Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241
3 Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017| illum Aħbarijiet "Hawn inkwiet dwar klikek ta' barranin kriminali li qed jitterrorizzaw lir-residenti" Frank Psaila u Andrew Azzopardi, ma jaqblux ma' Frank Portelli dwar l-immigrazzjoni imma... Minn Liam Carter MISTOQSI minn din il- gazzetta fuq il-kummenti kontroversjali li għamel il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli l-ġimgħa l-oħra fuq Dissett, Frank Psaila xandar fuq il-midja tal-PN stqarr li, allavolja ma jaqbilx mas-soluzzjoni ta' Frank Portelli, il-kummenti li qajmu kontroversja ġewwa pajjiżna skontu, huma sentimenti reali. Psaila stqarr li l-problema tal-immigrazzjoni u l- multikulturaliżmu ċertament mhumiex problemi li faqsu f 'leħħa ta' berqa, iżda li għal tul ta' żmien ma ngħatawx l-attenzjoni meħtieġa. Psaila ddeskriva dan bħala "sitwazzjoni allarmanti." "In-nies inkwetati kif klikek ta' barranin kriminali qed jagħmlu ħerba u jitterrorizzaw lir- residenti ta' lokalitajiet bħalma huma l-Marsa, Buġibba, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi, Tas- Sliema u San Ġiljan" L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Professur u Dekan fl-Università ta' Malta Andrew Azzopardi, li saħaq li allavolja ma jaqbilx ma' Portelli, huwa xorta waħda stat ta' fatt li l-affarijiet li tkellem fuqhom Portelli fosthom l-immigrazzjoni u l-multikulturaliżmu ċertament qegħdin fuq moħħ diversi Maltin. Azzopardi stqarr, li l-kummenti ta' Portelli huma suġġett li "ta' spiss jiġi diskuss fil-privat bejn bosta ċittadini Maltin." Min-naħa l-oħra Psaila rrimarka li bosta istituzzjonijiet fil-pajjiż għandhom jerfgħu parti minn din il-ħtija ta' din is-sitwazzjoni preżenti. "Taħti għal din is-sitwazzjoni l-id laxka tal-ġustizzja, in- nuqqas ta' infurzar mill-pulizija - li huma xotti mill-għodod u l-intelligence biex jikkumbattu din ix-xorta ta' kriminalità u d-dħul f 'pajjiżna ta' kriminali barranin mingħajr skrutinju neċessarju." Għaldaqstant, Psaila stqarr li din is-sitwazzjoni sfortunatament qiegħda titfa' dell ikrah fuq dawk l-immigranti f 'pajjiżna, il- maġġoranza nies tal-affari tagħhom. Għalhekk Psaila jemmen li din il-kwistjoni tmur lil hinn minn Frank Portelli, u nies tal-istess fehma. " Din il-kwistjoni jeħtiġilha soluzzjoni. Le, is-soluzzjoni mhix li tibda titfa' lil kulħadd 'il barra. Tkun qed twebbes il- faħam fin-nirien." Min-naħa l-oħra Azzopardi stqarr li jeħtieġ ikun hemm sforz kollettiv biex neqirdu differenzi u firdiet bejn kulturi u popli differenti ġewwa pajjiżna. Dwar dan Frank Psaila jemmen li s-soluzzjoni hija waħda: "Is-soluzzjoni hi li gvern, oppożizzjoni, soċjetà ċivili, NGOs jiġu flimkien u, wara li jammettu li l-politika ta' multikulturaliżmu f 'pajjiżna falliet, jaraw kif se jerġgħu jibnu l-pedamenti. Imma sakemm l-istituzzjonijiet f 'pajjiżna jibqgħu dgħajfa, sakemm il-mentalità tal-gvern tkun li kollox jgħaddi, is-sitwazzjoni se tmur għall-agħar, mhux tirranġa ruħha." Meta mistoqsi dwar in-nuqqas ta' suċċess li l-kandidati u partiti politiċi tal-lemin jiksbu ġewwa pajjiżna, Azzopardi tenna jgħid li allavolja n-nies ma jivvutawx għal kawża tal-lemin dan ma jfissirx li mhumiex favur dawn il-kwistjonijiet. "Billi ma tivvotax ma jfissirx li ma temminx u billi tivvota ma jfissirx li temmen " Id-dekan hawnhekk, għamel paragun għall-iżviluppi riċenti fil-liġi ta' Malta fejn ġie introdott żwieġ bejn il-kopji tal-istess sess, u sostna li minkejja li dan l-għadd għadda b'maġġoranza fil-parlament ma jfissirx li m'hemmx elementi sostanzjali fis-soċjetà' Maltija li huma kontra. Minkejja dan id-Dekan irrimarka li Portelli jinsab maqbud f 'punt ta' transizzjoni rari. Azzopardi jemmen li barra mill-opportunità biex issir Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni, Portelli għandu missjoni personali sabiex jagħti vuċi lil ċertu kwistjonijiet li l-Partit Nazzjonalista abbanduna. Azzopardi tenna jgħid li l-politiċi għandu jkollhom sens ta' responsabbilità li jitkellmu , jaġixxu u jimxu b'kawtela kbira sabiex ma jispiċċawx jirrappreżentaw faxxa waħda tas-soċjetà Maltija. Rigward it-tellieqa għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, Psaila stqarr li kien jippreferi kieku l-PN fassal iktar pjanijiet u eżerċizzji ta' skrutinju fuq il-kandidati allavolja fl-istess waqt Psaila stqarr ukoll li skont hu l-kandidati kollha għall- Kap tal-partit huma tal-affari tagħhom. Matul il-ġimgħa l-PN ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l-kummenti ta' Frank Portelli u appella u wissa għal iktar attenzjoni biex kull kandidat jeżerċità l-valuri u l-prinċipji mniżżla fl-istatut tal-partit. Residenti jħarsu lejn xena ta' reat f 'Buġibba Parti mill-filmat tal-ġlieda li seħħet f 'Buġibba Ir-raġel Serb akkużat b'attakk fuq Ryan Magro f 'bar, f 'Buġibba