Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 564 • 06 ta' Awissu 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Minn Albert Gauci Cunningham WARA l-aħħar inċident li seħħ f 'Paceville b'attakk fuq persuna li ma tħallietx tidħol fi stabbiliment, jidher illi l-mekka tad-divertiment reġgħet tinsab fil-mira tal-Gvern, din id-darba fuq il-kwistjoni ta' persuni li jkunu fi stabbilimenti u huma taħt l-età permessibbli bil-liġi, jiġifieri 17-il sena. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Pulizija se tkun qed tħarrex il-ħidma tagħha b'mod qawwi fil-jiem li ġejjin biex ikun assigurat illi l-ebda persuna taħt l-età ta' 17-il sena ma tkun, jew titħalla tidħol, fi stabbiliment tad-divertiment. Din il-kwistjoni ilha tbaqbaq minn sentejn ilu meta kien seħħ l-inċident fl-istabbilliment PlusOne, b'rapport ta' inkjesta mħejji mill-Maġistrat Doreen Clarke, jiżvela kif fil-ħin tal- inċident kien hemm xejn inqas minn 34 persuna taħt l-età. Intant, dokument dwar is-sitwazzjoni ta' sigurtà f 'Paceville, li għalkemm konkluż baqa' ma ttellax quddiem il-Kabinett tal- Ministri minħabba l-elezzjoni ġenerali qed jipproponi li titwaqqaf awtorità ċentrali li tassumi responsabilitajiet tal-ħruġ tal-liċenzji tal- gwardjani privati, popolarment magħrufin bħala 'security' jew 'bouncers'. L-ILLUM tista' tiżvela illi f 'dan id-dokument, li issa qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru Micheal Farrugia qabel jittella' quddiem il- kabinett, hemm propost fost oħrajn li din l-awtorità apparti li taċċerta illi jsir taħriġ lil kull 'bouncer', ikollha wkoll kull jedd illi tissospendi l-liċenzja fejn ikun hemm nuqqas ta' tħaris tal-istandards meħtieġa stabbiliti. • Fil-jiem li ġejjin; mistennija azzjoni kontra 'tfal' fi stabbilimenti • Dokument dwar Paceville lest biex jitla' quddiem il-kabinett Paceville fil-mira tal-Gvern Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea fetaħ il- kanuni kollha tiegħu fuq it-tmexxija preżenti tal- Partit Nazzjonalista u b'mod speċjali fuq il-Kap Simon Busuttil. Apparti li akkuża lil Busuttil illi jmexxi bi 'stil awtoritarju', akkuża li saritlu wkoll mid-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, Galea akkuża lit- tmexxija tal-PN illi minflok ressqet aktar nies lejn il-PN, "persuni onesti, għax ħadmu taħt Eddie jew taħt Lawrence Gonzi saru qishom għandhom il-pesta...il-Partit Laburista ġabar in-nies, aħna minflok irmejna lin-nies." F'attakk bla preċedent id-Deputat Nazzjonalista akkuża lit-tmexxija tal-PN illi "impona" lil Rosette Thake fuq il-partit hekk kif "nies validi li dak iż-żmien riedu jikkontestaw (għall- kariga ta' Seg. Ġenerali) ġew ordnati ma jikkontestawx." Galea saħaq illi Busuttil għandu jċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu u li "għandu jiskot u jieqaf jieħu deċiżjonijiet importanti li se jorbtu lill-kap il-ġdid." Huwa jakkuża lit-tmexxija preżenti tal-PN illi wara 25 sena Deputat lilu abbandunatu, filwaqt li dawk li jmorru tajjeb ma' Busuttil "saru allat". Ara paġna 4 40 mara lesti għall-elezzjoni li jmiss Minn Veronica Lynn Mizzi SAĦANSITRA xahar qabel jiftħu l-applikazzjonijiet għall- programm LEAD, diġà hemm 40 mara li wrew interess serju li jkunu parti minnu. LEAD hu programm ta' inizjattiva mill-Partit Laburista li għandu l-għan li jħarreġ nisa biex ikunu preparati u jiksbu l-esperjenza biex ikunu kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, l-MPE Miriam Dalli, li qed tmexxi din l-inizjattiva qalet li l-etajiet ta' dawn in-nisa jvarjaw minn 16-il sena sa 62 sena. Sostniet li l-għan ta' dan il-programm hu li jħeġġeġ iktar nisa jkunu kandidati għall-elezzjoni ġenerali u jkunu preparati jagħmlu dan, bil-mira li sal- elezzjoni tal-2027, nofs il- kandidati tal-PL ikunu nisa. Ara paġni 10-11 'In-nies iridu wiċċ ġdid imexxi l-PN' Ara paġn 5 Ara paġna 12 'Il-PN tratta lil dawk li ħadmu ma' Eddie u Gonzi qishom għandhom il-pesta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017