal-ifjen għażla u tliet muniti għal inbejjed oħra ta' kwalità. Il-muniti jkunu validi biex jissarrfu matul lejl wieħed biss, inkella jistgħu jinżammu bħala tifkira. Waqt il-festival se jkun hemm għażla vasta ta' ikel Malti, kif ukoll ikel internazzjonali li jolqot il-gosti ta' kulħadd. Platti favoriti ta' ikel Malti se jkunu ippreparati mill-Maypole, filwaqt li l-ikel Indjan se jkun servut minn Gate of India. Asian House se jippreparaw ikel orjentali. Barra minn hekk se jkun hemm varjeta ta' platters tal-ġobon u salumeri ppreparati minn Catermax kif ukoll deżerti differenti. Mireille Bonello se tippreżenta l-ispettaklu. Kull filgħaxija se jkun hemm mużika live, bl-ewwel show il-Ħamis minn WaterWings u Red Electrick, filwaqt li l-Ġimgħa se jdoqqu The Busker u Spiteri Lucas Band. Planet Seed u The Crowns se jdoqqu s-Sibt filwaqt li l-Ħadd se jieħdu sehem Cash & Band u The Travellers, li ser jagħlqu l-Festival. Dawk li għandhom Delicata Privilege Card se jkollhom il-vantaġġ li jibbukkjaw online minn qabel fuq il-website ta' Delicata. Id-dħul għad-Delicata Classic Wine Festival hu mingħajr ħlas. Strettament l-ebda inbid m'hu se jingħata li x'ħadd taħt is-17-il sena, filwaqt li l-viżitaturi huma mfakkra biex igawdu l-festival b'mod responsabbli. Il-bejgħ tat- tazzi u boroż bil-muniti jieqaf fil-11.00pm, biex nofs siegħa wara jitferrgħu l-aħħar inbejjed, u l-Festival jagħlaq f 'nofs il-lejl. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jżur is-sit www.delicata.com. Il-birer Bellfield, bla glutina, issa f 'Malta HSBC Malta joħloq riżultati pożittivi fil-komunità FARSONS Beverage Imports Company (FBIC) Limited għadha kif introduċiet fis-suq Malti l-għażla ta' birer bla glutina tal-Birrerija Bellfield. Il-birer huma tajbin ukoll għall- veġetarjani u l-vegani. Il-Birrerija Bellfield hi l-ewwel waħda fl- Ingilterra ddedikata għal birer bla glutina u tipproduċi birer artiġjanali f 'kunsinji żgħar bl-użu tal- metodu tradizzjonali għall-produzzjoni tal- birra b'ingredjenti mhux tradizzjonali; it-taħlita perfetta tax-xjenza u l-arti. Il-Birrerija Bellfield, birrerija mmexxija minn familja b'liċenzja mis-Coeliac UK, twaqqfet b'missjoni: li tipproduċi birra mingħajr glutina b'togħma tajba. Il- fundaturi ta' Bellfield jafu minn esperjenza personali d-dwejjaq li persuna jista' jkollha għax ma tkunx tista' ssib birra tajba bla glutina. L-għażla tal-birer Bellfield jinkludu l-Bohemian Pilsner u l-Lawless Village IPA. Il- Bohemian Pilsner għadha kemm ingħatat Premju tad-Deheb għall-aqwa birra fil- FreeFrom Food Awards 2017 fl-Ingilterra, u l-birra Lawless Village kisbet il-Bronż. Dawn iż-żewġ birer jinsabu f 'numru ta' ħwienet, inkluż għand Farsonsdirect l-Imrieħel, u se jkunu wkoll fil-Farsons Beer Festival li se jsir bejn it-28 ta' Lulju u s-6 ta' Awwissu fil- Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. Il-birer Bellfield huma impurtati, irreklamati u mqassma minn FBIC u jistgħu jinxtraw minn fuq mis-sit www.farsonsdirect.com. LINIZJATTIVA 'Volunteer Leave Day' tal-Bank HSBC Malta qed tkompli tispira għadd kbir ta' membri tat- tim biex ixammru l-kmiem tagħhom u jieħdu sehem f 'attivitajiet li jħallu impatt pożittiv fuqhom infushom u l-komunità. Fl-ewwel nofs tas-sena 2017, il-membri tat-tim iddedikaw ħin biex inaddfu ġonna, jiżbgħu djar tal-kura, jippromwovu l-konservazzjoni tal-ilma, u jiġbru fondi b'risq NGOs. Wara li qattgħet ġurnata taħdem fil-Majjistral Nature & History Park, il-volontiera Catherine Farrugia qalet: "Kienet ġurnata li intużat tajjeb ħafna. L-istaff tal- post huma dħulin ħafna u qagħdu jispjegawlna r-rwoli tagħhom. Għalkemm ix-xogħol tagħhom ħafna drabi ma jkunx rikonoxxut u ġieli anki spiċċa vandalizzat, laqatni l-fatt li xorta waħda jkomplu jagħmlu dan ix-xogħol." "Bnejna ħajt speċifikament għal mogħdija. Fiżikament kien ta' strapazz iżda fl-aħħar kien ta' sodisfazzjon kbir," qalet Farrugia. Minbarra dan it-tip ta' volontarjat, il-Bank permezz tal-Fondazzjoni HSBC Malta, kompla juri r-responsabbiltà soċjali korporattiva tiegħu billi ffinanzja kawżi importanti. Fost il-proġetti li l-Fondazzjoni qed toffri l-appoġġ tagħha għalihom hemm il-Fondazzjoni JAYE Malta, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti, Nature Trust Malta u l-fond tal-President biex iżuru pazjenti Maltin u l-familji tagħhom fi sptarijiet fir-Renju Unit. L-entużjażmu tal-membri tat- tim ta' HSBC infirex anki fost l-eks impjegati ta' HSBC Malta li qed joffru l-ħin tagħhom permezz tal-inizjattiva 'HSBC Experience in Action'. Fost il-ħafna kontribuzzjonijiet, grupp ta' impjegati rtirati minn HSBC bħalissa qed jiddedikaw nofs ġurnata fix-xahar biex jorganizzaw il-librerija tal- iskola ta' St Agata fir-Rabat. Il-voluntiera ta' HSBC matul is-snin ikkontribwixxew għal xi wħud mis-siti turistiċi ta' Malta li l-aktar iżuruhom nies fosthom il-Ġonna Botaniċi tal-Argotti (Floriana), Palazzo Falson (Mdina) u l-Arkivji Notarili (Valletta) biex insemmu biss ftit. Proġetti ġodda għall-2017 jinkludu Il-Majjistral Nature & History Park, Casa Rocca Piccola, il-Mużew tal-Avjazzjoni, il- Kon-Katidral ta' San Ġwann, il- Fondazzjoni Oasi (Għawdex), u siti magħżula ta' Din l-Art Ħelwa u Heritage Malta. Il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane qal: "L-għajnuna li nagħtu lill- kawżi ġusti tgħin biex tkompli titkattar rieda tajba fil- komunità. Rajna b'għajnejna stess kif inizjattivi personali tal-membri tat-tim tagħna wasslu għal aktar ġid fis-soċjetà tagħna. HSBC hu impenjat li jappoġġja u jinvolvi ruħu fil-komunità biex iħalli impatt pożittiv fis-soċjetà."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017