Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Aħbarijiet l-politika hi għan-nisa wkoll' f 'din id-dinja politika sabiex ikunu jistgħu jaraw x'hemm jistenniehom jekk ikunu eletti. Dalli tispjega wkoll li l-programm se jkun qed jinkludi parti li qed tiġi msejħa 'on the ground', fejn dawn il-parteċipanti se jkunu qed jibdew jagħmlu ż-żjarat għand il-kostitwenti bieb bieb, jattendu attivitajiet u jaraw eżattament xi jfisser ix-xogħol ta' politiku, "għaliex il-politika mhix sempliċiment tagħmel xi diskors jew tagħti intervista lil xi gazzetta jew stazzjon tat-TV. Għandek ħafna iktar minn hekk, u aħna rridu li huma jkunu jafu eżattament x'tirrikjedi," tkompli ssostni Dalli. Minbarra dan, il-programm LEAD għandu l-għan li jħarreġ lill-parteċipanti f 'ħiliet neċessarji għad-dinja tal-politika, bħal diskorsi fil-pubbliku, kif wieħed għandu jikteb diskors jew artiklu. Għaldaqstant, il-programm għandu jinkludi affarijiet li huma prattiċi u oħrajn li huma iktar akkademiċi. Dalli sostniet li l-interess mhux biss jeżisti min-naħa ta' parteċipanti, iżda wkoll min-naħa ta' persuni li jridu jagħtu daqqa t'id fit-tagħlim, taħriġ u mentoring lil dawn in-nisa. Fil-fatt, dwar dan, l-MPE tgħid li dwar il-mentoring, "kellmuni wkoll ħafna membri parlamentari rġiel li jixtiequ jgħinu għaliex jemmnu li għandu jkollna ħafna iktar nisa fil- Parlament." Il-politika ilha għal wisq żmien 'għall-irġiel biss' Meta mistoqsija minn din il- gazzetta dwar din l-inizjattiva bħala miżura li se tagħti 'vantaġġ' lil dawn in-nisa fuq kandidati prospettivi oħra, Dalli dlonk tinsisti li l-politika ilha għal wisq żmien taħt l-impressjoni li hi għall-irġiel u issa, "irridu nagħtu sinjal li l-politika hi għan-nisa wkoll. Il- programm waħdu mhux se jbiddel l-affarijiet. Jekk verament irridu li l-programm ikun suċċess, irridu nbiddlu affarijiet oħra, bħall- ħinijiet tal-Parlament, li l-Parlament joffri servizzi ta' childcare. Dawn mhumiex miżuri għan-nisa biss," iżżid tgħid Dalli, "għax nassumi li kull MP raġel li għandu t-tfal, wara ġurnata xogħol u jmur il-Parlament, naħseb li ma tantx jifdallu ħin għat- tfal." Miriam Dalli tkompli tgħid li biex ikun hemm suċċess, irid ikun hemm miżuri pożittivi fuq livell nazzjonali, fl-istess waqt li jkun hemm dan il-proġett, anke jekk biss b'mod temporanju. Il-programm LEAD ingħata wkoll it-timbru ta' 'pass importanti lejn l-ugwaljanza' mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), hekk kif fi stqarrija qalet li tilqa' din l-inizjattiva tal-Partit Laburista u tawgura li l-partiti politiċi kollha f 'Malta jadottaw inizjattivi simili biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan- nisa fil-politika. Min hu interessat ikun parti mill- programm LEAD għandu jagħmel kuntatt ma' Miriam Dalli fuq miriam@miriamdalli.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017